European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1566

14.7.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1566

tat-13 ta’ Lulju 2026

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tar-rapporti dwar il-metadata u l-kwalità għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2027, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-data għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, hija meħtieġa mill-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali (2) għall-monitoraġġ tal-miri diġitali tal-Unjoni għall-2030, bħall-Indikatur tal-Intensità Diġitali għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji jew l-adozzjoni tas-servizzi tal-cloud, tal-analiżi tal-big data (analitika tad-data) jew tal-intelliġenza artifiċjali. Dak is-suġġett jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-Unjoni relatati mal-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2024-2029, bħall-pjan il-ġdid għall-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-Ewropa u l-Komunikazzjoni dwar Sett ta’ Għodod komprensiv tal-UE għal Kummerċ Elettroniku Sikur u Sostenibbli.

(2)

Biex tkun tista’ tiġi valutata l-kwalità tad-data u jkun żgurat li d-data għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” tkun komparabbli u armonizzata, iridu jiġu speċifikati l-iskadenzi għar-rapporti dwar il-metadata u dwar il-kwalità.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena ta’ referenza 2027, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2152, b’mod li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Ir-rapport annwali dwar il-metadata għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2027 għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-31 ta’ Mejju 2027.

2.   Ir-rapport annwali dwar il-kwalità għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2027 għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni (Eurostat) sal-5 ta’ Novembru 2027.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2152/oj.

(2)   ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2481/oj.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku”

Varjabbli

Kif stabbilit fil-kolonna “Varjabbli” fit-tabella ta’ hawn taħt.

Unità tal-kejl

Għal ħafna mil-varjabbli, l-unità tal-kejl hija l-għadd ta’ intrapriżi, u din għandha tingħata bħala valur assolut. L-eċċezzjonijiet jinkludu:

(1)

varjabbli relatati mal-impjegati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom (persuni impjegati), li għalihom għandu jintbagħat in-numru assolut tal-impjegati u tal-persuni li jaħdmu għal rashom, u

(2)

varjabbli relatati mal-fatturat, mal-valuri u mal-kostijiet, li għandhom jintbagħtu f’miljuni tal-munita nazzjonali.

Perjodu ta’ referenza

2026 għall-varjabbli tas-suġġetti: varjabbli tal-isfond, bejgħ online ta’ prodotti jew servizzi, bejgħ tat-tip ta’ Skambju Elettroniku ta’ Data (EDI), fatturazzjoni u varjabbli (92), 2027 għall-varjabbli l-oħra kollha.

Popolazzjoni statistika

Intrapriżi b’10 impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jew aktar fit-Taqsimiet C sa K, M sa O u grupp 95.1 tan-NACE Rev. 2.1

Intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom fit-Taqsimiet C sa K, M sa O u grupp 95.1 tan-NACE Rev. 2.1 jistgħu jiġu koperti b’mod fakultattiv

Diżaggregazzjoni skont l-attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża għall-kalkolu tal-aggregati nazzjonali

Aggregati tat-taqsimiet u l-grupp tan-NACE Rev. 2.1: C+D+E+F+G+H+I+J+K+M+N+O+95.1, D+E

Taqsimiet tan-NACE Rev. 2.1: C, F, G, H, I, J, K, M, N, O

Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2.1: 47, 55

Aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2.1: 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 17 + 18, 19 + 20 + 21 + 22 + 23, 24 + 25, 26 + 27 + 28 + 29 + 30 + 31 + 32 + 33

Aggregat tad-diviżjonijiet u l-gruppi tan-NACE Rev. 2.1: 26.1 + 26.2 + 26.3 + 26.4 + 46.5 + 58.2 + 61 + 62 + 63.1 + 95.1

Diżaggregazzjoni skont l-attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża għall-kontribuzzjoni għat-totali tal-UE

Taqsimiet tan-NACE Rev. 2.1: D, E

Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2.1: 19, 20, 21, 26, 27, 28, 46, 61, 72, 79

Grupp tan-NACE Rev. 2.1: 95.1

Aggregati tad-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2.1: 10 + 11 + 12, 13 + 14 + 15, 16 + 17 + 18, 22 + 23, 29 + 30, 31 + 32 + 33, 62 + 63, 69 + 70 + 71, 73 + 74 + 75, 77 + 78 + 80 + 81 + 82

Diżaggregazjoni skont in-numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom

10+, 10-49, 50-249, 250+

0-9, 0-1 u 2-9 jistgħu jiġu koperti b’mod fakultattiv

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

il-5 ta’ Ottubru 2027


Suġġett

Varjabbli

Natura

Varjabbli tal-isfond

(1)

Attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża

Obbligatorja

(2)

Numru medju ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom

(3)

Fatturat totali, mingħajr il-VAT

Aċċess għall-internet

(4)

Persuni impjegati li għandhom aċċess għall-internet għal finijiet ta’ negozju

Obbligatorja

Użu ta’ konnessjoni fissa mal-internet għal finijiet ta’ negozju

(5)

Użu ta’ xi tip ta’ konnessjoni fissa mal-internet

Obbligatorja

(6)

Li jkun hemm veloċità massima kkuntrattata tad-download tal-aktar konnessjoni fissa veloċi tal-internet fil-meded: [0 Mbit/s, < 30 Mbit/s], [30 Mbit/s, < 100 Mbit/s], [100 Mbit/s, < 500 Mbit/s], [500 Mbit/s, < 1 Gbit/s], [≥ 1 Gbit/s]

Użu ta’ sit web

(7)

Li jkun hemm sit web

Obbligatorja

(8)

Li jkun hemm sit web b’deskrizzjoni ta’ prodotti jew servizzi jew informazzjoni dwar il-prezzijiet

(9)

Li jkun hemm sit web bil-possibbiltà ta’ ordnijiet jew riżervi jew ibbukkjar online

(10)

Li jkun hemm sit web bil-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw prodotti jew servizzi online

(11)

Li jkun hemm sit web bi traċċar jew status tal-ordnijiet imwettqa

(12)

Li jkun hemm sit web li jipprovdi kontenut personalizzat fuq is-sit web lil viżitaturi regolari/rikorrenti

(13)

Li jkun hemm sit web b’servizz ta’ chat li tappoġġa lill-klijenti

(14)

Li jkun hemm sit web li jirreklama postijiet tax-xogħol vakanti jew applikazzjoni għal impjieg online

(15)

Li jkun hemm sit web b’kontenut disponibbli bi mqar żewġ lingwi

Użu tal-midja soċjali

(16)

Użu ta’ xi midja soċjali

Obbligatorja

Bejgħ online ta’ prodotti u servizzi

(17)

Li jkun hemm bejgħ online ta’ prodotti jew servizzi minn fuq sit web jew app tal-intrapriża

Obbligatorja

(18)

Li jkun hemm online ta’ prodotti jew servizzi minn fuq sit web jew app fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ ta’ prodotti jew servizzi

(19)

Valur tal-bejgħ online ta’ prodotti jew servizzi

(20)

Valur tal-bejgħ online ta’ prodotti jew servizzi ġġenerat bil-bejgħ minn fuq siti web jew apps tal-intrapriża

(21)

Valur tal-bejgħ online ta’ prodotti jew servizzi ġġenerat bil-bejgħ minn fuq siti web jew apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ ta’ prodotti jew servizzi

(22)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online lil konsumaturi privati (B2C)

(23)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online lil intrapriżi oħra (B2B) u lis-settur pubbliku (B2G)

(24)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online ta’ prodotti fiżiċi

Fakultattiva

(25)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online ta’ prodotti jew servizzi diġitali (imwassla diġitalment)

(26)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online ta’ servizzi mhux imwassla diġitalment

(27)

Li jkun hemm bejgħ online lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża stess

Obbligatorja

(28)

Li jkun hemm bejgħ online lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra

(29)

Li jkun hemm bejgħ online lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja

(30)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża stess

(31)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra

(32)

Valur tal-bejgħ online iġġenerat bil-bejgħ online lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja

(33)

Instabu diffikultajiet fil-bejgħ lil Stati Membri oħra: kostijiet għaljin għat-twassil jew ir-ritorn tal-prodotti

Fakultattiva

(34)

Instabu diffikultajiet fil-bejgħ lil Stati Membri oħra: diffikultajiet relatati ma’ soluzzjonijiet għal ilmenti u tilwim

(35)

Instabu diffikultajiet fil-bejgħ lil Stati Membri oħra: adattament tat-tikkettar tal-prodotti biex jinbiegħu lejn Stati Membri oħra

(36)

Instabu diffikultajiet fil-bejgħ lil Stati Membri oħra: nuqqas ta’ għarfien ta’ lingwi barranin għall-komunikazzjoni ma’ klijenti fi Stati Membri oħra

(37)

Instabu diffikultajiet fil-bejgħ lil Stati Membri oħra: restrizzjonijiet mis-sħab kummerċjali tal-intrapriża għal bejgħ lejn ċerti Stati Membri

(38)

Instabu diffikultajiet fil-bejgħ lil Stati Membri oħra: diffikultajiet relatati mas-sistema tal-VAT ta’ Stati Membri oħra

Bejgħ tat-tip ta’ Skambju Elettroniku ta’ Data (EDI)

(39)

Bejgħ tat-tip EDI ta’ prodotti jew servizzi

Obbligatorja

(40)

Valur tal-bejgħ tat-tip EDI ta’ prodotti jew servizzi

(41)

Li jkun hemm bejgħ tat-tip EDI lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża stess

Fakultattiva

(42)

Li jkun hemm bejgħ tat-tip EDI lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra

(43)

Li jkun hemm bejgħ tat-tip EDI lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja

(44)

Valur tal-bejgħ tat-tip EDI lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża stess

(45)

Valur tal-bejgħ tat-tip EDI lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra

(46)

Valur tal-bejgħ tat-tip EDI lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja

Użu ta’ software tan-negozju

(47)

Użu ta’ software għall-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi (ERP)

Obbligatorja

(48)

Użu ta’ Software għall-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM)

(49)

Użu ta’ software tal-Intelligence tan-Negozju (BI)

Intelliġenza Artifiċjali (AI)

(50)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jwettqu analiżi ta’ lingwa miktuba

Obbligatorja

(51)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jikkonvertu lingwa mitħaddta f’format li jinqara minn magna (għarfien tat-taħdit)

(52)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jiġġeneraw lingwa miktuba, mitħaddta jew kodiċijiet tal-ipprogrammar (ġenerazzjoni tal-lingwi naturali, sinteżi tat-taħdit)

(53)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jiġġeneraw stampi, videos, ħsejjes/awdjo

(54)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jidentifikaw prodotti jew persuni abbażi ta’ immaġnijiet jew videos (għarfien tal-immaġni, ipproċessar tal-immaġni)

(55)

Użu tat-tagħlim awtomatiku għall-analiżi tad-data

(56)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jawtomatizzaw flussi tax-xogħol differenti jew li jassistu fit-teħid tad-deċiżjonijiet

(57)

Użu tat-teknoloġiji tal-AI li jippermettu l-moviment fiżiku ta’ magni skont deċiżjonijiet awtonomi bbażati fuq l-osservazzjoni tal-madwar

(58)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għal kummerċjalizzazzjoni jew bejgħ

(59)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għall-proċessi ta’ produzzjoni jew ta’ servizz

(60)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għall-organizzazzjoni ta’ proċessi jew ġestjoni tal-amministrazzjoni tan-negozju

(61)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għal-loġistika

(62)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għas-sigurtà tal-ICT

(63)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għall-ġestjoni tal-kontabbiltà, tal-kontroll jew tal-finanzi

(64)

Użu ta’ software jew sistemi tal-AI għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) jew attività ta’ innovazzjoni, apparti r-riċerka dwar l-AI

(65)

Li jkun hemm dokumenti li jistabbilixxu l-istruzzjonijiet, il-prattiki jew il-proċeduri dwar l-użu tiegħu tat-teknoloġiji tal-AI

Fakultattiva

(66)

Użu ta’ software jew sistema tal-AI żviluppati għall-intrapriża mill-impjegati tal-intrapriża stess (inkluż impjegati f’intrapriżi omm jew affiljata)

(67)

Użu ta’ software jew sistema tal-AI żviluppati għall-intrapriża minn fornituri esterni

(68)

Użu ta’ software tal-AI b’sors miftuħ bla ħlas jew bi ħlas

(69)

Użu ta’ software tal-AI b’sors magħluq bla ħlas jew bi ħlas

(70)

Modifika ta’ software tal-AI b’sors miftuħ u/jew b’sors magħluq mill-impjegati tal-intrapriża u/jew fornituri esterni

(71)

Kunsiderazzjoni tal-użu tat-teknoloġiji tal-AI, speċifikament b’referenza għall-varjabbli obbligatorji (50)-(57)

(72)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI għax il-kostijiet jidhru għaljin wisq

(73)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI minħabba nuqqas ta’ għarfien espert rilevanti fl-intrapriża

(74)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI minħabba inkompatibbiltà ma’ tagħmir, software jew sistemi eżistenti

(75)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI minħabba diffikultajiet fid-disponibbiltà jew fil-kwalità tad-data meħtieġa

(76)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI minħabba tħassib dwar il-ksur tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza

(77)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI minħabba nuqqas ta’ ċarezza dwar il-konsegwenzi legali

(78)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI minħabba kunsiderazzjonijiet etiċi

(79)

Li ma jintużawx teknoloġiji tal-AI għax ma jitqisux utli għall-intrapriża

Użu ta’ servizzi tal-cloud

(80)

Użu ta’ servizzi tal-cloud bi ħlas

Obbligatorja

(81)

Użu ta’ email bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(82)

Użu ta’ software tal-uffiċċju bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(83)

Użu ta’ applikazzjonijiet tas-software tal-finanzi jew tal-kontabbiltà bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(84)

Użu ta’ applikazzjonijiet tas-software tal-ERP bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(85)

Użu ta’ applikazzjonijiet tas-software tas-CRM bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(86)

Użu ta’ applikazzjonijiet tas-software tas-sigurtà bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(87)

Ospitar tal-bażi(jiet) tad-data tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(88)

Użu ta’ ħżin tal-fajls bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(89)

Użu tal-potenza komputazzjonali biex jitħaddem is-software tal-intrapriża stess bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(90)

Użu ta’ pjattaforma tal-computing li tipprovdi ambjent ospitat għall-iżvilupp, l-ittestjar jew il-varar ta’ applikazzjonijiet bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(91)

Użu ta’ software u sistemi tal-AI li jiġġeneraw kontenut ta’ test, immaġnijiet, video, awdjo jew kodiċijiet bħala servizz tal-cloud bi ħlas

(92)

Kost totali tas-servizzi tal-cloud mixtrija mill-intrapriża

Fakultattiv

Fatturazzjoni

(93)

Li jintbagħtu fatturi b’format elettroniku, bi struttura standard adattata għall-ipproċessar awtomatizzat (fatturi elettroniċi), eskluż it-trażmissjoni ta’ fajls PDF

Obbligatorja

(94)

Li jintbagħtu fatturi b’format elettroniku mhux adattat għall-ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-trażmissjoni ta’ fajls PDF

(95)

Li jintbagħtu fatturi b’format stampat

(96)

Li jintbagħtu fatturi elettroniċi, bi struttura standard adattata għall-ipproċessar awtomatizzat, ikkategorizzati abbażi tal-persentaġġ tal-fatturi totali mibgħuta, fil-meded li ġejjin: [0, <10], [10, <25], [25, <50], [50, <75], [75, 100]

L-ICT u l-ambjent

(97)

Użu ta’ sistemi u soluzzjonijiet tal-ICT biex jonqos il-konsum tal-enerġija tal-intrapriża

Obbligatorja

(98)

Użu ta’ sistemi u soluzzjonijiet tal-ICT biex jonqos il-materjal użat (inkluż oġġetti konsumabbli) jew biex jitjieb l-użu tal-materjal riċiklat

(99)

Monitoraġġ u kwantifikazzjoni tal-impatt tal-użu ta’ sistemi jew soluzzjonijiet tal-ICT fuq il-konsum tal-enerġija u/jew tal-materjal

Fakultattiva

(100)

Rimi ta’ tagħmir tal-ICT fi ġbir/riċiklaġġ tal-iskart elettroniku (inkluż li jitħalla f’idejn il-bejjiegħa tal-ħwienet biex jarmuh) meta ma jibqax jintuża

Obbligatorja

(101)

Li t-tagħmir tal-ICT jinżamm fl-intrapriża meta ma jibqax jintuża

(102)

Il-bejgħ, ir-ritorn lejn intrapriża tal-kiri jew id-donazzjoni ta’ tagħmir tal-ICT meta dan ma jibqax jintuża


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1566/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)