<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-123/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0123</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:173">EU:C:2019:173</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑123/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">HTTS vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Giovanni Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑123/18 P</HT></P><P>Hanseatic Trade Trust &amp; Shipping (HTTS) GmbH</P><P>vs</P><P>Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għad-danni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għad-dannu allegatament sostnut mill-appellanti wara l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-appellanti, HTTS Hanseatic Trade Trust &amp; Shipping GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>HTTS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, HTTS vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>T‑692/15, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:890">EU:T:2017:890</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħha sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, billi HTTS allegat li sofriet dannu minħabba l-azzjoni ħatja tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea wara l-inklużjoni ta’ isimha, minn naħa, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2010 tas‑<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 195, p. 25</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="103" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 103, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, u, min-naħa l-oħra, fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 281, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>miżuri kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Mill-punti 1 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata jirriżulta li HTTS hija kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż stabbilita f’Marzu 2009 u mmexxija minn N. Bateni, li teżerċita attivitajiet ta’ aġent marittimu u ta’ amministratur tekniku ta’ bastimenti. Din il-kawża ġiet ippreżentata fil-kuntest tas-sistema ta’ miżuri restrittivi meħuda sabiex issir pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex dan l-Istat itemm l-attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari. Iktar preċiżament, hija parti minn kawżi dwar miżuri meħuda kontra kumpannija marittima, Islamic Republic of Iran Shipping Lines (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>IRISL<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kif ukoll kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi allegatament marbuta ma’ din il‑kumpannija, li fosthom kien hemm, b’mod partikolari, skont il-Kunsill, HTTS u żewġ kumpanniji marittimi oħra, Hafize Darya Shipping Lines (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>HDSL<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u Safiran Pyam Darya Shipping Lines (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>SAPID<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-inklużjoni inizjali ta’ isem HTTS fil-listi seħħet fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, minħabba li hija kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[t]aġixxi f’isem HDSL fl-Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Ma sarx rikors għal annullament kontra din l-inklużjoni. L-inklużjoni ta’ isem HTTS mir-Regolament Nru 961/2010 għar-raġuni li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[kienet] ikkontrollata u/jew taġixxi f’isem IRISL<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, min-naħa l-oħra, ġiet ikkontestata minn din tal-aħħar u annullata mill-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, permezz tas-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE>, HTTS vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑562/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:716">EU:T:2011:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament Nru 961/2010, sa fejn kien jikkonċerna lill-appellanti, b’effett mis-<DATE ISO="20120207">7 ta’ Frar 2012</DATE>, bil-għan li tippermetti lill-Kunsill eventwalment jirregolarizza, fil-frattemp, il‑motivazzjoni tal-inklużjoni mill-ġdid ta’ isimha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Wara li ngħatat din is-sentenza, isem HTTS kien is-suġġett ta’ inklużjonijiet ulterjuri min-naħa tal-Kunsill, ikkontestati kull darba minn din tal-aħħar u mbagħad ukoll annullati, kull darba, mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi tat‑<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, HTTS vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑128/12 u T‑182/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:312">EU:T:2013:312</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u tat-<DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, HTTS u Bateni vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑45/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:650">EU:T:2015:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, Islamic Republic of Iran Shipping Lines <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑489/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:453">EU:T:2013:453</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali annullat ukoll l-inklużjoni ta’ isem IRISL u ta’ kumpanniji marittimi oħra, fosthom HDSL u SAPID, fil-listi li jikkonċernawhom, għar-raġuni li l-elementi mressqa mill-Kunsill ma kinux jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ isem IRISL u, konsegwentement, lanqas ma setgħu jiġġustifikaw l-adozzjoni u ż-żamma ta’ miżuri restrittivi li jirrigwardaw il-kumpanniji marittimi l-oħra li kienu ġew inklużi fil-listi minħabba r-rabtiet tagħhom ma’ IRISL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-appellanti indirizzat lill-Kunsill talba għal kumpens għad-dannu li hija kienet tqis li sostniet minħabba l-inklużjoni inizjali u l-inklużjonijiet sussegwenti ta’ isimha fil-listi tal-persuni marbuta mal-attività ta’ IRISL. F’din it-talba għal kumpens, l-appellanti invokat id-dritt tagħha għal kumpens għad-danni materjali u immaterjali li hija qieset li ġarrbet mhux biss minħabba l-inklużjonijiet deċiżi bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 u bir-Regolament Nru 961/2010, iżda wkoll minħabba l-inklużjonijiet u reinklużjonijiet sussegwenti. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20151016">16 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kunsill ċaħad din it-talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att imressaq fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE>, HTTS ippreżentat rikors ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiż għal kumpens tad-dannu allegatament sostnut wara l-inklużjoni tagħha fl-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq il-mertu, mingħajr ma ħadet pożizzjoni dwar l-invokazzjoni, fil-kontroreplika tal-Kunsill, tal-inammissibbiltà tar-rikors, minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst mill-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-punti 21 sa 26 tas-sentenza appellata. Ara wkoll il-punt 92 tas-sentenza msemmija.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-mertu, il-Qorti Ġenerali ppreċediet l-analiżi tagħha b’osservazzjonijiet preliminari dwar il-kriterji ġurisprudenzjali ta’ evalwazzjoni tal-illegalità fil-kuntest ta’ talba għad-danni. Hija mbagħad ċaħdet suċċessivament iż-żewġ motivi mressqa minn HTTS sabiex turi l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-motiv ibbażat fuq ksur<?PAGE NO="3"?> tal-kundizzjonijiet materjali ta’ inklużjoni fil-listi u l-motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Filwaqt li ċaħdet dawn iż-żewġ motivi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li ma kienx hemm ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni u għalhekk ċaħdet ir-rikors mingħajr ma eżaminat jekk il-kundizzjonijiet l-oħra tal-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Unjoni kinux issodisfatti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, HTTS ippreżentat appell mis-sentenza kkontestata. Fit-talbiet tagħha, hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza appellata; tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas ta’ kumpens ta’ ammont ta’ EUR 2 516 221.50 bħala kumpens għad-dannu materjali u morali u għall-ħlas ta’ interessi moratorji bir-rata ta’ interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti, li jibdew jiddekorru mis-<DATE ISO="20151017">17 ta’ Ottubru 2015</DATE> u sal-ħlas sħiħ tal-kumpens; tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fir-risposta tiegħu, il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell; sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha; b’mod iktar sussidjarju, tiċħad ir-rikors; tikkundanna lil HTTS għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea, parti intervenjenti insostenn tal-Kunsill matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, titlob li l-appell jiġi miċħud fl-intier tiegħu; sussidjarjament, tiċħad ir-rikors; tikkundanna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>HTTS, il-Kunsill u l-Kummissjoni nstemgħu fit-trattazzjoni tagħhom fis-seduta li saret quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20181126">26 ta’ Novembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji. F’konformità mat-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet ser ikunu ffokati fuq l-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>HTTS targumenta, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, informazzjoni u elementi li l-Kunsill ma kellux fid-data tal-adozzjoni tal-aġir kontenzjuż u invokati mill-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, diversi snin wara l-imsemmi aġir. HTTS issostni li l-Qorti Ġenerali ma tistax tqiegħed lilha nfisha f’data sussegwenti għal dik tal-adozzjoni tal-miżuri kkontestati biex tevalwa l-eżistenza tal-imsemmi ksur. Fil-fehma tagħha, il-bidliet suċċessivi jew l-informazzjoni jew il-provi ġodda li attwalment ma wasslux għall-adozzjoni tal-miżuri kontenzjużi ma jistgħux jiġġustifikaw <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-aġir tal-Kunsill. HTTS issostni wkoll li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tikkonkludi mir-regola li tistabbilixxi t-terminu li fih għandu jiġi ppreżentat rikors għad-danni li l-aġir tal-istituzzjoni kellu jiġi analizzat fid-dawl tal-avvenimenti li eventwalment seħħew matul il-perijodu li ddekorra bejn dan l-aġir u l-introduzzjoni tar-rikors. Hija żżid li n-natura speċifika tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) ma tistax twassal għal esklużjoni ta’ kull responsabbiltà tal-Kunsill f’każ ta’ ksur gravi u manifest tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-istat tad-dritt għandu jipprevali wkoll fl-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. Sabiex tikkonkludi dwar l-ineżistenza ta’ ksur manifestament serju tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali lanqas ma tista’ tibbaża ruħha fuq il-fatt li l-annullament tar-Regolament Nru 961/2010 mogħti mill-Qorti Ġenerali ma kienx akkumpanjat minn effetti immedjati u dan, iktar u iktar minħabba li l-miżuri adottati mill-Kunsill wara dan l-annullament kienu, huma wkoll, instabu<?PAGE NO="4"?> li huma illegali. Mis-sentenza Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jirriżulta li l-ksur, mill-Kunsill, tal-obbligu tiegħu li jipprovdi l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni ta’ inklużjoni jew il-provi li jsostnu l-motivi tal-miżuri restrittivi jikkostitwixxi, fih innifsu, ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt li hu ma jistax jirrimedja diversi snin wara. HTTS issostni li l-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll dikjarazzjonijiet tal-Kunsill fil-kuntest tal-Kawżi T–128/12 u T–182/12<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑128/12 u T‑182/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:312">EU:T:2013:312</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li minnhom jirriżulta li fil-bidu tal-2012, dan ma kellux l-informazzjoni meħtieġa għall-inklużjoni. Il-Qorti Ġenerali ma setgħetx għalhekk tieħu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet u l-provi invokati mill-Kunsill għad-difiża tiegħu fil-kuntest tar-rikors għad-danni ppreżentat quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Kunsill isostni, min-naħa tiegħu, li l-Qorti Ġenerali setgħet ġustament tiddeċiedi li l-Kunsill seta’ jinvoka elementi li seħħew wara l-aġir ikkritikat u qabel il-preżentata tar-rikors. Dan ma jfissirx li l-Kunsill jitħalla jeżonera ruħu <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> mir-responsabbiltà possibbli tiegħu, iżda li jitħalla jikkontesta l-kwalifika tal-illegalità mwettqa bħala ksur suffiċjentement serju li jista’ jagħti d-dritt għal kumpens. Mill-analiżi tal-Qorti Ġenerali ma jirriżultax li huwa impossibbli li titfittex ir-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta jaġixxu fil-qasam tal-PESK. Kwalunkwe illegalità kkonstatata mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ma hijiex biżżejjed sabiex tikkostitwixxi ksur manifestament serju tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ rikors għad-danni, u l-Qorti Ġenerali setgħet tieħu inkunsiderazzjoni, meta stabbiliet l-eżistenza ta’ tali ksur, iċ-ċirkustanzi partikolari li dawn il-miżuri ttieħdu biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet tal-PESK. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li, minkejja li kkonstatat l-illegalità tal-miżuri restrittivi fuq l-appellanti fil-kuntest tal-Kawża T-562/10<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑562/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:716">EU:T:2011:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ma kienx eskluż li tali miżuri setgħu jkunu ġġustifikati f’dan il-każ billi jiġi deċiż li jiġu posposti l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-annullament sabiex tippermetti lill-Kunsill, fejn ikun xieraq, jadotta miżuri restrittivi ġodda legali kontra HTTS. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni, fis-sentenza appellata, tal-ġurisprudenza Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill, iż-żewġ każijiet ma humiex paragunabbli, peress li l-ġurisprudenza msemmija tirrigwarda in-nuqqas ta’ elementi materjali, filwaqt li, f’din il-kawża, qegħdin jiġu diskussi l-eżerċizzju u l-portata tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill. Fi kwalunkwe każ, mis-sentenza Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jirriżulta li r-regola ta’ dritt li trid tkun ġiet manifestament miksura toffri protezzjoni biss fil-każ fejn il-kundizzjonijiet materjali għall-applikazzjoni tagħha ma jkunux issodisfatti. Dment li kienu jeżistu indizji suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li dawn il-kundizzjonijiet materjali kienu ssodisfatti, il-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet individwali ma japplikax. Ir-rispett tal-kriterji materjali jista’ għalhekk jiġi stabbilit biss wara l-adozzjoni tal-att legali kkonċernat. Il-Kunsill ifakkar ukoll li l-modalitajiet ta’ implementazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huma bbażati fuq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-interess tal-persuna leża u l-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet. Issa, ma huwiex ġustifikat li jiġi pprovdut rimedju lil persuna li l-fatti tagħha żvelati wara l-adozzjoni ta’ atti – meqjusa ċertament illegali – ikkonfermaw l-aġir ikkontestat tagħha qabel l-imsemmija adozzjoni. Il-fatti juru r-rabtiet bejn HTTS u HDSL u SAPID u IRISL. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi konkluż li kien hemm ksur serju tad-dritt tal-Unjoni mill-Kunsill għar-raġuni biss li dan tal-aħħar kien għad ma għandux biżżejjed provi. Il-Kunsill jitlob għalhekk li l-ewwel aggravju jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel, sostanzjalment, mal-argument tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li għandhom il-partijiet fil-kawża li jfittxu, quddiem il-qrati tal-Unjoni, l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni ġejja mill-idea tal-Unjoni tad-dritt u tikkostitwixxi l-aħħar pass tal-protezzjoni tal-partijiet fil-kawża kontra l-aġir ħati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta jkunu kkawżaw dannu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Unjoni tad-dritt żviluppata kompletament teħtieġ li, meta l-Kunsill jaġixxi fil-qasam tal-PESK imbagħad jadotta miżuri restrittivi, ma jkunx immuni għall-possibbiltà li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. L-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – u l-unika waħda diskussa f’dan l-appell – hija l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt legali li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Tali ksur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>jiġi stabbilit meta dan jimplika nuqqas <HT TYPE="ITALIC">manifest u gravi</HT> mill-istituzzjoni kkonċernata tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħha, fejn l-elementi li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward huma, b’mod partikolari, il-livell ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tad-dispożizzjoni li tinkiser kif ukoll il-livell tal-marġni ta’ diskrezzjoni li d-dispożizzjoni li tinkiser tħalli lill-awtorità tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>fi kwalunkwe każ, manifestament serju meta jibqa’ jeżisti minkejja li tkun ingħatat sentenza li tikkonstata n-nuqqas ikkritikat, sentenza preliminari jew ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam, li minnhom jirriżulta li l-aġir inkwistjoni jikkostitwixxi ksur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Minn dan ir-rekwiżit ta’ ksur suffiċjentement serju jirriżulta li mhux kull aġir illegali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jagħti neċessarjament dritt għal kumpens. Fil-fatt, kif jenfasizza l-Kunsill, mill-ġurisprudenza klassika tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ifformulata, jirriżulta bilanċ bejn l-interessi tal-individwi li jiġu protetti kontra l-aġir illegali serju tal-istituzzjonijiet u l-marġni ta’ manuvra meħtieġ li għandu jiġi rikonoxxut lil dawn tal-aħħar sabiex ma tiġix pparalizzata l-azzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dan l-aħħar rekwiżit huwa partikolarment minnu fil-qasam tal-PESK inġenerali u tal-miżuri restrittivi b’mod partikolari, fejn l-azzjoni tal-istituzzjonijiet hija ġeneralment ikkaratterizzata mill-ħtieġa li jaġixxu malajr fuq il-bażi ta’ informazzjoni parzjali u li ħafna drabi ma tkunx disponibbli direttament għall-Kunsill. Id-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom il-Kunsill f’termini ta’ disponibbiltà tal-informazzjoni u tal-provi neċessarjament jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju li jrid jagħmel kumplessa u diffiċli. L-istabbiliment possibbli ta’ responsabbiltà tal-Unjoni minħabba l-aġir tal-Kunsill waqt l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ma għandux għalhekk jikkomprometti l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fiż-żamma tal-ordni globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Jidher madankollu li tali riskju ta’ kompromess huwa eskluż. Minn naħa, it-tliet kundizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Pro memoria</HT>, l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li tagħti drittijiet lill-individwi, l-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali diretta bejn l-imsemmi ksur u d-dannu: ara l-punt 29 tas-sentenza appellata. Ara wkoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:361">EU:C:2000:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li għandhom jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv sabiex dritt għal kumpens jiġi rikonoxxut, huma partikolarment eżiġenti. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet il-possibbiltà li tieħu inkunsiderazzjoni l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet li jridu jiġu rregolati sabiex tevalwa jekk il-ksur tad-dritt tal-Unjoni allegat kienx suffiċjentement serju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, inter alia, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:361">EU:C:2000:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:226">EU:C:2007:226</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Schneider Electric</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑440/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:459">EU:C:2009:459</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0160">160</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mis-sentenza Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet applikat il-kundizzjonijiet tradizzjonali dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni fir-rigward ta’ miżuri restrittivi adottati fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari fl-Iran u ma żiditx ir-rekwiżiti tagħha meta qieset il-qasam ta’ azzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat qabel kollox li mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali, meta evalwat jekk kienx hemm ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, eżaminat jekk il-ksur allegat tal-Kunsill kienx twettaq mhux biss b’mod manifest u serju, kif tippreskrivi l-ġurisprudenza stabbilita sew, imma b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>flagranti u mhux skużabbli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, b’riferiment għal ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li l-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn naf jien, qatt ma kkonfermat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-punt 31 tas-sentenza appellata. Ara wkoll il-punt 46 ta’ dik is-sentenza.</P></NOTE>. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ test imsaħħaħ fil-preżenza ta’ miżuri restrittivi ma ssib l-ebda bażi fil-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif indikajt hawn fuq. Barra minn hekk, għalkemm kif tfakkar il-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-għan iktar wiesa’ taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali […] huwa ta’ natura li jiġġustifika konsegwenzi negattivi, anki kunsiderevoli, li jirriżultaw, għal ċerti operaturi ekonomiċi, mid-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-atti adottati mill-Unjoni sabiex jitwettaq dan l-għan fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Punt 45 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, dawn il-konsegwenzi huma ġġustifikati biss meta dawn ikunu r-riżultat ta’ azzjoni legali tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, niddubita li xi tagħlimiet jistgħu jiġu misluta minn din il-konstatazzjoni, meta jrid jiġi deċiż jekk hemmx ksur suffiċjentement serju jew le tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalkemm il-ġurisprudenza klassika teħtieġ li jiġi evalwat jekk l-imġiba allegata tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ksur manifest u gravi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, il-Qorti Ġenerali għaldaqstant fittxet ksur flagranti u mhux skużabbli. Madankollu, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni li l-Kunsill ma kellux fil-mument tal-adozzjoni tal-miżuri kkontestati huwa wirja tal-konsegwenzi tal-bidla fil-paradigma moħbija f’din il-qabża apparentement biss semantika, peress li din tidher tabilħaqq taqa’ taħt il-kontroll tal-iskużabbiltà tal-aġir tal-istituzzjoni kkonċernata. Is-sintomu tal-iżball ta’ dritt li, kif se nuri tul dawn il-konklużjonijiet, se jippreġudika, u b’hekk jivvizzja, l-analiżi tal-Qorti Ġenerali, jinsab għalhekk fl-aċċettazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ksur suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-bażi legali għall-possibbiltà li l-Kunsill jinvoka elementi probatorji sussegwenti għall-att ikkontestat — u b’hekk li jiġi skużat, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, l-aġir ikkritikat — lanqas ma tista’ tirriżulta, kif issostni l-Qorti Ġenerali fil-punt 49 tas-sentenza appellata, mill-fatt li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>b’differenza minn rikors għal annullament, ir-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali jista’ jiġi ppreżentat f’terminu ta’ ħames snin dekorribbli mill-okkorrenza tal-fatt li jikkawża l-preġudizzju inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Meta affermat li “l-istituzzjoni li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħha tkun qiegħda tiġi kkontestata għandha, bħala prinċipju, id-dritt li tinvoka, għad-difiża tagħha, il-provi kollha rilevanti li jkunu seħħew qabel il-preżentata, fit-terminu indikat hawn fuq, tar-rikors għad-danni ppreżentat kontriha, bl-istess mod kif ir-rikorrent ikun jista’ juri l-portata u s-sinjifikat tad-dannu tiegħu billi jirrikorri għal elementi probatorji posterjuri għall-okkorrenza tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Punt 49 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u manifestament ħawdet iż-żewġ temporalitajiet differenti li fihom joqogħdu ż-żewġ kundizzjonijiet ugwalment differenti tal-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Fil-fatt, sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti għandha tevalwa l-aġir adottat mill-istituzzjoni fil-mument tal-adozzjoni tal-att ikkontestat — f’dan il-każ, deċiżjonijiet individwali li affettwaw lil HTTS b’miżuri restrittivi fl-2010. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma qalet xejn differenti fis-sentenza tagħha Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> meta sabet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/><HT TYPE="ITALIC">fid-data tal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet kontenzjużi</HT>, l-obbligu tal-Kunsill li jipproduċi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, l-informazzjoni jew il-provi li jissostanzjaw il-motivi tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi […] kien diġà<?PAGE NO="7"?> jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Ksur suffiċjentement serju għandu jinftiehem bħala kunċett statiku f’mument partikolari li huwa dak tal-aġir ikkritikat. Barra minn hekk, dejjem fil-kuntest tal-Kawża C‑45/15 P, il-Kunsill deher li kien jikkondividi tali kunċett statiku tal-ksur suffiċjentement serju, peress li sostna li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>il-ġurisprudenza li tistabbilixxi li huwa għandu [kellu] l-obbligu jipproduċi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, informazzjoni jew provi li jissostanzjaw il-motivi tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi […] ma kinitx stabbilita b’mod ċar <HT TYPE="ITALIC">fil-mument tal-adozzjoni</HT> tal-ewwel waħda mid-dispożizzjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, id-dannu, li neċessarjament isegwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Id-dannu jista’ wkoll ikun konkomitanti għal meta seħħ il-fatt jew immedjatament sussegwenti, iżda qatt preċedenti.</P></NOTE> l-fatt li kkawżah, jista’ jinbidel maż-żmien – bħala regola f’aggravazzjoni – u huwa l-komponent dinamiku tat-triptiku tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa loġiku li l-parti li tallega li sofriet dannu minħabba azzjoni ta’ istituzzjoni għandha tkun tista’ tinvoka elementi li seħħew wara li seħħ il-fatt — il-ksur suffiċjentement serju — biex tipprova l-eżistenza tal-imsemmi dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kif diġà indikajt, jiena pjuttost inklinat li naċċetta li l-azzjoni tal-Kunsill hija suġġetta għal restrizzjonijiet speċifiċi, fil-qasam ta’ miżuri restrittivi, u li dawn għandhom jiġu debitament ikkunsidrati meta jiġi evalwat jekk ikunx hemm lok li tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Madankollu, mill-proċess ma jirriżultax li l-Kunsill, fil-każ partikolari tal-inklużjoni ta’ HTTS permezz tal-miżuri kontenzjużi, sab tali diffikultajiet u huwa, f’kull każ, il-Kunsill li għandu jispjega l-kumplessità tas-sitwazzjoni li kellu jaffaċċja <HT TYPE="ITALIC">fil-mument tal-adozzjoni</HT> tal-miżuri restrittivi biex il-qorti tal-Unjoni tkun tista’, eventwalment, tikkunsidraha sabiex tiddeċiedi jekk l-aġir jikkostitwixxix ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-konklużjoni ġenerali li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[i]l-provi prodotti mill-istituzzjoni kkonċernata fil-kuntest ta’ rikors għad-danni jitqiesu li huma rilevanti, meta din l-istituzzjoni […] tkun adottat […] l-adozzjoni tal-miżura ta’ ffriżar ta’ fondi inkwistjoni, ikun jillimita serjament l-eżerċizzju effikaċi tal-kompetenzi li t-Trattati jattribwixxu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK, meta jipprevedu, insostenn tal-implimentazzjoni ta’ din il-politika, l-adozzjoni, minnhom, tal-miżuri restrittivi neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> naħseb li, minn tal-inqas, hija allarmanti u ma tistax, fi kwalunkwe każ, teżonera lill-Kunsill mill-invokazzjoni ddettaljata ta’ tali riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li, meta l-Qorti Ġenerali kkunsidrat bħala li jikkostitwixxu ksur suffiċjentement serju biss in-nuqqasijiet flagranti u mhux skużabbli u billi eżaminat l-aġir allegat fid-dawl tal-informazzjoni u tal-provi invokati wara l-miżuri kontenzjużi, din żnaturat l-istħarriġ li kellha tagħmel u vvizzjat ir-raġunament tagħha bi żball ta’ dritt. Għaldaqstant, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel aggravju għandu jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Nixtieq inżid ukoll xi riflessjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Jiena nistaqsi sa liema punt, il-Qorti Ġenerali, billi aċċettat li l-Kunsill jista’ jinvoka din l-informazzjoni u dawn il-provi wara l-manifestazzjoni tal-aġir allegat, ma kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni wkoll, mingħajr ma tiġi akkużata bi standards doppji, bħalma ssostni HTTS, l-avvenimenti li affettwaw lil HTTS wara l-2010. Madankollu, f’dan ir-rigward, ninnota li r-Regolament Nru 961/2010 ġie annullat, sa fejn kien jikkonċernaha, mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tas-<DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE> HTTS vs Il-Kunsill, minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑562/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:716">EU:T:2011:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Billi l-Qorti Ġenerali madankollu ma eskludietx li l-inklużjoni setgħet tkun iġġustifikata fuq il-mertu, iddeċidiet li żżomm l-effetti tar-regolament illegali għal xahrejn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑562/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:716">EU:T:2011:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punti 41 sa 43).</P></NOTE>. Fit-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, ir-Regolament (UE)<?PAGE NO="8"?> Nru 267/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> ħassar ir-Regolament Nru 961/2010, li fuqu ġiet inkluża mill-ġdid HTTS mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 54/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012 tat-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 19, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, iżda żamm l-inklużjoni ta’ HTTS għall-istess raġunijiet bħar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 54/2012. Il-Qorti Ġenerali annullat b’effett mit-<DATE ISO="20130822">22 ta’ Awwissu 2013</DATE> din iż-żamma fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑128/12 u T‑182/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:312">EU:T:2013:312</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> billi kkundannat in-nuqqas ta’ elementi konkreti għad-dispożizzjoni tal-Kunsill u l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ din l-istituzzjoni. Fil-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-Kunsill reġa’ inkluda lil HTTS billi adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1154/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013 tal-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 306, p. 3</REF.DOC.OJ>). Ara l-punti 20 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>HTTS u Bateni vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑45/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:650">EU:T:2015:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni f’dak li kien jirrigwarda lill-appellanti minħabba nuqqas ta’ fondatezza tal-inklużjoni. Meta ġiet biex tiddeċiedi dwar it-talba tal-Kunsill li żżomm l-effetti tal-att annullat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet din it-talba b’mod partikolari minħabba l-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>il-mod li bih il-Kunsill ittratta l-fajls tar-rikorrenti fuq livell amministrattiv huwa [kien] ikkaratterizzat minn nuqqas ta’ diliġenza<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>HTTS u Bateni vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑45/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:650">EU:T:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Qorti Ġenerali enfasizzat li din kienet it-tielet sentenza konsekuttiva ta’ annullament fir-rigward ta’ HTTS<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>HTTS u Bateni vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑45/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:650">EU:T:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’din id-data, l-inklużjonijiet ta’ IRISL, ta’ HDSL u ta’ SAPID kienu ġew annullati wkoll: ara l-punt 18 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>HTTS u Bateni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑45/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:650">EU:T:2015:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din l-aħħar sentenza tmur lura għat-<DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, u l-kawża għad-danni introdotta minn HTTS quddiem il-Qorti Ġenerali, min-naħa tagħha, iġġib id-data tal-<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE>, b’mod li t-tliet sentenzi ta’ annullament mogħtija mill-Qorti Ġenerali u l-konstatazzjoni aħħarija tan-nuqqas ta’ diliġenza tal-Kunsill setgħu jkunu wkoll provi li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ ksur manifest u serju tal-Kunsill mill-ewwel inklużjoni permezz tal-miżuri kontenzjużi, kieku l-loġika li l-Qorti Ġenerali segwiet fis-sentenza appellata kellha tiġi applikata wkoll favur l-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, nammetti li għandi ftit tad-diffikultà sabiex nirrikonċilja r-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-punti 46 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata — li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi lill-Kunsill il-possibbiltà li juża informazzjoni u provi li ma kellux fil-pussess tiegħu fid-data tal-aġir allegat biex jiġġieled l-akkuża ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni — mal-punt 73 tal-istess sentenza — li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-aġir tal-Kunsill wara t-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE> kien irrilevanti biex jiġi stabbilit jekk il-Kunsill kienx kiser b’mod suffiċjentement serju il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-appellanti minħabba li l-kawża ma kellhiex bħala suġġett it-talba għal kumpens tad-dannu allegatament sostnut minn HTTS minħabba l-inklużjoni tagħha mill-ġdid fil-listi wara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE>, HTTS vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑562/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:716">EU:T:2011:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u tat-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, HTTS vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑128/12 u T‑182/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:312">EU:T:2013:312</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iżda biss il-kumpens għad-danni li hija sofriet bejn is-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> u l-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Finalment, naqbel mal-Qorti Ġenerali meta ddikjarat li r-rikors għal annullament u r-rikors għad-danni huma żewġ rimedji awtonomi u l-annullament possibbli ta’ att ma jikkostitwixxix il-prova inkonfutabbli ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-punt 48 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. F’dan il-każ speċifiku mressaq għal eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja llum, nistaqsi madankollu jekk l-awtonomija tistax tiġġebbed sal-punt li tibdel <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-konstatazzjoni li wasslet għall-annullament. Fi kliem ieħor, filwaqt li, fil-kuntest tal-Kawża T‑562/10, il-Qorti Ġenerali annullat waħda miż-żewġ miżuri kontenzjużi minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-Kunsill jidher li huwa awtorizzat, fil-kuntest tar-rikors għad-danni, jirrimedja <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-illegalità oriġinali b’tali mod li jinnewtralizza, finalment, l-effetti<?PAGE NO="9"?> tal-annullament għal finijiet ta’ danni. Ma għadhiex sempliċiment kwistjoni li jiġi vverifikat jekk l-illegalità kkritikata fil-kuntest tar-rikors għal annullament tikkostitwixxix ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, iżda li tinbidel il-konstatazzjoni nnifisha ta’ din l-illegalità, li tista’ għalhekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tisparixxi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fil-kuntest tar-rikors għad-danni. Madankollu, għal darb’oħra, fin-nuqqas ta’ diffikultajiet serji invokati mill-Kunsill u tar-riskju li jitqajmu dubji dwar l-effettività tal-PESK<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Il-Qorti Ġenerali nfisha tidher li ma baqgħetx temmen, fil-każ ta’ HTTS, li kienu jeżistu tali diffikultajiet jew riskji: ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150918">18 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>HTTS u Bateni vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑45/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:650">EU:T:2015:650</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>, nistaqsi jekk, fil-qasam ta’ miżuri restrittivi, il-fatt li jintbagħat il-messaġġ lill-Kunsill li, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet tal-azzjoni illegali tiegħu, ser ikun dejjem jista’ jiġġustifika <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> l-atti tiegħu, ixaqlibx il-miżien wisq favur l-istituzzjoni b’detriment għad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Għal finijiet ta’ kompletezza, infakkar li, meta tistħarreġ il-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ natura kważi kriminali f’qasam fejn il-qorti tal-Unjoni teżerċita kontroll sħiħ, din il-qorti tista’, f’isem ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, tilqa’ elementi li ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha. Madankollu, din il-possibbiltà tidher ikkontrollata ħafna u tgħodd biss għall-benefiċċju tal-persuni li għandhom l-intenzjoni li jiddefendu ruħhom kontra l-azzjoni tal-istituzzjoni, u mhux bil-maqlub. Bħala eżempju, ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Galp Energia España <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑603/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:38">EU:C:2016:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u jkunx ta’ natura li jinkoraġġixxi politika ta’ inklużjoni preventiva mingħajr raġuni reali jew serja, peress li huwa biss aġir mhux biss <HT TYPE="ITALIC">serju</HT> iżda <HT TYPE="ITALIC">serju ħafna</HT> li jista’ jwassal kemm għall-annullament kif ukoll għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Issa ser ngħaddi għall-analiżi tal-aggravji l-oħra tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-aggravji l-oħra tal-appell</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kif ħabbart<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, l-analiżi ta’ dawn l-aggravji ser tkun iktar rapida, iktar u iktar peress li t-trattament tagħhom jibni fuq l-analiżi tal-ewwel aggravju u fuq l-iżball ta’ liġi li ġie identifikat fiha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-evalwazzjoni mill-Kunsill tal-fatt li HTTS kellha titqies li hija kumpannija miżmuma jew ikkontrollata minn IRISL ma kinitx tikkostitwixxi, fi kwalunkwe każ, żball gravi u mhux skużabbli jew żball manifest ta’ evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-kritika tal-appellanti hija essenzjalment diretta kontra l-punti 56 sa 63 tas-sentenza appellata. Il-Qorti allegatament wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet fil-punt 56 li l-kwalifikazzjoni ta’ kumpannija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>miżmuma jew ikkontrollata minn entità oħra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li l-applikazzjoni tagħha għaliha kienet is-suġġett tal-miżuri kontenzjużi, kellha tiġi evalwata indipendentement minn kunsiderazzjonijiet dwar is-sjieda. HTTS tilmenta mal-Qorti Ġenerali li kkunsidrat li l-elementi ta’ informazzjoni pprovduti <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> mill-Kunsill kienu rriżultaw li huma indizji suffiċjenti sabiex jitqies bħala probabbli li l-appellanti kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ikkontrollata minn u/jew kienet qed taġixxi għan-nom ta’ IRISL<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. HTTS takkuża wkoll lill-Qorti Ġenerali li ma ħaditx inkunsiderazzjoni żviluppi sussegwenti fil-ġurisprudenza tagħha, b’mod partikolari, rigward l-inklużjoni ta’ IRISL meta, fl-istess ħin, ibbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Kunsill wara l-miżuri inkwistjoni biex tikkonkludi li ma kienx hemm ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-miżuri kontenzjużi ma jippermettux l-inklużjoni ta’ entità li kulma għamlet kien li aġixxiet f’isem IRISL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Kunsill jitlob li t-tieni aggravju jiġi miċħud. HTTS għamlet interpretazzjoni żbaljata tal-punt 56 tas-sentenza appellata, peress li l-Qorti Ġenerali ma ddikjaratx li r-rabtiet parteċipatorji ma kellhom ebda rwol meta evalwat jekk il-kriterji materjali tal-inklużjoni kinux issodisfatti. F’dak li jirrigwarda t-teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-informazzjoni pprovduta wara l-miżuri kontenzjużi li wassluha biex tikkonkludi li HTTS setgħet probabbilment tiġi<?PAGE NO="10"?> kkunsidrata bħala kkontrollata u/jew li taġixxi f’isem IRISL, il-Kunsill jirreferi għall-pożizzjoni li żviluppa fil-kuntest tal-ewwel aggravju. Barra minn hekk, mill-miżuri kontenzjużi jirriżulta b’mod ċar li l-kriterju ta’ inklużjoni kien alternattiv u kien ikopri kemm il-każ ta’ entità taħt il-kontroll ta’ IRISL kif ukoll il-każ ta’ entità li taġixxi f’isem IRISL. Il-Kunsill jilqa’ l-analiżi tal-Qorti Ġenerali dwar id-diversi elementi ta’ informazzjoni u jsostni li huwa mingħajr żball ta’ liġi li setgħet tikkonkludi li ma kienx hemmx ksur suffiċjentement serju minħabba l-fatt li kien probabbli, fid-dawl tal-imsemmija elementi, li HTTS kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-miżuri inkwistjoni biex tiġi inkluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel, essenzjalment, mal-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali u tqis inammissibbli l-argument ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti evalwati mill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi li l-appellanti setgħet tiġi kkunsidrata li tissodisfa l-kriterju ta’ inklużjoni tal-miżuri kkontestati sa fejn HTTS ma tallega l-ebda żnaturament tal-fatti u l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell tradizzjonalment huwa tradizzjonalment limitat għall-kwistjonijiet tad-dritt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-kritika li saret kontra l-punt 56 tas-sentenza appellata għandha tiġi miċħuda, peress li l-appellanti interpretat l-imsemmi punt b’mod żbaljat, kif isostni l-Kunsill. Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball fid-dritt meta ddeċidiet li kumpannija tista’ tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>miżmuma jew ikkontrollata minn entità oħra<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> meta din tal-aħħar tkun f’sitwazzjoni fejn hija tista’ tinfluwenza l-għażliet kummerċjali tal-kumpannija kkonċernata, anki fl-assenza ta’ kull rabta ġuridika tal-proprjetà. Dan ma jfissirx li ma tingħata ebda kunsiderazzjoni għal kwalunkwe rabta ta’ proprjetà, iżda sempliċement li l-assenza ta’ kwalunkwe rabta ta’ proprjetà ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi kkunsidrat li l-kriterju ma huwiex issodisfatt, u dan iktar u iktar peress li dan il-kriterju ġie fformulat b’mod ċar b’mod alternattiv u kien jirreferi kemm għal sitwazzjoni ta’ detenzjoni kif ukoll għal sitwazzjoni ta’ kontroll. Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta wkoll li l-ilment li l-miżuri kontenzjużi ma jippermettux l-inklużjoni ta’ kumpannija li sempliċiment taġixxi f’isem IRISL għandu jiġi miċħud bħala infondat, fid-dawl tal-kliem stess tal-kriterju għall-inklużjoni fil-miżuri kontenzjużi. L-interpretazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-kontenut tal-kriterji ma hijiex ivvizzjata bi żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għall-bqija, mill-punti 58 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali applikat, fil-każ konkret li tressaq quddiemha u fil-kundizzjonijiet spjegati fil-punti 42 sa 53 ta’ dik is-sentenza, it-test biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur manifestament serju tad-dritt tal-Unjoni. Meta vverifikat jekk il-ksur allegat tal-kundizzjonijiet materjali ta’ inklużjoni setax jikkostitwixxi tali ksur, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konklużjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[l]-informazzjoni u l-provi invokati mill-Kunsill fil-każ inkwistjoni [kienu] jikkostitwixxu indizji rilevanti, suffiċjentement preċiżi u konkordanti, li jippermettu li jitqies li, fil-kuntest tal-preżenti rikors għad-danni, il-fatt li HTTS kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[kienet] [i]kkontrollata u/jew taġixxi f’isem IRISL<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jidher li huwa probabbli ħafna<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara l-punt 58 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Għalhekk, għalkemm il-Kunsill irrikonoxxa li ma kellux informazzjoni jew provi fiż-żmien tal-inklużjoni fl-2010 u ma pprovdiex, sa dik id-data, ir-raġunijiet speċifiċi u konkreti li għalihom HTTS kienet ġiet inkluż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Fil-fatt, nikkonstata li r-raġunijiet mogħtija fil-miżuri kontenzjużi bħala ġustifikazzjoni għall-inklużjoni huma biss repetizzjoni tal-kriterju ta’ inklużjoni nnifsu.</P></NOTE>, il-fatt li dawn kienu għad-dispożizzjoni tiegħu wara, <HT TYPE="ITALIC">aktarx</HT> iġġustifika l-inklużjoni tal-2010 f’għajnejn il-Qorti Ġenerali, li, għalhekk, eskludiet l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Nirrileva li, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità tal-motivi ta’ miżura restrittiva, hija ġurisprudenza stabbilita li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jistax ikun limitat għall-evalwazzjoni tal-plawżibbiltà astratta tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk dawn il-motivi, jew tal-inqas, wieħed minnhom meqjus suffiċjenti minnu nnifsu sabiex isostni l-imsemmija miżura, humiex issostanzjati: ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Azarov vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑530/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1031">EU:C:2018:1031</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dan ir-raġunament huwa affettwat bl-istess żball ta’ liġi bħal dak identifikat fil-kuntest tal-ewwel aggravju, ladarba huwa l-estensjoni naturali tiegħu, peress li l-Qorti Ġenerali poġġiet fil-prattika fih dak li kienet qegħda tipprova tiġġustifika qabel mil-lat teoretiku. Għalhekk jien ma nikkunsidrax, kif isostnu l-Kunsill u l-Kummissjoni, li dan huwa sempliċement tentattiv ta’ HTTS li tikkritika l-evalwazzjoni tal-fatti li, minbarra l-ipoteżi ta’ żnaturament li fil-fatt hija ma invokatx, ma taqax taħt l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell. Għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fil-kuntest tal-argumenti ddedikati għall-ewwel aggravju, hemm lok li jiġi konkluż li l-Qorti Ġenerali ma poġġietx ruħha fit-temporalità t-tajba, li hija dik tal-aġir allegat. Fi kliem ieħor, u biex nuża metafora medika, għalkemm identifikajt b’mod korrett is-sintomu fl-iżball ta’ liġi li jinsab fil-punti 42 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tas-sentenza appellata, huwa ċar li l-marda faqqgħet fil-punti 58 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., b’tali mod li finalment l-analiżi kollha dwar l-identifikazzjoni ta’ ksur suffiċjentement serju, f’dan il-każ tal-kundizzjonijiet materjali ta’ inklużjoni minħabba nuqqas ta’ provi, ġiet infettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jiena nikkondividi l-perplessità tal-appellanti għall-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali fil-punt 63 tas-sentenza appellata li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/><HT TYPE="ITALIC">waqt l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti</HT> fil-listi kontenzjużi […], l-inklużjonijiet tal-ismijiet ta’ IRISL, ta’ HDSL u ta’ SAPID ma kinux għadhom ġew annullati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. B’risposta għal dan l-ilment, il-Qorti Ġenerali rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi invokati mill-appellanti u li seħħew wara l-miżuri kontenzjużi. Għaldaqstant manifestament ma poġġietx lilha nfisha fl-istess żmien li poġġiet lilha nfisha fih sabiex tevalwa l-attitudni tal-Kunsill u l-elementi li huwa invoka. Għal darb’oħra, ċaħdet lill-appellanti dak li hija ppermettiet lill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Jirriżulta għalhekk li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar l-ilment ibbażat fuq ksur suffiċjentement serju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ inklużjoni, minħabba l-fatt li l-Kunsill ma kienx stabbilixxa, abbażi ta’ provi suffiċjenti, li HTTS kienet taħt il-kontroll ta’ IRISL, huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi. Għalhekk, it-tieni aggravju, għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ aggravju kkunsidrati flimkien</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet u r-raba’ aggravju, li għandhom jiġu kkunsidrati flimkien, HTTS essenzjalment issostni, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma kkunsidratx li l-illegalità li kienet ġiet ikkonstatata għar-Regolament Nru 961/2010 kienet affettwat il-legalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 minħabba l-fatt li l-appellanti ma kinitx ippreżentat rikors għal annullament kontra dan ir-regolament tal-aħħar. Il-preżunzjoni tal-legalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 b’hekk stabbilita għandha għalhekk tiġi miċħuda u ma għandux ikun possibbli, kif għamlet il-Qorti Ġenerali fil-punti 89 u 90 tas-sentenza appellata, li l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jivvizzja r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 jiġi ġġustifikat b’motivi sussegwenti. Min-naħa l-oħra, HTTS ssostni li l-punt 88 tas-sentenza appellata huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni għandha titqies li tagħti lok għal kumpens. HTTS tfakkar in-natura essenzjali tal-obbligu ta’ motivazzjoni u r-rabta li dan għandu mal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>, (<NO.CASE>T‑384/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:986">EU:T:2014:986</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali ma setgħetx sempliċement issostni li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ma kinitx, b’mod ġenerali, ta’ natura li tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni iżda kellha tivverifika, fil-każ konkret li kien tressaq quddiemha, jekk il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kienx wassal għal ksur tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-appellanti li jista’ jagħti d-dritt għal kumpens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob, essenzjalment, li dawn iż-żewġ aggravji jiġu miċħuda. Minn naħa, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li l-portata tas-sentenza tas-<DATE ISO="20111207">7 ta’ Diċembru 2011</DATE>, HTTS vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑562/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:716">EU:T:2011:716</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> kienet limitata biss għar-Regolament Nru 961/2010. Il-Qorti Ġenerali kienet ukoll korretta meta ddeċidiet li kellha tkun HTTS li tiżviluppa, fil-kuntest tar-rikors quddiemha, argument separat biex turi li ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kien jaffettwa wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010, ħaġa li hija ma għamlitx. Min-naħa l-oħra, hija ssostni li l-esklużjoni tal-kumpens f’każ ta’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni hija ġġustifikata mill-funzjoni kumpensatorja limitata tad-dritt għal kumpens għall-preżervazzjoni tal-kapaċità ta’ azzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali rreferiet biss għal ġurisprudenza stabbilita. HTTS ma wrietx ir-rabta bejn il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u l-ksur eventwali tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tagħha li rriżulta minnu jew għaliex hija kienet prekluża milli teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha. Is-silta mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>, (<NO.CASE>T‑384/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:986">EU:T:2014:986</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li fuqha tibbaża ruħha barra minn hekk ma tirrigwardax lil din il-problema iżda kienet tirrigwarda pjuttost l-istħarriġ tal-fondatezza tal-miżuri restrittivi inkwistjoni f’dak il-każ. Fi kwalunkwe każ, huwa biżżejjed li r-rikorrenti tkun tista’ tieħu konjizzjoni tal-motivi fil-kuntest ta’ rikors għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni taqbel, essenzjalment, mal-argument tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dawn it-tielet u r-raba’ aggravju huma diretti kontra l-parti tas-sentenza appellata ddedikata għall-eżami bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-inklużjonijiet kontenzjużi bħala li tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju, billi HTTS tinvoka essenzjalment, għall-finijiet ta’ prova tagħha, is-sentenza li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament Nru 961/2010 f’dak li jirrigwarda lill-appellanti minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. L-iżviluppi fil-kuntest ta’ dan l-eżami juru wkoll li l-argument tal-appellanti kien jirrigwarda wkoll is-suġġett tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara l-punti 74 sa 78 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment dwar il-preżunzjoni tal-legalità tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 668/2010, minħabba l-fatt li HTTS ma ppreżentatx rikors għal annullament tiegħu, effettivament huwa b’mod ġust li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma setgħetx tikkonkludi dwar l-illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 mis-sentenza li permezz tagħha annullat ir-Regolament Nru 961/2010 biss u li kienet ir-responsabbiltà ta’ HTTS li turi r-raġunijiet li għalihom, fil-fehma tagħha, l-inklużjoni tagħha fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2010 setgħet tiġi kklassifikata bħala ksur suffiċjentement serju tal-obbligu ta’ motivazzjoni li kellu l-Kunsill. Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi osservat li l-punt 89 tas-sentenza appellata li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fil-kuntest tal-preżenti rikors għad-danni, il-<HT TYPE="ITALIC">legalità</HT> tal-miżura restrittiva inkwistjoni għandha fi kwalunkwe każ tiġi evalwata wkoll fid-dawl ta’ motivi sussegwenti, invokati mill-Kunsill fid-Deċiżjoni 2012/35/PESK [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 19, p. 22</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE><HT TYPE="SUP">]</HT><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑692/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:890">EU:T:2017:890</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Korsiv miżjud minni.</P></NOTE> tikkostitwixxi manifestazzjoni ulterjuri tal-iżball ta’ liġi li wettqet il-Qorti Ġenerali dwar il-premessi tal-analiżi tagħha. Ir-rigorożità terminoloġika li għandha tirregola l-fehim xieraq tal-kunċetti u d-distinzjoni tar-rikorsi twassalni biex nenfasizza li dan il-punt jirrigwarda r-Regolament Nru 961/2010 u li l-kwistjoni tal-legalità tiegħu ġiet deċiża b’mod definittiv f’sentenza tal-Qorti Ġenerali li ddikjarat l-annullament tiegħu f’dak li jikkonċerna lil HTTS. Madankollu, dan il-punt 89 joħloq konfużjoni evidenti u jagħti lil wieħed x’jifhem li l-illegalità kkonstatata fil-kuntest tar-rikors għal annullament tista’ tiġi diskussa mill-ġdid fil-kuntest ta’ rikors għad-danni. Nittama li wrejt b’mod adegwat li dan ma jistax ikun il-każ. Fi kwalunkwe każ, jidher ċar ukoll li meta evalwat jekk il-ksur<?PAGE NO="13"?> tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kunsill waqt l-inklużjoni tal-appellanti mir-Regolament Nru 961/2010 kienx jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju, il-Qorti Ġenerali reġgħet ħadet inkunsiderazzjoni, kif ġustament irrilevat HTTS, l-elementi ta’ motivazzjoni li seħħew wara l-2010<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara l-punt 90 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, u b’hekk ivvizzjat ir-raġunament tagħha. Peress li dan l-ilment huwa fondat, it-tielet aggravju għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Rigward il-kwistjoni tal-esklużjoni sistematika tar-responsabbiltà tal-Unjoni f’każ ta’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ta’ att, mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali stess qieset li l-argumenti mressqa fir-rigward tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minn HTTS setgħu jkunu estiżi fl-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-punt 78 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Jekk wieħed jassumi li l-ġurisprudenza invokata fil-punt 88 tas-sentenza appellata, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ta’ att ma hijiex ta’ natura li timplika r-responsabbiltà [mhux kuntrattwali] tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tapplika bl-istess termini f’każ ta’ miżuri restrittivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Il-kwistjoni tista’ tqum, fil-fatt, minħabba n-natura individwali u l-konsegwenzi sinjifikattivi li dawn jista’ jkollhom fuq id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati [ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)]. Il-kwistjoni dwar jekk il-ġurisprudenza żviluppata fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti regolatorji hijiex immedjatament applikabbli għall-miżuri restrittivi, li ma hijiex direttament mqajma fil-kuntest ta’ dan l-appell, ma jidhirlix li ġiet deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-unika sentenza disponibbli hija s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑47/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:207">EU:T:2007:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0238">238</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali tidher li ma waqfitx sa din il-konstatazzjoni sabiex tiċħad il-motiv iżda kompliet l-analiżi, kif turi l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[m]adankollu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fil-punt 89, biex tivverifika, bl-użu ta’ metodoloġija fl-opinjoni tiegħi żbaljata, jekk il-motivi mogħtija fl-2012 setgħux jiċċaraw mhux biss għar-rikorrenti iżda wkoll għall-Qorti Ġenerali ir-raġunijiet tal-inklużjoni ta’ HTTS u l-kawżi tad-danni allegatament sostnuti. B’hekk, u anki jekk bi spejjeż ta’ analiżi minimi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat il-possibbiltà — <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT> — li l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kien tali li seta’ kiser, b’mod serju, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ HTTS. Konsegwentement, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni tal-analiżi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Minħabba l-iżball ta’ liġi li jivvizzja r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, u li kellu l-effetti tiegħu fuq l-analiżi kollha dwar l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-ewwel, it-tieni u t-tielet aggravju tal-appell. Barra minn hekk, ma naħsibx li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża għal tliet raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif għadni kif urejt, il-Qorti Ġenerali ma applikatx it-test adatt meta ddeterminat jekk kienx hemm ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għar-riżultat li tikseb analiżi tal-ksur suffiċjentement serju bbażata fuq test korrett, l-applikazzjoni tal-imsemmi test teħtieġ l-evalwazzjoni ta’ elementi fattwali relatati mas-sitwazzjoni li kienet teżisti fl-2010 li ma jidhrux li jinsabu fil-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>It-tieni nett, anki jekk jitqies li l-applikazzjoni tal-imsemmi test twassal għall-konklużjoni li l-ewwel kundizzjoni sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni hija ssodisfatta, ikun irid jiġi ddeterminat jekk iż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra humiex issodisfatti wkoll. Issa, kif fakkart iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara l-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, peress li l-Qorti Ġenerali waqqfet l-analiżi tagħha sal-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ ksur suffiċjentement serju, hija ma ddeċidietx dwar il-kundizzjonijiet sussegwenti. Barra minn hekk, il-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettilhiex li tiddeċiedi hija stess dwar dawn il-kwistjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, anki jekk din id-darba jiġi preżunt li l-kundizzjonijiet kollha sabiex ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni tiġi stabbilita huma ssodisfatti, ikun jonqos li jiġi stabbilit l-ammont ta’ kumpens għad-dannu/danni u/jew li tittieħed pożizzjoni dwar l-argument imqajjem mill-Kunsill dwar il-preskrizzjoni tal-azzjoni għal kumpens, argument li ma ġiex indirizzat mill-Qorti Ġenerali u għalhekk ma setax jiġi diskuss bejn il-partijiet matul il-proċedura tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, u mingħajr ħsara għad-deċiżjoni li l-Qorti Ġenerali ser tasal għaliha wara analiżi ħielsa minn kull żball ta’ liġi dwar l-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 61(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Peress li, skont l-analiżi tiegħi, il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali, hemm lok, konsegwentement, li l-ispejjeż jiġu rriżervati skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dak ir-Regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑692/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:890">EU:T:2017:890</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-ispejjeż huma rriżervati.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>