European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2424

28.11.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2424

tal-25 ta’ Novembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2025) 8160)

(Il-verżjoni bil-lingwa Taljana biss hija awtentika)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vetturi u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt gravi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tfixkel il-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati f’tali żona. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta għandha tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 (4) tistipula ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja. L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi l-istabbiliment, fl-Italja, ta’ żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll l-istabbiliment ta’ żoni tat-tilqim, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5). Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi li dawn iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll iż-żoni ta’ tilqim, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Annessi I u III tagħha, u l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni għandhom jiġu applikati mill-inqas sad-dati stabbiliti f’dawk l-Annessi.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi li l-Italja għandha tiżgura li l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza jew miż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru huma pprojbiti sad-dati elenkati f’dak l-Anness.

(5)

Minbarra dan, l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi li fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u għall-perjodi speċifikati f’dak l-Anness, l-Italja għandha tapplika l-miżuri applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Jipprojbixxi wkoll il-movimenti ta’ annimali bovini miż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra minn dawk iż-żoni fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru għall-perjodi speċifikati f’dak l-Anness.

(6)

Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2087 (6), l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 8 tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-provinċji ta’ Nuoro u Oristano, fir-reġjun ta’ Sardenja, li ġew irrapportati bejn il-15 ta’ Ottubru 2025 u l-5 ta’ Novembru 2025. B’reazzjoni għal dawk it-tifqigħat, l-Italja stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, fil-provinċji ta’ Nuoro u ta’ Oristano, fir-reġjun ta’ Sardenja, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(7)

Fis-17 ta’ Novembru 2025, l-Italja rrapportat data addizzjonali biex tippermetti valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha. Dik l-informazzjoni turi titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ġenerali, appoġġata minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli dwar it-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u l-kisba tal-kopertura minima tat-tilqim meħtieġa f’konformità mal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

(8)

L-Italja infurmat ukoll lill-Kummissjoni dwar dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għal diversi tifqigħat fir-reġjun ta’ Sardenja, li rriżultaw f’ċerti tifqigħat li baqgħu ma ssolvewx. Konsegwentement, id-durata taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti madwar dawk it-tifqigħat trid tiġi estiża, u din id-Deċiżjoni testendi kif xieraq il-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom.

(9)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi fir-reġjun ta’ Sardinja, jeħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid iż-żoni ristretti elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582. B’mod partikolari, iż-żona ristretta ulterjuri jenħtieġ li titneħħa, filwaqt li ż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza madwar dawk it-tifqigħat li għalihom il-miżuri ta’ eradikazzjoni ddewmu jenħtieġ li jiġu aġġustati spazjalment u d-durata tagħhom jenħtieġ li tiġi estiża. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza madwar it-8 tifqigħat ikkonfermati addizzjonali. Għalhekk, ir-referenzi għaż-żona ristretta ulterjuri fl-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jenħtieġ li jitneħħew, u l-Parti B tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, li telenka żona ristretta ulterjuri, jenħtieġ li titħassar.

(10)

Fid-dawl tat-tneħħija taż-żona ristretta ulterjuri prevista fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, il-miżuri addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, li kienu japplikaw speċifikament għaż-żona elenkata fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni, ma għadhomx meħtieġa. Konsegwentement, l-Artikolu 3 u l-Anness II attwali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jenħtieġ li jitħassru. Bħala riżultat ta’ dak it-tħassir, l-Anness III attwali, li jelenka ż-żoni tat-tilqim, jenħtieġ jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness II.

(11)

Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif emendata b’din id-Deċiżjoni, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom il-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza ta’ insetti vetturi. Anke meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (7).

(12)

L-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprojbixxu l-moviment tal-annimali bovini minn żoni ta’ protezzjoni, minn żoni ta’ sorveljanza jew minn żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru, sad-dati elenkati fl-Annessi I u II tagħha. Fid-dawl tat-tifqigħat mhux solvuti fir-reġjun ta’ Sardinja, jenħtieġ li dik il-projbizzjoni tkompli tapplika fiż-żoni ta’ protezzjoni u fiż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif emendata b’din id-Deċiżjoni.

(13)

Iż-żoni ta’ tilqim stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jibqgħu meħtieġa, u t-tilqim jenħtieġ li jkompli f’konformità mal-pjan uffiċjali tat-tilqim tal-Italja datat l-1 ta’ Lulju 2025, li ġie ppreżentat skont l-Artikolu 6(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. Peress li l-Anness II attwali jitħassar, l-Anness li jelenka ż-żoni ta’ tilqim jenħtieġ li jibqa’ fis-seħħ u jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Anness II biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tat-tilqim fiż-żoni ddeżinjati.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jiġu emendati kif xieraq.

(15)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Italja, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun biex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fl-Italja, lejn Stati Membri oħra, jew lejn pajjiżi terzi u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-Italja għandha tistabbilixxi:

(a)

żoni ristretti, li jkunu jinkludu żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, u l-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu applikati f’tali żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza għandhom jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati f’dak l-Anness;

(b)

iż-żoni ta’ tilqim, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness; dawk iż-żoni ta’ tilqim għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u l-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu applikati f’tali żoni ta’ tilqim għandhom jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Italja għandha tipprojbixxi l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u miż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness.”

;

2.

L-Artikolu 3 jitħassar;

3.

L-Annessi huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 tad-29 ta’ Lulju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 (ĠU L, 2025/1582, 1.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1582/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2087 tal-14 ta’ Ottubru 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja (ĠU L, 2025/2087, 17.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2087/oj).

(7)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.


ANNESS

“ANNESS I

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Reġjun ta’ Sardenja

IT-LSD-2025-00001

IT-LSD-2025-00003

IT-LSD-2025-00006

IT-LSD-2025-00009

IT-LSD-2025-00012

IT-LSD-2025-00019

IT-LSD-2025-00022

IT-LSD-2025-00024

IT-LSD-2025-00025

IT-LSD-2025-00027

IT-LSD-2025-00037

IT-LSD-2025-00041

IT-LSD-2025-00042

IT-LSD-2025-00044

IT-LSD-2025-00046

IT-LSD-2025-00051

IT-LSD -2025-00071

IT-LSD -2025-00072

IT-LSD -2025-00073

IT-LSD -2025-00074

IT-LSD -2025-00075

IT-LSD -2025-00076

IT-LSD -2025-00077

IT-LSD -2025-00078

IT-LSD -2025-00079

IT-LSD -2025-00080

Protection zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.28903, 9.102816 Long.(2025/9), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27), 9Lat., 40.30125, Long. 9.04641 (2025/37), Lat. 40.30794, Long. 9.07156 (2025/41), Lat. 40.29275, Long. 9.116667 (2025/42), Lat. 40.284756, Long. 9.303752 (2025/44), Lat. 40.20129, Long. 9.18471 (2025/46), Lat. 40.30071, Long. 9.15876 (2025/51), Lat. 40.236442, Long. 9.358689 (2025/71), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72), Lat. 40.258, Long. 9.2563 (2025/73), Lat. 40.200046, Long. 9.340078 (2025/74), Lat. 40.24263, Long. 9.33967 (2025/75), Lat. 40.165, Long. 9.488219 (2025/76), Lat. 40.07977, Long. 9.37082 (2025/77), Lat. 40.090098, Long. 8.720283 (2025/78), Lat. 40.18562, Long. 9.10301 (2025/79), Lat. 40.19251,Long. 9.094149 (2025/80)

27.2.2026

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.28903, Long. 9.102816 (2025/9), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27), Lat., 40.30125, Long. 9.04641 (2025/37), Lat. 40.30794, Long. 9.07156 (2025/41), Lat. 40.29275, Long. 9.116667 (2025/42), Lat. 40.284756, Long. 9.303752 (2025/44), Lat. 40.20129, Long. 9.18471 (2025/46), Lat. 40.30071, Long. 9.15876 (2025/51), Lat. 40.236442, Long. 9.358689 (2025/71), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72), Lat. 40.258, Long. 9.2563 (2025/73), Lat. 40.200046, Long. 9.340078 (2025/74), Lat. 40.24263, Long. 9.33967 (2025/75), Lat. 40.165, Long. 9.488219 (2025/76), Lat. 40.07977, Long. 9.37082 (2025/77), Lat. 40.090098, Long. 8.720283 (2025/78), Lat. 40.18562, Long. 9.10301 (2025/79), Lat. 40.19251,Long. 9.094149 (2025/80)

27.2.2026 – 16.3.2026

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.28903, Long. 9.102816 (2025/9), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27), Lat., 40.30125, Long. 9.04641 (2025/37), Lat. 40.30794, Long. 9.07156 (2025/41), Lat. 40.29275, Long. 9.116667 (2025/42), Lat. 40.284756, Long. 9.303752 (2025/44), Lat. 40.20129, Long. 9.18471 (2025/46), Lat. 40.30071, Long. 9.15876 (2025/51), Lat. 40.236442, Long. 9.358689 (2025/71), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72), Lat. 40.139252, Long. 9.329541 (2025/72), Lat. 40.258, Long. 9.2563 (2025/73), Lat. 40.200046, Long. 9.340078 (2025/74), Lat. 40.24263, Long. 9.33967 (2025/75), Lat. 40.165, Long. 9.488219 (2025/76), Lat. 40.07977, Long. 9.37082 (2025/77), Lat. 40.090098, Long. 8.720283 (2025/78), Lat. 40.18562, Long. 9.10301 (2025/79), Lat. 40.19251, Long. 9.094149 (2025/80) excluding the areas included in the protection zone.

16.3.2026

ANNESS II

Parti A:   Żona tat-tilqim II

It-territorju kollu ta’:

—

ir-reġjun ta’ Sardenja sal-aħħar jum tal-perjodu tal-irkupru, imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

Parti B:   Żona tat-tilqim I

It-territorju kollu ta’:

—

ir-reġjun ta’ Valle D’Aosta sal-aħħar jum tal-perjodu tal-irkupru, imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2424/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)