|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 379/92 |
LINJA GWIDA (UE) 2020/1691 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Settembru 2020
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral
(BĊE/2020/47)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari lewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Titoli ggarantiti b’assi li l-assi sottostanti tagħhom jinkludu selfiet b’ipoteka residenzjali jew selfiet lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jew it-tnejn li huma, u li ma jissodisfawx ċerti rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 3(5) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (1) m’għandhomx ikomplu jkunu eliġibbli bħala kollateral tal-Eurosistema, fid-dawl tal-fatt li din il-klassi ta’ assi qatt ma ntużat. |
|
(2) |
Il-metodu tal-kalkolu ta’ penali finanzjarji f’każijiet fejn il-pretensjonijiet tal-kreditu li mhumiex konformi mal-Artikolu 154(1)(c) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (2) huma inklużi f’aggregazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu addizzjonali taħt l-Artikolu 4 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandu jiġi emendat sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji sproporzjonati. |
|
(3) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 5; |
|
2. |
L-Artikolu 4 huwa emendat skont kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta’ Jannar 2021. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Novembru 2020.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).
(2) Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).