<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑283/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0283</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:104">EU:C:2017:104</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>viardcacjeSENTENZA TAD-<DATE ISO="20170209">9.2.2017</DATE> – KAWŻA C‑283/16</P><P>S.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 4/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 41(1)</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u tal-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment</KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fi Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Preżentazzjoni tat-talba direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga li t-talba titressaq quddiem l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑283/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Family Division [qorti għolja tal-ġustizzja (l-Ingilterra u Wales), diviżjoni tal-familja, ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">M. S.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">P. S.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. S., minn T. Scott, QC, u E. Bennet, barrister, fuq struzzjonijiet ta’ M. Barnes, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 7, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. S., residenti fil-Ġermanja, u P. S., residenti fir-Renju Unit, dwar manteniment.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 4/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 27, 31 u 32 tar-Regolament Nru 4/2009 jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(9)</NO.P><TXT>Kreditur ta’ manteniment għandu jkun jista’ jikseb faċilment, fi Stat Membru, deċiżjoni li tkun awtomatikament eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda formalità oħra.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(27)</NO.P><TXT>Jeħtieġ ukoll li jiġu limitati kemm jista’ jkun il-ħtiġiet formali għall-eżekuzzjoni li jistgħu jkabbru l-ispejjeż li jkollu jġarrab il-kreditur tal-manteniment. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali ta’ manteniment, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali maħtura mill-Istati Membri. Huma għandhom jgħinu lill-kredituri u lid-debituri ta’ manteniment biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom fi Stat Membru ieħor billi jippreżentaw talbiet għar-rikonoxximent, dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li diġà jeżistu, l-emendar ta’ tali deċiżjonijiet jew biex tingħata deċiżjoni. Huma għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni sabiex isibu d-debituri u l-kredituri, u jidentifikaw id-dħul u l-assi tagħhom kif meħtieġ. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>[…] Il-kriterju biex jiġi determinat id-dritt ta’ persuna li titlob assistenza minn Awtorità Ċentrali għandu jkun inqas strett mill-kriterju ta’ konnessjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>residenza abitwali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> użat f’partijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> għandu jeskludi s-sempliċi preżenza.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV ta’ dan ir-regolament huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Rikonoxximent, Eżekutorjetà, u Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> Huwa jinkludi l-Artikoli 16 sa 43 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Tneħħija tal-exequatur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, l-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament, li jinsab taħt it-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu IV, dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[d]eċiżjoni mogħtija fi Stat Membru marbut bil-Protokoll tal-Aja tal‑2007<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru marbut bil-Protokoll tal-Aja tal‑2007 għandha tkun rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali u mingħajr l-ebda possibbiltà li wieħed jopponi r-rikonoxximent tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Taqsima 1 tal-imsemmi Kapitolu IV tinkludi wkoll l-Artikolu 20 tal-istess regolament. Dan l-artikolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dokumenti għall-finijiet tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jidentifika, fil-paragrafu 1 tiegħu, id-dokumenti li l-appellant għandu jipprovdi lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>awtoritajiet tal-eżekuzzjoni kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Proċeduri u kondizzjonijiet għall-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni. Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha tiġi eżegwita hemmekk skont l-istess kondizzjonijiet bħal deċiżjoni mogħtija f’dan l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Aċċess għall-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-Kapitolu V tar-Regolament Nru 4/2009 jinkludi l-Artikoli 44 sa 47 ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 45 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kontenut tal-għajnuna legali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-għajnuna legali mogħtija skont dan il-Kapitolu għandha tfisser l-assistenza neċessarja għaż-żewġ partijiet biex ikunu jistgħu jagħfu u jasserixxu d-drittijiet tagħhom u biex jiġi garantit li l-applikazzjonijiet tagħhom, ippreżentati permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali jew direttament lill-awtoritajiet kompetenti, jiġu ttrattati bis-sħiħ u b’mod effikaċi. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 sa 63 tal-istess regolament jinsabu taħt il-Kapitolu VII tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. L‑Artikolu 49 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Nomina ta’ Awtoritajiet Ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kull Stat Membru għandu jinnomina Awtorità Ċentrali biex twettaq il-kompiti li huma imposti fuqha minn dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Funzjonijiet speċifiċi tal-awtoritajiet ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-awtoritajiet ċentrali għandhom jipprovdu assistenza rigward l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 56. B’mod partikolari huma għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jittrasmettu u jirċievu tali applikazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jibdew jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni ta’ proċedimenti fir-rigward ta’ tali applikazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Applikazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Applikazzjoni skont dan il-Kapitolu għandha ssir permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn l-applikant hu resident lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru rikjest.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Applikazzjonijiet disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kreditur li jipprova jirkupra manteniment skont dan ir-Regolament jista’ jagħmel l-applikazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija jew rikonoxxuta fl-Istat Membru rikjest;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="056.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fejn previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ddeterminati mil-liġi tal-Istat Membru rikjest u għandhom jaqgħu taħt ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli f’dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 76 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Dħul fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika, ħlief għad-dispożizzjonijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu, mit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dment li f’dik id-data l-Protokoll tal-Aja tal-2007 jkun applikabbli fil-Komunità. Fin-nuqqas ta’ dak, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni fil-Komunità tal-imsemmi Protokoll.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-Anness 1 tas-Civil Jurisdiction and Judgments (Maintenance) Regulations 2011 [regolament tal-2011 dwar il-ġurisdizzjoni u s-sentenzi ċivili (manteniment)]:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, meta deċiżjoni li tagħti drittijiet ta’ manteniment tkun trid tiġi eżegwita fir-Renju Unit b’applikazzjoni tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tar-Regolament [Nru 4/2009], il-qorti li lilha għandha tiġi indirizzata t-talba għall-eżekuzzjoni hija</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fl-Ingilterra u Wales, il-Family Court,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Talba għall-eżekuzzjoni hija trażmessa lill-Family Court […] (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-qorti ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>)</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fl-Ingilterra u Wales, mil-Lord Chancellor,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tagħti obbligi ta’ manteniment,</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-deċiżjoni għandha l-istess forza u l-istess effetti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-qorti ta’ eżekuzzjoni għandha l-istess setgħat, u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>proċedura għal eżekuzzjoni jew b’konnessjoni magħha tista’ tinbeda bl-istess mod,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>daqslikieku d-deċiżjoni ttieħdet oriġinarjament mill-qorti ta’ eżekuzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-awtorità ċentrali nnominata għall-Ingilterra u Wales, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 4/2009, huwa l-Lord Chancellor li, min-naħa tiegħu, jassenja l-funzjoni ta’ eżekuzzjoni tiegħu lir-Reciprocal Enforcement of Maintenance Orders Unit (Unità dwar l-Eżekuzzjoni Reċiproka tal-Ordnijiet ta’ Manteniment, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>REMO<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>M. S u P. S. iżżewġu matul is-sena 2005 u sseparaw fl-2012. Huma għandhom żewġt itfal, li fid-data tat-talba għal deċiżjoni preliminari kellhom 9 u 5 snin. Id-divorzju tagħhom ingħata mill-Amtsgericht Walsrode (qorti distrettwali ta’ Walsrode, il-Ġermanja), li adottat miżuri li jirregolaw id-drittijiet ta’ manteniment ta’ dawn iż-żewġt itfal permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20140807">7 ta’ Awwissu 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>digriet tal-qorti Ġermaniża<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Minn wara d-divorzju, M. S. u uliedha baqgħu jgħixu fil-Ġermanja. P. S. jgħix u jaħdem fir-Renju Unit. Huwa jirrifjuta li jħallas il-manteniment previst mid-digriet tal-qorti Ġermaniża peress li, fil-fehma tiegħu, M. S. qiegħda dejjem tostakola l-kuntatt tiegħu ma’ uliedu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, il-High Court of Justice (England and Wales), Family Division [qorti għolja tal-ġustizzja (l-Ingilterra u Wales), diviżjoni tal-familja, ir-Renju Unit] ġiet adita bit-talba ta’ M. S., ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 4/2009, għall-eżekuzzjoni tad-digriet tal-qorti Ġermaniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li hija għandha, preliminarjament, tiddetermina jekk talba għall-eżekuzzjoni ta’ digriet li jirregola l-obbligi ta’ manteniment, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistax issir direttament quddiem il-qorti kompetenti f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, f’dan il-każ il-Family Court (qorti tal-familja, ir-Renju Unit), jew jekk hija għadhiex, fi kwalunkwe każ, tiġi sottomessa qabel lill-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 4/2009, jiġifieri, f’dan il-każ, il-Lord Chancellor li jittrażmettiha lill-Family Court (qorti tal-familja) permezz ta’ REMO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreferi għal diverġenzi fl-approċċ min-naħa tal-qrati nazzjonali u tiċċita, f’dan ir-rigward, żewġ kawżi. Fl-ewwel kawża, il-qorti kompetenti qieset li rikorrent jista’ jindirizza t-talba tiegħu għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni direttament lill-Family Court (qorti tal-familja) u li hemm xi żball fir-regoli nazzjonali li jobbligawh jgħaddi mill-awtorità ċentrali. Fit-tieni kawża, li ma tirrigwardax l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni, imma l-emenda tagħha, il-qorti kompetenti esprimiet riżervi dwar is-sentenza fl-ewwel kawża u qieset li r-rikorrent kellu obbligatorjament jippreżenta t-talba tiegħu permezz tal-awtorità ċentrali. Il-qorti tar-rinviju żżid tgħid li, meta ġiet mistoqsija matul il-kawża prinċipali, ir-REMO, min-naħa tagħha, sostniet li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma kinitx żbaljata meta tipprevedi li t-talba għandha titressaq obbligatorjament quddiem l-awtorità ċentrali u li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni kienu ġew abbozzati f’dan is-sens deliberatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, fid-dawl kemm tal-kliem tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009, inklużi dawk li jinsabu fit-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu, applikabbli għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif ukoll l-iskop tal-imsemmi regolament, għandu jkun possibbli li wieħed jindirizza talba għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment direttament lill-Family Court (qorti tal-familja), bħal fil-każ ta’ sitwazzjoni purament interna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li madankollu jeżisti dubju dwar dan is-suġġett u li l-kwistjoni tqum attwalment fil-kuntest ta’ diversi kawżi fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court of Justice (England and Wales), Family Division [qorti għolja tal-ġustizzja (l-Ingilterra u Wales), diviżjoni tal-familja] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>Meta kreditriċi ta’ manteniment tixtieq tikseb fi Stat Membru l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija favur tagħha fi Stat Membru ieħor, il-Kapitolu IV tar-[Regolament Nru 4/2009] jagħtiha d-dritt li tressaq talba għal eżekuzzjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda (i) tkun fl-affermattiv, il-Kapitolu IV tar-Regolament [Nru 4/2009] għandu jiġi interpretat fis-sens li kull Stat Membru huwa obbligat li jipprevedi proċedura jew mekkaniżmu sabiex dan id-dritt ikun jista’ jiġi rrikonoxxut?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju talbet li tiġi applikata l-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din it-talba ġiet miċħuda b’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>S.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:482">EU:C:2016:482</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta l-prijorità lill-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li kreditur ta’ manteniment, li kiseb deċiżjoni favurih fi Stat Membru u li jixtieq jikseb l-eżekuzzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, jista’ jippreżenta t-talba tiegħu direttament lill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, bħal qorti speċjalizzata, jew jekk jistax ikun meħtieġ jissottometti t-talba tiegħu lil din tal-aħħar permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda teħtieġ li jiġi interpretat l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009 li jirrigwarda l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ deċiżjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tipprevedi fl-ewwel sentenza tagħha li, bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Nru 4/2009, il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor hija rregolata mil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u, fit-tieni sentenza tagħha, li tali deċiżjoni għandha tiġi eżegwita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>skont l-istess kondizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħal deċiżjoni mogħtija f’dan l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Billi tirreferi għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, l-ewwel sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni tista’, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru tal-eżekuzzjoni jista’ jinkludi, fir-regoli tiegħu tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni, li t-talba għandha titressaq obbligatorjament quddiem l-awtorità ċentrali tal-Istat rikjest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kliem tat-tieni sentenza tal-istess dispożizzjoni, li tipprovdi li d-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>skont l-istess kondizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> bħal deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, jista’ jitqies li l-imsemmi Artikolu 41(1) jipprekludi t-tressiq obbligatorju tat-talba quddiem l-awtorità ċentrali jekk dan ma huwiex previst fil-kawżi purament interni, bħalma huwa l-każ fl-Istat Membru tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa importanti li tiġi eżaminata l-portata tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>istess kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> sabiex jiġi eżaminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 4(4)(a), (b) u (c) tal-Anness 1 tar-Regolament tal-2011 dwar il-ġurisdizzjoni u s-sentenzi ċivili (manteniment), hijiex kompatibbli mal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009, anki jekk kreditur ta’ manteniment, bħal M. S., għall-kuntrarju ta’ kreditur f’talbiet purament interni, ma jistax jadixxi direttament lill-qorti kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-iskop tar-Regolament Nru 4/2009 u s-sistema li minnha jagħmel parti l-Artikolu 41(1) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-iskop ta’ dan ir-regolament, mix-xogħol preparatorju, u b’mod partikolari mill-green paper tal-Kummissjoni, tal‑<DATE ISO="20040415">15 ta’ April 2004</DATE>, dwar l-obbligi ta’ manteniment [COM(2004) 254 finali], jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea kellu l-intenzjoni jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) b’dispożizzjonijiet li, fid-dawl tal-urġenza partikolari relatata mal-manteniment, iħaffu l-proċedura quddiem il-qorti tal-eżekuzzjoni u jirrenduha għalhekk iktar rapida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar, f’dan l-istess sens, li l-għan imfittex mir-Regolament Nru 4/2009 huwa li jiġi ffaċilitat bl-iktar mod possibbli l-irkupru ta’ talbiet ta’ manteniment internazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sanders u Huber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/13 u C‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dawn l-għanijiet ta’ sempliċità u ta’ rapidità jirriżultaw ukoll mill-premessi 9 u 27 tar-Regolament Nru 4/2009. Din il-premessa 9 issostni li l-kreditur ta’ manteniment għandu jkun jista’ jikseb faċilment, fi Stat Membri, deċiżjoni li tiġi awtomatikament eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr ebda formalità oħra. Skont l-imsemmija premessa 27, wieħed mill-għanijiet tar-Regolament Nru 4/2009 huwa li jiġu limitati kemm jista’ jkun il-formalitajiet ta’ eżekuzzjoni li jistgħu jkabbru l-ispejjeż tal-kreditur ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandhom jissemmew il-premessi 31 u 32 tar-Regolament Nru 4/2009. Il-premessa 31 ta’ dan ir-regolament tenfasizza r-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali ta’ manteniment u sabiex tingħata assistenza lill-kredituri ta’ manteniment sabiex jasserixxu d-drittijiet tagħhom fi Stat Membru ieħor. Il-premessa 32 tal-imsemmi regolament tirreferi għal din l-assistenza bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>dritt<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Is-sistema li minnha jagħmel parti l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009 tirrifletti l-imsemmija għanijiet ta’ sempliċità u ta’ rapidità fil-Kapitolu IV ta’ dan ir-regolament u tipprevedi l-possibbiltà li tintalab l-assistenza tal-awtoritajiet ċentrali fil-Kapitolu VII tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ebda dispożizzjoni ta’ dan il-Kapitolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Rikonoxximent, Eżekutorjetà u Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li minnu jagħmel parti l-imsemmi Artikolu 41(1) ma tipprevedi proċedura partikolari li tingħaqad mal-proċeduri applikabbli fil-kuntest ta’ talbiet purament interni u, b’mod partikolari, li t-talba għandha obbligatorjament titressaq quddiem l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-assenza ta’ obbligu li t-talba titressaq quddiem dawn l-awtoritajiet ċentrali huwa enfasizzat ukoll għal dak li jirrigwarda deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru marbut mill-Protokoll dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, konkluż f’Den Haag, fit-<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE>, bħar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Tneħħija tal-exequatur<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 4/2009, li jinsab fil-Kapitolu IV tiegħu, jispeċifika fil-paragrafu 1 tiegħu, li dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali.<?PAGE NO="8"?> L-Artikolu 20(1) tal-istess regolament, li jaqa’ wkoll taħt il-Kapitolu IV jippreċiża d-dokumenti li l-appellant għandu jipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>lill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, kliem li jagħti x’jinftiehem li d-dokumenti għandhom jiġu sottomessi direttament lill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu VII tar-Regolament Nru 4/2009, dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali, jipprevedu li t-talba għandha titressaq quddiem l-awtoritajiet ċentrali. Skont l-Artikolu 51(1) ta’ dan ir-regolament, dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu assistenza rigward it-talbiet previsti fl-Artikolu 56 tiegħu, b’mod partikolari, billi jittrażmettu dawn it-talbiet. Skont dan l-artikolu tal-aħħar, kreditur li jipprova jirkupra manteniment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>jista’<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jagħmel talba b’mod partikolari għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija jew rikonoxxuta fl-Istat Membru rikjest. F’dan il-każ, huwa għandu jindirizza, skont l-Artikolu 55 tal-imsemmi regolament, lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, liema awtorità għandha tittrażmettiha lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-Artikoli 51 u 56 tar-Regolament Nru 4/2009, moqrija fid-dawl tal-premessi 31 u 32 tiegħu, jirriżulta li t-talba għal assistenza lill-awtoritajiet ċentrali, skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-regolament, tikkostitwixxi dritt u mhux obbligu. Din hija, għaldaqstant, fakultattiva u tapplika biss jekk il-kreditur ta’ manteniment ikun jixtieq jeżerċita dan id-dritt, pereżempju biex jegħleb ċerti diffikultajiet partikolari, bħall-post fejn jinsab id-debitur tal-manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant jidher li r-Regolament Nru 4/2009 jipprevedi żewġ metodi alternattivi kif jiġu aditi l-qrati kompetenti, wieħed dirett, skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu IV ta’ dan ir-regolament, u l-ieħor permezz tal-awtoritajiet ċentrali, jekk il-kreditur tal-manteniment jitlob l-assistenza tal-awtorità ċentrali tal-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu VII tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Din l-analiżi hija kkorroborata mill-kliem tal-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 4/2009, li jagħmel parti mill-Kapitolu V tiegħu. Dan l-artikolu, li jirrigwarda l-għajnuna legali, jiddistingwi espressament żewġ possibbiltajiet alternattivi li jippermettu lill-kreditur ta’ manteniment jippreżenta talba għal eżekuzzjoni, jiġifieri permezz tal-awtoritajiet ċentrali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> direttament lill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-obbligu impost fuq il-kreditur ta’ manteniment minn leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jressaq it-talba quddiem l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjest minkejja li jkun jixtieq jindirizza direttament lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi tal-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009 u li, skont il-qorti tar-rinviju, iwassal għal dewmien addizzjonali, jmur kontra l-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-regolament, moqri fid-dawl tal-iskop tal-imsemmi regolament u tas-sistema li din id-dispożizzjoni tagħmel parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009, u b’mod partikolari, l-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kreditur ta’ manteniment, li kiseb deċiżjoni favurih fi Stat Membru u li jixtieq jikseb l-eżekuzzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, jista’ jippreżenta t-talba tiegħu direttament lill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, bħal qorti speċjalizzata, u ma jistax ikun meħtieġ jissottometti t-talba tiegħu lil din tal-aħħar permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>It-tieni domanda tirrigwarda l-konsegwenzi għall-Istat Membru tal-eżekuzzjoni ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u hija intiża b’mod iktar partikolari sabiex isir magħruf jekk jeżistix obbligu li tiġi stabbilita proċedura jew mekkaniżmu li jippermettu li tiġi adita direttament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm bżonn li mhux biss jiġi indikat jekk l-Istati Membri humiex obbligati jistabbilixxu tali proċedura jew tali mekkaniżmu, iżda anki li jiġi ppreċiżat, f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, l-obbligu tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-implementazzjoni ta’ regolament, għandu jitfakkar li skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, tali att tal-Unjoni huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-applikabbiltà diretta ta’ regolament teħtieġ li d-dħul fis-seħħ tiegħu u l-applikazzjoni tiegħu favur jew kontra dawk suġġetti għad-dritt iseħħu mingħajr l-ebda miżura ta’ implementazzjoni fid-dritt nazzjonali, ħlief jekk ir-regolament inkwistjoni jħalli f’idejn l-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolamentari, amministrattivi u finanzjarji sabiex id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑606/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:348">EU:C:2012:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Regolament Nru 4/2009, li sar applikabbli mit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>, fl-Artikolu 76 tiegħu jipprevedi l-applikazzjoni differita tad-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, jiġifieri l-<DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>. Bejn dawn iż-żewġ dati, kien l-obbligu tal-Istati Membri li jemendaw, skont il-każ, id-dritt nazzjonali tagħhom billi jadattaw ir-regoli proċedurali tagħhom sabiex tiġi evitata kull kontradizzjoni mar-Regolament Nru 4/2009 u, b’mod partikolari, sabiex jippermettu lill-kredituri ta’ manteniment, bħal M. S., jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jadixxu direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, kif previst mill-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-qorti nazzjonali li għandha l-kompitu li tapplika, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, għandha l-obbligu li tiżgura l-effettività sħiħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, kull dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja, anki sussegwenti, mingħajr ma jkollha titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali permezz ta’ leġiżlazzjoni jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura kostituzzjonali oħra (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, <NAME.CASE>Simmenthal</NAME.CASE>, <NO.CASE>106/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:49">EU:C:1978:49</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Melki u Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kernkraftwerke Lippe-Ems</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:354">EU:C:2015:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw l-effettività sħiħa tad-dritt previst fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009 billi jemendaw, skont il-każ, ir-regoli tal-proċedura tagħhom. Fi kwalunkwe każ, huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu 41(1), billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kuntrarji u, konsegwentement, li tippermetti lil kreditur ta’ manteniment iressaq it-talba tiegħu direttament quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, anki jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’<?PAGE NO="10"?> manteniment, u b’mod partikolari, l-Artikolu 41(1) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kreditur ta’ manteniment, li kiseb deċiżjoni favurih fi Stat Membru u li jixtieq jikseb l-eżekuzzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, jista’ jippreżenta t-talba tiegħu direttament lill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, bħal qorti speċjalizzata, u ma jistax ikun meħtieġ jissottometti t-talba tiegħu lil din tal-aħħar permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Istati Membri huma obbligati jiżguraw l-effettività sħiħa tad-dritt previst fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009 billi jemendaw, skont il-każ, ir-regoli tal-proċedura tagħhom. Fi kwalunkwe każ, huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu 41(1), billi fejn ikun neċessarju ma tapplikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kuntrarji u, konsegwentement, li tippermetti lil kreditur ta’ manteniment iressaq it-talba tiegħu direttament quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, anki jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix dan.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>