<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑93/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0093</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:308">EU:T:2013:308</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130607">7.6.2013</DATE> — KAWŻA T-93/11</P><P>STICHTING CORPORATE EUROPE OBSERVATORY vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti li saru disponibbli għall-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Rinunzja għal limitazzjoni tat-tixrid ta’ dokumenti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-93/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Stichting Corporate Europe Observatory</HT>, stabbilita f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentata minn S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn F. Clotuche-Duvieusart u C. ten Dam, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u I. Zervas, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn T. Henze, J. Möller, K. Petersen u A. Wiedmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE> li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għal diversi dokumenti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu, u dan skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. Truchot, President, M. E. Martins Ribeiro (Relatur) u A. Popescu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Rosner, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130111">11 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-2007, inbdew in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja intiżi għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-istabbiliment ta’ dan il-ftehim u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/552/KE, tal-<DATE ISO="19980924">24 ta’ Settembru 1998</DATE>, dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ attivitajiet konnessi mal-istrateġija ta’ aċċes[s] għas-suq Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 29, p. 207), ġie stabbilit kumitat konsultattiv bil-għan li jassisti lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kompitu tagħha li jikkonsisti, b’mod iktar partikolari, fl-identifikazzjoni tal-ostakoli għall-aċċess fis-swieq tal-Istat terz ikkonċernat u l-miżuri li jistgħu jeliminawhom. Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/552, dan il-kumitat huwa magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u huwa ppresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jew ta’ kumpanniji ssieħbu f’dan il-proċess u pparteċipaw, bħala esperti, fix-xogħol tal-kumitat konsultattiv u tal-gruppi ta’ ħidma ddefiniti skont il-kompetenzi settorjali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Stichting Corporate Europe Observatory, hija fondazzjoni rregolata taħt id-dritt Olandiż li, skont l-istatuti tagħha, ma għandhiex skop ta’ lukru (punt 4.2 tal-istatuti) u għandha l-għan li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ttejjeb l-għarfien ġenerali tal-influwenza politika u ekonomika tal-kumpanniji internazzjonali u tal-istituzzjonijiet finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tagħti soluzzjonijiet ta’ sostizzjoni u ta’ proposti politiċi intiżi sabiex jiġu limitati dawn l-influwenzi sabiex jingħata kontribut għal soċjetà li tkun, fl-istess waqt, iktar demokratika u soċjalment u ekonomikament iktar ġusta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (punti 4.1 tal-istatuti).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ir-rikorrenti ressqet lill-Kummissjoni, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), talba għal aċċess għad-dokumenti li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.P><TXT>lista ta’ laqgħat li fihom kienu pparteċipaw uffiċjali u/jew rappreżentanti ta’ DĠ Kummerċ (inkluż il-Kummissajru u l-uffiċċju tiegħu) u rappreżentanti tal-federazzjonijiet industrijali bħal BusinessEurope, il-Forum Ewropew għas-Servizzi, il-Federazzjoni Bankarja Ewropea (FBE), il-Federazzjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Industrija Farmaċewtika (EFPIA), il-Eurochambers jew il-Kamra Amerikana tal-Kummerċ għall-Unjoni Ewropea (AmCham EU) u li matulhom ġiet diskussa l-Indja, b’mod partikolari n-negozjati bejn l-UE u l-Indja (minn Frar 2008);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>lista ta’ laqgħat li fihom ipparteċipaw uffiċjali u/jew rappreżentanti tad-DĠ Kummerċ (inkluż il-Kummissarju u l-uffiċċju tiegħu) u rappreżentanti ta’ impriżi bħalma huma Alcoa, Arcelor-Mittal, BASF, BP Europe, Exxonmobil, Pfizer, Shell, Unilever, Vedanta Resources jew Veolia u li matulhom ġiet diskussa l-Indja, b’mod partikolari n-negozjati bejn l-UE u l-Indja (minn Frar 2008);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-minuti u rapporti oħra ta’ dawn il-laqgħat, inklużi d-dokumenti li fihom evalwazzjonijiet tal-laqgħat u punti li għandhom jiġu diskussi ulterjorment;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>il-korrispondenza kollha (inkluża l-posta elettronika) bejn l-uffiċjali u/jew rappreżentanti tad-DĠ Kummerċ (inkluż il-Kummissarju u l-uffiċċju tiegħu) u rappreżentanti tal-federazzjonijiet industrijali u tal-impriżi imsemmija iktar ’il fuq jew oħrajn, li fiha ġiet diskussa l-Indja, b’mod partikolari n-negozjati bejn l-UE u l-Indja (minn Frar 2008).<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Wara skambju ta’ korrispondenza mal-Kummissjoni, bejn l-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE> u d-<DATE ISO="20100219">19 ta’ Frar 2010</DATE>, dwar il-progress fit-trattament tat-talba għal aċċess mressqa mir-rikorrenti fil-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100326">26 ta’ Marzu 2010</DATE>, hija fakkret lill-Kummissjoni dwar l-assenza ta’ tweġiba tagħha u talbitha sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni qabel id-<DATE ISO="20100409">9 ta’ April 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ tweġiba mill-Kummissjoni, ir-rikorrenti bagħtet, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, talba konfermattiva skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1049/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet għat-talba inizjali, billi tat aċċess sħiħ għal iktar minn mitt dokument u aċċess parzjali għal iktar minn ħamsin dokument ieħor. L-aċċess għal xi tletin dokument ġie miċħud minħabba eċċezzjonijiet diversi previsti mir-Regolament Nru 1049/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet talba konfermattiva ġdida lill-Kummissjoni, li tirrigwarda 17-il dokument li l-aċċess sħiħ għalihom kien ġie miċħud, filwaqt li enfasizzat li dawn l-istess dokumenti ġew trażmessi, fl-intier tagħhom u mingħajr indikazzjoni ta’ xi natura kunfidenzjali, lil numru kbir ta’ persuni, fejn in-numru ta’ destinatarji potenzjali huwa fih innifsu importanti ħafna. Hija sostniet li, fiċ-ċirkustanzi, id-dokumenti inkwistjoni ma fihom l-ebda informazzjoni kunfidenzjali jew huma, fi kwalunkwe każ, disponibbli għall-pubbliku. Ir-rikorrenti ppreċiżat li, għalkemm hija ma kellha l-ebda oġġezzjoni li tirrigwarda r-raġuni għar-rifjut ta’ aċċess ibbażata fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, hija kienet qiegħda tikkontesta n-nuqqas ta’ żvelar ġġustifikat mill-protezzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Indja jew ta’ kull interessi relatat.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal-21 ta’ Ġunju u tat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li hija għadha ma kinitx f’qagħda li tagħti tweġiba finali għat-talba konfermattiva tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, ir-rikorrenti ippreżentat, quddiem il-Qorti Ġenerali, rikors għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba konfermattiva tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet għat-talba konfermattiva tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni (T-395/10, li ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni u kkundannat lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-formulazzjoni tat-talba konfermattiva tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-Kummissjoni identifikat fid-deċiżjoni kkontestata, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Is-suġġett tat-talba tiegħek<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, 17-il dokument:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-dokument 1 hija ittra tat-<DATE ISO="20080318">18 ta’ Marzu 2008</DATE> indirizzata mill-membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-kummerċ lis-segretarju ġenerali ta’ BusinessEurope;</P></ITEM><ITEM><P>id-dokumenti 2 sa 8 jikkostitwixxu l-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma dwar l-aċċess għas-swieq;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>id-dokumenti 9 sa 13 jikkorrispondu għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitat konsultattiv dwar l-aċċess għas-swieq;</P></ITEM><ITEM><P>id-dokument 14 hija nota annessa ma’ messaġġ elettroniku indirizzat mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tal-Kummissjoni lill-Assoċjazzjoni tal-Produtturi Ewropej ta’ tyres u tal-lastiku (ETRMA) fit-<DATE ISO="20080723">23 ta’ Lulju 2008</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>id-dokumenti 15 sa 17 li jikkorrispondu għal messaġġi elettroniċi oħra indirizzati mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> lill-ETRMA fl-<DATE ISO="20080724">24 ta’ Lulju 2008</DATE>, fit-<DATE ISO="20090323">23 ta’ Marzu 2009</DATE> u fis-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, taħt it-Titolu 3 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, il-Kummissjoni tat aċċess parzjali supplimentari għad-dokumenti 11 u 12. Madankollu, hija kkonfermat ir-rifjut tagħha ta’ aċċess għall-partijiet imħassra tad-dokumenti 1 sa 13 u 15 sa 17, kif ukoll għad-dokument 14 fl-intier tiegħu, abbażi tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jipprovdi l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess ibbażata fuq il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Bi tweġiba għall-allegazzjoni tar-rikorrenti li d-dokumenti inkwistjoni kienu diġà disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni indikat li d-dokument 1 huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ittra mibgħuta lil destinatarju partikolari f’kuntest speċifiku, li ċertament ma hijiex l-istess ħaġa bħall-pubblikazzjoni ta’ dokument<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dokumenti 2 sa 13, il-Kummissjoni ppreċiżat li r-regoli standard applikabbli għall-kumitat konsultattiv dwar l-aċċess għas-swieq jipprevedu l-possibbiltà li jiġu kkostitwiti gruppi ta’ ħidma u ta’ esperti. Hija żiedet tgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Hija f’din il-kwalità ta’ esperti ddotati b’dan l-għarfien speċifiku dwar l-oqsma partikolari li rappreżentanti ta’ diversi assoċjazzjonijiet ħadu sehem fid-diskussjonijiet fil-gruppi ta’ ħidma u fil-kumitat konsultattiv innifsu dwar l-aċċess għas-swieq. Ir-regoli standard imsemmija iktar ’il fuq jipprovdu li d-diskussjonijiet tal-kumitat għandhom jibqgħu kunfidenzjali. Billi ffirmaw il-lista ta’ attendenza, il-persuni kkonċernati impenjaw ruħhom b’mod ċar li josservaw din il-kundizzjoni. Il-kumitat konsultattiv u l-gruppi ta’ ħidma tiegħu ġew speċjalment stabbiliti sabiex jagħtu parir u jassistu lill-Kummissjoni fix-xogħol tagħha f’qasam partikolari. Huwa fundamentali li dan il-kumitat u l-gruppi ta’ ħidma jiġu stabbiliti sew f’termini ta’ kompetenza sabiex ikunu jistgħu jagħtu valur reali ikbar għall-pożizzjoni tal-Unjoni u jkunu jistgħu jwettqu r-rwol li ġie assenjat lilhom mill-Kunsill. F’dan il-kuntest partikolari, l-iskambju tal-informazzjoni huwa l-element prinċipali sabiex jippermetti lil dawn il-gruppi jwettqu xogħolhom sew. L-iżvelar ta’ informazzjoni fi ħdan il-kumitat, lil grupp ta’ persuni ristrett u limitat fir-rigward tal-kwistjonijiet li dwarhom il-kompetenza tagħhom hija mitluba, ma jistax jiġi pparagunat ma’ żvelar lill-pubbliku inġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dokumenti 14 sa 17, il-Kummissjoni indikat dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għandu jitfakkar li, f’kuntest ta’ negozjati kummerċjali, jista’ jkun neċessarju għad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jwettqu skambju ta’ informazzjoni mal-partijiet ikkonċernati bil-għan li jkollhom stampa attwali u sħiħa tas-sitwazzjoni u, b’hekk, li jkunu f’pożizzjoni aħjar sabiex iwettqu l-interess tal-Unjoni. Dan l-iskambju huwa limitat għal kwistjonijiet speċifiċi li fuqhom l-għarfien u l-parir tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati jkunu mitluba. Dawn il-kwistjonijiet huma ta’ interess partikolari wkoll għal dawn il-partijiet ikkonċernati speċifiċi. Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li tali skambju ma sarx fil-kuntest tar-Regolament Nru 1049/2001, peress […] li dan ir-regolament ma jippermettix lill-istituzzjonijiet sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-interess partikolari ta’ applikant għal aċċess. Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li l-informazzjoni skambjata f’ dan il-kuntest partikolari tista’ tiġi koperta minn ċerti eċċezzjonijiet previsti mill-[imsemmi] regolament.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20110215">15 ta’ Frar 2011</DATE>, ir-rikorrenti ressqet din l-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbet li tintervjeni f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20110624">24 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-President tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talba għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ordna li għandha tintbagħtilha kopja tad-dokumenti kollha tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-intervenjenti ippreżentat in-nota ta’ intervent tagħha fit-terminu impost.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tal-<DATE ISO="20130111">11 ta’ Jannar 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-Regolament Nru 1049/2011, u, b’mod partikolari, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-imsemmi regolament, u konsegwentement tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali ma hijiex applikabbli f’dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>mhux għaliex l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fuq ir-relevanza ta’ din l-eċċezzjoni fil-każ tad-dokumenti inkwistjoni hija neċessarjament żbaljata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, iżda minħabba li dawn id-dokumenti saru disponibbli għall-pubbliku b’riżultat ta’ azzjonijiet jew ta’ ommissjonijiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li d-dokumenti inkwistjoni ġew ikkomunikati, fl-intier tagħhom u mingħajr indikazzjoni ta’ ebda natura kunfidenzjali, lil assoċjazzjonijiet professjonali li għandhom ħafna membri u, għaldaqstant, lil numru kbir jew anki numru indeterminat ta’ persuni, li kien jammonta għall-pubblikazzjoni jew għal tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-imsemmija dokumenti. Hija ssostni wkoll il-fatt li, fil-parti ta’ isfel tal-ittra tat-<DATE ISO="20080318">18 ta’ Marzu 2008</DATE> indirizzata mill-membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-kummerċ lis-segretarju ġenerali ta’ BusinessEurope, tidher nota miktuba bl-idejn mill-awtur li tistieden lid-destinatarju sabiex jiddiskuti din l-ittra mal-Konfederazjoni tal-Industrija Indjana (CII), li għandha <FT TYPE="NUMBER">8100</FT> membru. Skont ir-rikorrenti, il-pożizzjoni<?PAGE NO="6"?> tal-Kummissjoni hija valida biss jekk il-kwistjoni tal-klassifikazzjoni tad-dokumenti inkwistjoni bħala disponibbli għall-pubbliku tiġi ddeterminata abbażi tad-destinatarji diretti tagħhom, iżda ma tibqax valida fil-każ li jittieħed inkunsiderazzjoni n-numru ta’ persuni li huma awtorizzati jaqraw id-dokumenti wara l-ewwel destinatarju.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif ikkonfermat ukoll ir-rikorrenti matul is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, hija ma tikkontestax l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fir-rigward tas-suġġett u tal-kontenut speċifiku tad-dokumenti msemmija, iżda ssostni li l-iżvelar ulterjuri tagħhom, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 li fuqu hija bbażata t-talba għal aċċess tagħha, ma tistax tippreġudika l-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali, peress li dawn id-dokumenti u l-informazzjoni li hemm fihom diġà saru pubbliċi mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk il-minuti tal-laqgħat tal-kumitat konsultattiv u tal-gruppi ta’ ħidma dwar l-aċċess għas-swieq, ikkomunikati lill-parteċipanti kollha għall-imsemmija laqgħat u, b’mod partikolari, lil organizzazzjonijiet professjonali li għandhom ħafna membri, il-messaġġi elettroniċi mibgħuta lill-ETRMA u l-ittra tat-<DATE ISO="20080318">18 ta’ Marzu 2008</DATE> indirizzata mill-membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-kummerċ lis-segretarju ġenerali BusinessEurope jistgħu jiġu kkunsidrati, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-tixrid tagħhom, bħala dokumenti li huma disponibbli għall-pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kwistjoni tad-destinatarji tad-dokumenti inkwistjoni, l-ewwel nett għandu jiġi enfasizzat li t-tixrid ta’ dawn id-dokumenti mill-Kummissjoni seħħ fil-kuntest ta’ proċess ta’ konsultazzjoni li sar obbligatorju permezz tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/552.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Anki jekk il-Kummissjoni fl-aħħar ippreċiżat, matul is-seduta, li l-kumitat konsultattiv ma kellux għad-dispożizzjoni tiegħu, fiż-żmien meta seħħew il-fatti, regoli tal-proċedura mmudellati fuq ir-regoli standard tal-proċedura msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 124), minkejja li sar riferiment għalihom fid-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi kkonstatat li l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma għall-eżami ta’ kwistjonijiet partikolari, l-inklużjoni ta’ persuni terzi bħala esperti u l-istabbiliment ta’ minuti jew ta’ rapporti tal-laqgħat tal-kumitat konsultattiv u tal-imsemmija gruppi dwar l-aċċess għas-swieq juru ħidma speċifika li tikkorrispondi għal dak li huwa previst mir-regoli standard tal-proċedura stabbiliti fid-Deċiżjoni 1999/468.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex dan il-kumitat ikun jista’ jiddeċiedi skont proċedura li teħtieġ l-intervent tiegħu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tindirizza xi dokumenti lill-membri tagħha kif ukoll lill-organizzazzjonijiet professjonali u kumpanniji li jintervjenu bħala esperti, liema fatt jippermetti li dawn id-dokumenti jitqiesu bħala dokumenti interni fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, MyTravel vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-403/05" PAGE.ECR="II-2027" YEAR="2008">T-403/05, Ġabra p. II-2027</REF.DOC.ECR>, punt 111, ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, L-Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-506/08 P" PAGE.ECR="I-6237" YEAR="2011">C-506/08 P, Ġabra p. I-6237</REF.DOC.ECR>, punt 93). Ir-rikorrenti stess irrikonoxxiet, fit-talba konfermattiva, li l-indikazzjoni mill-Kummissjoni tat-trażmissjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-kumitat konsultattiv u tal-gruppi dwar l-aċċess għas-swieq lil diversi parteċipanti hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ċertament kredibbli, għaliex inkella l-ħidma ta’ dawn il-gruppi kienet tkun impossibbli sabiex titmexxa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif ġustament ġie enfasizzat mill-Kummissjoni u mill-intervenjenti, il-komunikazzjoni tad-dokumenti inkwistjoni twettqet għaldaqstant favur grupp speċifiku ta’ persuni għal raġunijiet li huma speċifiċi wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Id-destinatarji tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti huma Stati Membri, organizzazzjonijiet professjonali u kumpanniji li qed jipparteċipaw bħala esperti fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ entitajiet tal-aħħar, fil-ħidma tal-kumitat konsultattiv u tal-gruppi ta’ ħidma dwar l-aċċess għas-swieq ta’ Stat terz, u dan fil-kuntest ta’ laqgħat mhux miftuħa għall-pubbliku.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-parteċipazzjoni f’dan il-proċess ta’ assistenza lill-Kummissjoni tikkostitwixxi kriterju ta’ differenzazzjoni ddefinit minn qabel li l-osservanza tiegħu tiddetermina l-kwalità ta’ destinatarju tad-dokumenti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Id-dokumenti inkwistjoni ma ġewx ikkomunikati bħala informazzjoni ġenerali iżda fil-kuntest ta’ skambju tekniku limitat u bl-għan ewlieni li jippermettu lill-parteċipanti kollha jwettqu r-rwol tagħhom ta’ konsulenti fi ħdan il-Kummissjoni, permezz tal-ħidma tal-kumitat u tal-gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet li jippreżentaw interess partikolari evidenti għall-parteċipanti privati kollha involuti f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, ta’ diskussjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza, invokata mir-rikorrenti insostenn tal-ilment tagħha, skont liema d-dokumenti mitluba ġew trażmessi lid-destinatarji tagħhom mingħajr ma tneħħiet xi parti minnhom, tenfasizza biss l-ispeċifiċità tal-pożizzjoni tal-organizzazzjonijiet professjonali u tal-kumpanniji involuti, kif deskritt iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tixrid tad-dokumenti inkwistjoni mill-Kummissjoni ma jistax jitqies li għandu l-għan u n-natura li jqiegħed dawn id-dokumenti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, jiġifieri għal numru indeterminat ta’ persuni, ikkunsidrat b’mod ġenerali u fl-astratt.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Lanqas ma huwa paragunabbli għall-pubbliku grupp ta’ persuni magħmul minn destinatarji putattivi tad-dokumenti mitluba, jiġifieri l-membri ta’ organizzazzjonijiet professjonali li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat u tal-gruppi ta’ ħidma dwar l-aċċess għas-swieq. L-imsemmija membri jirrappreżentaw ukoll grupp speċifiku ta’ persuni ddefinit skont kriterju predeterminat, f’dan il-każ is-sħubija f’assoċjazzjoni professjonali li l-għarfien tagħha huwa meħtieġ fil-kuntest ta’ proċess ta’ assistenza lill-Kummissjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ strateġija ta’ aċċess għas-swieq ta’ Stat terz.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-analiżi tal-kundizzjonijiet ta’ trażmissjoni tad-dokumenti inkwistjoni, magħmula fid-dawl ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>attiva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li huma inkarigati minnha l-istituzzjonijiet ikkonċernati, tikkontradixxi l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprovdi li l-istituzzjonijiet għandhom, sa fejn possibbli, jagħmlu dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>direttament<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> aċċessibbli lill-pubbliku f’forma elettronika jew permezz ta’ reġistru. Il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu jipprovdi li d-dokumenti miktuba jew riċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta’ atti legalment vinkolanti fi ħdan jew għall-Istati Membri, għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament Nru 1049/2001, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ikunu direttament aċċessibbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprovdi li l-aċċess għad-dokumenti jista’ jsir billi jiġu kkonsultati fil-post jew billi tiġi riċevuta kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skont il-preferenza tal-applikant, iżda jekk dokument diġà jkun ġie żvelat mill-istituzzjoni kkonċernata u huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>faċilment aċċessibbli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għall-applikant, l-istituzzjoni tista’ tosserva l-obbligu tagħha li tagħti l-aċċess għad-dokumenti billi tinforma lill-applikant kif jista’ jikseb id-dokument mitlub.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>direttament<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew in-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>faċilment aċċessibbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tagħhom, li tikkaratterizza sitwazzjonijiet fejn id-dritt ta’ aċċess tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jiġi żgurat b’mod attiv mill-istituzzjonijiet, ma tkoprix, skont il-provi, l-approċċ selettiv adottat f’dan il-każ mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pprovdiet l-ebda prova speċifika li tippermetti li jiġi konkluż b’mod ċert li wieħed kwalunkwe mid-dokumenti imsemmija fit-talba konfermattiva ta’ aċċess tal-<DATE ISO="20100521">21 ta’ Mejju 2010</DATE> jinsab fil-pussess, jew kien direttament għad-dispożizzjoni, ta’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi minbarra d-destinatarji inizjali tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-assoċjazzjonijiet professjonali kellhom, b’mod ġenerali, il-kompitu li jinformaw u li jikkonsultaw lill-membri tagħhom fuq il-kwistjonijiet li jinteressa s-settur jew l-interessi rrappreżentati, din il-karatteristika komuni tal-għan statutorju ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, enfasizzat mir-rikorrenti, ma jfissirx li dawn tal-aħħar jittrażmettu sistematikament u fl-intier tagħhom id-dokumenti kollha li jiġi kkomunikati lilhom fil-kuntest tal-attività tagħhom ta’ rappreżentanza u ta’ difiża tal-interessi tal-membri tagħhom fi ħdan istituzzjoni internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nota miktuba bl-idejn li tidher fil-parti ta’ isfel tal-ittra tat-<DATE ISO="20080318">18 ta’ Marzu 2008</DATE> indirizzata mill-membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-kummerċ lis-segretarju ġenerali ta’ BusinessEurope, din hija fformulata hekk: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Inti tista’ tagħmel kummenti lill-kontropartijiet tiegħek fi ħdan is-CII fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> Ma jistax jiġi dedott minn tali nota li s-CII u l-membri tagħha kienu effettivament jafu l-kontenut tal-ittra tat-<DATE ISO="20080318">18 ta’ Marzu 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iżvelar tad-dokument mitlub fl-intier tiegħu jew ta’ parti minnu lill-membri tal-organizzazzjonijiet professjonali li jipparteċipaw fil-proċess ta’ assistenza lill-Kummissjoni intiż sabiex tiġi ddeterminata strateġija ta’ aċċess għas-swieq ta’ Stat terz jew għal persuni terzi ma ġiex ippruvat.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti sostniet, essenzjalment, li, billi naqset li tindika li d-dokumenti inkwistjoni jew ċerti partijiet kellhom natura kunfidenzjali, dak li kellha d-dmir li tagħmel sabiex tipprevjeni l-komunikazzjoni lil terzi, il-Kummissjoni rrinunzjat impliċitament għal kull kontroll fuq id-dokumenti fil-mument meta bagħtithom lill-ewwel destinatarji tagħhom, u b’hekk qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi, l-ewwel nett irrilevat, li kopja ta’ posta elettronika indirizzata mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> lill-ETRMA, tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, kellha twissija espliċita ta’ kunfidenzjalità. Id-dikjarazzjoni tar-rikorrenti għandha għaldaqstant nuqqas fattwali f’dak li jikkonċerna dan id-dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, id-dokumenti sensittivi huma dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji stabbiliti minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>TRÉS SECRET/TOP SECRET<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>SECRET<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>CONFIDENTIEL<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>; skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, id-difiża u kwistjonijiet militari.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalkemm il-klassifikazzjoni bħala dokument sensittiv tissuġġetta tali dokument għal modalità ta’ trattament partikolari, hija ma tistax, minnha nfisha, tiġġustifika l-applikazzjoni tar-raġunijiet għar-rifjut previsti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 (is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20050426">26 ta’ April 2005</DATE>, Sison vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-110/03+T-150/03+T-405/03" PAGE.ECR="II-1429" YEAR="2005">T-110/03, T-150/03 u T-405/03, Ġabra p. II-1429</REF.DOC.ECR>, punt 73). Fejn tali dokument ikun is-suġġett ta’ talba għal aċċess, id-dannu kkawżat bl-iżvelar tiegħu huwa evalwat bħal ma jsir għal kull dokument ieħor, jiġifieri, bħala prinċipju, abbażi ta’ eżami speċifiku tal-kontenut tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-fatt li xi kliem li jissemmew fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jidhrux fid-dokumenti mitluba, bħal f’dan il-każ, ma huwiex biżżejjed biex jeskludi l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, għaliex inkella din id-dispożizzjoni ssir ineffettiva u l-interessi protetti minnha jiġu ppreġudikati.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni tapplika f’dak li jirrigwarda l-assenza tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Restreint UE<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fuq id-dokumenti, klassifikazzjoni ddefinita fl-Artikolu 16.1 tal-Anness intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Regoli fil-qasam tas-sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tar-Regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, L 308, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20011129">29 ta’ Novembru 2001</DATE>, li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 353), invokata mir-rikorrenti matul is-seduta.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-preżenza jew l-assenza ta’ xi kelma li tissemma’ fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 jew tal-klassifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Restreint UE<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> f’dokument ma tikkostitwixxix għaldaqstant prova determinanti sabiex jiġi evalwat jekk għandux jiġi protett jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tistax validament tattribwixxi għall-astensjoni tal-Kummissjoni, xi effetti legali li joħolqu xi dritt favur tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħala prinċipju, ma jistgħux jiġu stabbiliti konsegwenzi legali mill-astensjoni ta’ istituzzjoni għajr meta jkunu espressament previsti mid-dritt tal-Unjoni (ara f’dan ir-rigward il-kwistjoni tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20041209">9 ta’ Diċembru 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Greencore, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-123/03 P" PAGE.ECR="I-11647" YEAR="2004">C-123/03 P, Ġabra p. I-11647</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, fil-qasam tal-aċċess għad-dokumenti, is-silenzju ta’ istituzzjoni huwa meħud inkunsiderazzjoni biss fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 fir-rigward tat-trattament tal-talbiet konfermattivi, li jistabbilixxi espliċitament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[in-][n]uqqas mill-istituzzjoni li twieġeb fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-affermazzjonijiet tar-rikorrenti dwar ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>riskji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> meħuda mill-Kummissjoni jew fir-rigward tan-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>nuqqas ta’ prudenza<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tagħha fit-tixrid tad-dokumenti u dwar id-dannu potenzjali li jista’ joħroġ minn tali sitwazzjoni huma irrilevanti għar-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża u jappartjenu għal problematika differenti, dik tal-involviment possibbli f’xenarju partikolari, tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għal aġir illegali tal-istituzzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm rinunzja impliċita għal kwalunkwe limitu għat-tixrid ta’ dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess ma tistax tiġi dedotta minn sempliċi astensjoni tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni tkun differenti fil-każ li jkun hemm indikazzjoni espliċita f’dan is-sens magħmula minn din l-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, ’l isfel fl-ittra tat-<DATE ISO="20080318">18 ta’ Marzu 2008</DATE> indirizzata mill-membru tal-Kummissjoni lis-segretarju ġenerali ta’ BusinessEurope, tidher nota miktuba bil-kaligrafija tal-awtur fformulata hekk: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>inti tista’ tagħmel kummenti lill-sħabek fi ħdan il-CII fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> Skont ir-rikorrenti, minn din in-nota jirriżulta li l-awtur tagħha ma kellu l-ebda oġġezzjoni dwar li l-ittra tiġi kkomunikata lill-CII, li għandha <FT TYPE="NUMBER">8100</FT> membru.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Huwa paċifiku, li n-nota inkwistjoni ma tagħtix l-awtorizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-ittra nnifisha, iżda hija intiża biss għal kummentarji potenzjali li s-segretarju ġenerali ta’ BusinessEurope jkun irid jagħmel b’rabta mal-kontenut tagħha u li d-destinatarji ma jistgħux ikunu biss sħab il-persuna kkonċernata fi ħdan il-CII u mhux il-membri ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Din l-awtorizzazzjoni ta’ komunikazzjoni ma tistax tiġi kklassifikata bħala rinunzja espliċita għal kwalunkwe limitu għat-tixrid tal-ittra jew ta’ informazzjoni li tinsab fiha, li hija l-unika konstatazzjoni li setgħet tippermetti li d-dokument inkwistjoni jitqies li kien verament sar disponibbli għall-pubbliku u li għalhekk issa kien disponibbli għal kull persuna jew kumpannija interessata (ara, f’dan is-sens, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Afton Chemical, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-343/09" PAGE.ECR="I-7027" YEAR="2010">C-343/09, Ġabra p. I-7027</REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk jiġi preżunt li l-fatt li ntbagħtet ittra lis-segretarju ġenerali ta’ BusinessEurope akkumpanjata minn awtorizzazzjoni limitata għall-komunikazzjoni fuq il-kontenut tagħha jista’ jikkawża dannu lill-interess pubbliku dwar il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali, mingħajr ma<?PAGE NO="10"?> jkun jista’ jiġi kkunsidrat li d-dokument huwa disponibbli għall-pubbliku, ikun xieraq li l-Kummissjoni tingħata l-opportunità li tinvoka l-eċċezzjoni prevista mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 sabiex jiġi pprevenut dannu ikbar ikkawżat mit-tixrid inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-dokumenti inkwistjoni u l-informazzjoni li tinsab fihom saru disponibbli għall-pubbliku minħabba l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-riferiment li għamlet ir-rikorrenti għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Kokott fl-ambitu tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-139/07 P" PAGE.ECR="I-5885" YEAR="2010">C-139/07 P, Ġabra p. I-5885</REF.DOC.ECR>, p. I-5887), għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, API vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-36/04" PAGE.ECR="II-3201" YEAR="2007">T-36/04, Ġabra p. II-3201</REF.DOC.ECR>), u għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>regoli interni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-Kummissjoni hu, għalhekk, irrilevanti, ir-realtà tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tad-diversi dokumenti invokati f’dawn it-tliet kuntesti li jikkostitwixxu preċiżament dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, li huwa fid-dawl tal-informazzjoni fuq għajnuna pubblika li tinsab fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura formali tal-eżami u tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [88] tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Vol. 1 p. 339), li ġie kkunsidrat li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għamlet pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> l-essenzjali tal-kontenut tal-fajl dwar din l-għajnuna (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Kokott fl-ambitu tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, punt 66 iktar ’il fuq, punt 134).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni ma hijiex paragunabbli mal-każ preżenti, li huwa kkaratterizzat minn assenza totali ta’ pubblikazzjoni tad-dokumenti mitluba jew tal-informazzjoni li tinsab fihom.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>L-ebda paragun validu ma jista’ wkoll isir bejn id-dokumenti mitluba u r-rapport għas-seduta fejn il-Qorti Ġenerali kkonstatat li sar pubbliku fil-jum tas-seduta (sentenza API vs Il-Kummissjoni, punt 66 iktar ’il fuq, punt 98), dan ifisser li hija ġeneralment magħmula direttament aċċessibbli. Fil-fatt, dan id-dokument, huwa materjalment imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni kollha kkonċernati quddiem l-awla tas-seduta, qabel l-argumenti tal-partijiet, li l-imsemmi dokument għandu bħala għan li jissintetizza, ma ġewx diskussi matul is-seduta pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli interni tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti sostniet li dawn jipprevedu li, jekk l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>informazzjoni li tidher f’dokument tkun diġà ġiet trażmessa lil numru kbir ta’ persuni [...], ir-rifjut tal-iżvelar ma huwiex ġġustifikat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u li, billi tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni tkun qed tikser ir-regoli tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra l-fatt li d-dokumenti inkwistjoni ġew trażmessi biss lil grupp ristrett u speċifiku ta’ persuni, iddeterminat minn kriterju predefinit li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ assistenza tal-Kummissjoni (ara punti 34 sa 36 iktar ’il fuq), dan l-argument tar-rikorrenti ma tistax, fi kwalunkwe każ, tiġi bbażata fuqu l-allegata illegalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta, li xejn ma jipprekludi li regoli dwar l-organizzazzjoni interna tal-ħidmiet ta’ istituzzjoni jkollhom effetti legali fir-rigward ta’ terzi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19960430">30 ta’ April 1996</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-58/94" PAGE.ECR="I-2169" YEAR="1996">C-58/94, Ġabra p. I-2169</REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet iddeċidiet, f’sentenza dwar miżuri ta’ ordni interna adottati mill-amministrazzjoni, li, għalkemm ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala regola ta’ dritt li l-amministrazzjoni hija obbligata tosserva f’kull każ, dawn madankollu jikkostitwixxu regola ta’ kondotta indikattiva tal-prattika li għandha tiġi segwita li l-amministrazzjoni ma tistax titbiegħed minnha, f’każ partikolari, mingħajr ma tagħti raġunijiet li jkunu kompatibbli mal-prinċipju ta’<?PAGE NO="11"?> trattament ugwali. B’hekk dawn il-miżuri jikkostitwixxu att ta’ natura ġenerali u l-uffiċjali u aġenti inkwistjoni jistgħu jinvokaw l-illegalità tagħhom insostenn ta’ rikors kontra deċiżjonijiet individwali meħuda fuq il-bażi tagħhom (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20020115">15 ta’ Jannar 2002</DATE>, Libéros vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/00 P" PAGE.ECR="I-451" YEAR="2002">C-171/00 P, Ġabra p. I-451</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għar-regoli ta’ kondotta intiżi sabiex jipproduċu effetti esterni, bħal ma huwa l-każ tal-linji gwida għal kalkolu tal-multi imposti fuq l-impriżi għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Peress li adottat dawn ir-regoli ta’ kondotta u peress li stqarret permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom li hija kienet ser tapplikahom minn hemm ’il quddiem għall-każijiet li jikkonċernawhom, il-Kummissjoni għamlet restrizzjoni fuqha nnifisha fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u ma tistax tmur kontra dawn ir-regoli mingħajr ma ssib ruħha li qed twettaq ksur, skont il-każ, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħal dawk tat-trattament ugwali jew tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż li, taħt ċerti kundizzjonijiet u skont il-kontenut tagħhom, dawn ir-regoli ta’ kondotta li għandhom portata ġenerali jista’ jkollhom effetti legali (ara, f’dan is-sens, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punti 210 u 211).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan il-każ, waqt id-diskussjoni ir-rikorrenti pproduċiet dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Vademecum dwar l-aċċess għal dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u li jġib il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>DĠ Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Dan huwa maqsum fi tliet partijiet, ippreżentati taħt it-titoli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Prinċipji Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Aċċess fir-rigward ta’ tipi partikolari ta’ dokumenti tad-DĠ Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Konsegwenzi prattiċi għad-DĠ Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u fih biss it-tfakkira tad-dispożizzjonijiet differenti tal-leġiżlazzjoni applikabbli, tal-ġurisprudenza rilevanti u tal-prattiki segwiti mill-amministrazzjoni kkonċernata għat-trattament tat-talbiet għall-aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Kummissjoni ppreċiżat li d-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Vademecum dwar l-aċċess għal dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> jikkostitwixxi dokument purament intern li, fiż-żmien meta ġraw il-fatti, lanqas kien jidher fuq is-sit tal-internet tagħha. Ir-rikorrenti, li kienet indikat li kienet kisbet id-dokument inkwistjoni, sussegwentement għal talba għal aċċess ibbażata fuq ir-Regolament Nru 1049/2001, la allegat u lanqas tat prova <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> li l-imsemmi dokument kien is-suġġett ta’ xi pubblikazzjoni kwalunkwe indirizzata lejn terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi jidher, li d-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Vademecum dwar l-aċċess għal dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> ma kienx intiż, bl-ebda mod, li jipproduċi effetti esterni u għandu jiġi analizzat bħala sempliċi istruzzjonijiet ta’ servizz, billi ma għandu l-ebda effetti għajr fl-isfera tal-amministrazzjoni interna iktar preċiżament fi ħdan l-amministrazzjoni msemmija iktar ’il fuq, u ma jistabbilixxi l-ebda dritt favur terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-motiv tal-annullament ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq trattament diskriminatorju tar-rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li ma teżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ebda differenza ta’ min jinnotaha<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bejnha u bejn is-setturi industrijali kkonsultati mill-Kummissjoni, peress li billi żvelat xi elementi lil dawn tal-aħħar biss, il-Kummissjoni aġixxiet b’mod diskriminatorju. Ikun iktar <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> kieku l-Kummissjoni ma tkunx tista’ ġġib prova għaliex ir-rikorrenti tkun inqas attendibbli jew affidabbli mill-organizzazzjonijiet professjonali destinatarji tad-dokumenti.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, IATA u ELFAA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-344/04" PAGE.ECR="I-403" YEAR="2006">C-344/04, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 95, u tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Lietuvos geležinkeliai, C-250/11, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Kif issemma’ wkoll fil-punti 35 u 37 iktar ’il fuq, id-dokumenti mitluba mir-rikorrenti ġew ikkomunikati lill-organizzazzjonijiet professjonali u lill-kumpanniji parteċipanti bħala esperti għax-xogħol tal-Kumitat Konsultattiv u tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu fuq l-aċċess għas-swieq ta’ Stat terz u bl-għan ewlieni sabiex tippermetti lill-parteċipanti kollha li jwettqu r-rwol tagħhom ta’ konsulenti tal-Kummissjoni. Huwa stabbilit li dawn id-dokumenti ma ġewx ikkomunikati abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-kwalità msemmija iktar ’il fuq tagħti oġġettivament tort lir-rikorrenti, indipendentement mill-importanza allegata tar-rwol tagħha fin-negozjati internazzjonali jew tal-affidabbiltà tagħha bħala organizzazzjoni inkluża fir-reġistru tal-gruppi ta’ interess tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Din id-differenza oġġettiva tas-sitwazzjoni tispjega u tiġġustifika d-differenza fit-trattament li jikkonċerna l-aċċess għad-dokumenti inkwistjoni, sabiex b’hekk l-ebda ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ trattament li jikkawża dannu lir-rikorrenti, ma jista’ jiġi allegat kontra l-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-motiv tal-annullament imsemmi fil-punt 79 iktar ’il fuq għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Sakemm ir-rikorrenti kellha l-intenzjoni li tinvoka wkoll l-eżistenza ta’ interess partikolari għal-ksib tad-dokumenti mitluba, għandu jitfakkar li tali interess jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet mandatorji previsti mill-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenza Sison vs Il-Kunsill, punt 52 iktar ’il fuq, punt 52, ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE> Sison vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-266/05 P" PAGE.ECR="I-1233" YEAR="2007">C-266/05 P, Ġabra p. I-1233</REF.DOC.ECR>, punt 47), kif irrilevat wkoll il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="13"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Truchot</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Popescu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>