IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.10.2023
COM(2023) 682 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
skont l-Artikoli 5(5) u 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942 dwar l-involviment
tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija fl-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network tal-elettriku u tal-linji gwida adottati bħala atti delegati
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
skont l-Artikoli 5(5) u 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942 dwar l-involviment
tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija fl-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network tal-elettriku u tal-linji gwida adottati bħala atti delegati
Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2019/942, sal-31 ta’ Ottubru 2023, u kull 3 snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-involviment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) fl-iżvilupp u fl-adozzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida adottati bħala atti delegati wara l-4 ta’ Lulju 2019. Fejn xieraq, flimkien mar-rapport għandha titressaq proposta leġiżlattiva biex is-setgħat meħtieġa lill-ACER jiġu ttrasferiti jew immodifikati.
Skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942, sal-31 ta’ Ottubru 2023, u kull 3 snin minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa possibbli li jissaħħaħ aktar l-involviment tal-ACER fir-riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet regolatorji rigward deċiżjonijiet konġunti dwar kwistjonijiet li għalihom ġew ikkonferiti l-kompetenzi fuq dawk l-awtoritajiet regolatorji permezz ta’ att delegat wara l-4 ta’ Lulju 2019. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex dawn is-setgħat jiġu mmodifikati jew biex is-setgħat meħtieġa jiġu ttrasferiti lill-ACER.
Sa issa ma ġew adottati l-ebda kodiċijiet tan-network jew linji gwida bħala atti delegati. Għalhekk, bħalissa ma hemm l-ebda esperjenza li l-Kummissjoni tista’ tirrapporta dwarha jew tislet konklużjonijiet minnha.