<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-246/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0246</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:887">EU:C:2017:887</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171123">23.11.2017</DATE> – Kawża C-246/16</P><P>Di Maura</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Valur taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1)</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tal-valur taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas mill-parti kontraenti</KEYWORD><KEYWORD>Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membru fit-traspożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Natura proporzjonata tal-perijodu ta’ prefinanzjament mill-imprenditur</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-246/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Siracusa (qorti tat-taxxa reġjonali ta’ Siracusa, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Enzo Di Maura</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale di Siracusa,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Bellis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn J. Kraehling u G. Brown, bħala aġenti, assistiti minn E. Mitrophanous, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Tomat u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(C)(1) tas-<HT TYPE="BOLD">Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Enzo Di Maura u l-Agenzia delle Entrate (amministrazzjoni fiskali, l-Italja), dwar avviż tat-taxxa għas-sena fiskali 2004 u dwar it-tnaqqis tal-valur taxxabbli għall-VAT.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva, li jirregola t-tnaqqis tal-valur taxxabbli, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skont kondizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din ir-regola.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Taljan</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-decreto del Presidente della Repubblica n. 633 – Istituzione e disciplina dell’imposta sul valore aggiunto (Digriet Nru 633 tal-President tar-Repubblika, tas-<DATE ISO="19721026">26 ta’ Ottubru 1972</DATE>, – Stabbiliment u Leġiżlazzjoni tat-Taxxa fuq il-valur miżjud (GURI Nru 292, tal-<DATE ISO="19721111">11 ta’ Novembru 1972</DATE>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Digriet Presidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Modifika tal-valur taxxabbli jew tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Jekk tranżazzjoni li għaliha tkun inħarġet fattura, wara li tkun saret ir-reġistrazzjoni skont l-Artikoli 23 u 24, tiġi kkanċellata kollha kemm hi jew parzjalment, jew titnaqqas għall-ammont taxxabbli, b’konsegwenza ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, annullament, revoka, ħall, xoljiment jew simili jew minħabba n-nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali minħabba proċeduri ta’ insolvenza jew proċeduri ta’ eżekuzzjoni mingħajr suċċess jew bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ tnaqqis jew skontijiet previsti kuntrattwalment, il-fornitur tal-oġġett jew il-fornitur tas-servizz għandu d-dritt li jnaqqas skont l-Artikolu 19 it-taxxa li tikkorrispondi għall-varjazzjoni, billi jirreġistraha f’konformità mal-Artikolu 25. Ix-xerrej jew ir-riċevitur li jkun diġà rreġistra t-tranżazzjoni skont dan l-Artikolu 25, f’dan il-każ għandu jirreġistra l-varjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 23 jew l-Artikolu 24, mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu għar-rimbors tal-ammont imħallas lill-fornitur tas-servizz bħala kumpens.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li din id-dispożizzjoni ġiet interpretata b’mod stabbilit mill-amministrazzjoni u l-qrati Taljani fis-sens li, sabiex jitnaqqas il-valur taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tagħti l-prova tan-nuqqas ta’ suċċess tal-proċeduri kollettivi, li huwa possibbli biss wara li jiskadi t-terminu mogħti għall-preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet dwar pjan tat-tqassim possibbli jew, inkella, fl-assenza ta’ pjan tat-tqassim, meta t-terminu ta’ appell kontra d-digriet dwar l-għeluq tal-proċedura ta’ insolvenza jkun skada.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Meta wieħed mill-klijenti tiegħu kien ġie ddikjarat fi stralċ mingħajr ma kien ħallas fattura ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>, E. Di Maura naqqas proporzjonalment il-valur taxxabbli tal-VAT tiegħu, hekk kif ħaseb li seta’ jagħmel abbażi tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Digriet Presidenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali ma approvatx din ir-regolarizzazzjoni minħabba li din setgħet issir biss wara l-eżerċizzju mingħajr suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ proċedura eżekuttiva individwali, jiġifieri ladarba jkun hemm iċ-ċertezza li d-dejn mhux ser jitħallas, u mhux wara sempliċi deċiżjoni li tiddikjara l-istralċ bħal dik meħuda kontra d-debitur ta’ E. Di Maura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Dan tal-aħħar ressaq il-kawża quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Siracusa (qorti tat-taxxa reġjonali ta’ Siracusa, l-Italja) u sostna li, għall-kuntrarju, it-tnaqqis tal-valur taxxabbli minħabba nuqqas ta’ ħlas tal-korrispettiv kellu jsir fil-mument tad-dikjarazzjoni ta’ stralċ tad-debitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha dubji dwar il-konformità tad-dispożizzjoni tad-Digriet Presidenzjali msemmija iktar ’il fuq mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u ta’ newtralità tal-VAT, b’mod partikolari fid-dawl tat-terminu medju tal-proċeduri kollettivi fl-Italja, li hija tindika li ma huwiex rari li jaqbeż l-għaxar snin. Hija tikkunsidra wkoll li l-limitu għad-dritt għat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli li jistabbilixxi d-dritt Taljan huwa eċċessiv, peress li s-Sitt Direttiva tikkondizzjona dan it-tip ta’ limitazzjoni għan-nuqqas ta’ ħlas, u mhux għal proċeduri kollettivi jew għal miżuri ta’ eżekuzzjoni li jibqgħu mingħajr suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, il-Commissione tributaria provinciale di Siracusa (qorti tat-taxxa reġjonali ta’ Siracusa, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tirrinvija d-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 11(Ċ)(1) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1)(b) [tas-Sitt Direttiva] dwar it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli u l-aġġustament tal-VAT dovuta fuq it-tranżazzjonijiet taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv stabbilit bejn il-partijiet kontraenti, huwa konformi mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività, iggarantiti mit-TFUE, u mal-prinċipji ta’ newtralità li jirregolaw l-applikazzjoni tal-VAT, li jiġu imposti limiti li jrendu impossibbli jew eċċessivament diffiċli – b’mod partikolari f’termini ta’ ħin, fid-dawl tat-tul imprevedibbli ta’ proċedura kollettiva [ta’ insolvenza] – għall-persuna taxxabbli, l-irkupru tat-taxxa relatata mal-korrispettiv li jkun għadu parzjalment jew totalment mhux imħallas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dispożizzjoni bħall-Artikolu 26(2) tad-Digiret tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel l-emendi introdotti mill-Artikolu 1(126) u (127) tal-Liġi Nru 208 tat-<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li jissuġġetta d-dritt ta’ rkupru tat-taxxa għall-kundizzjoni li tingħata prova tal-użu minn qabel u mingħajr suċċess ta’ proċeduri kollettivi, jiġifieri, skont il-ġurisprudenza u l-prassi tal-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru tal-Unjoni, li l-irkupru għandu neċessarjament iseħħ wara t-tqassim finali mingħajr suċċess tal-attiv jew, fin-nuqqas, wara l-adozzjoni tal-att definittiv ta’ għeluq tal-istralċ, hija kompatibbli mal-prinċipji mfakkra iktar ’il fuq, anki meta tali azzjonijiet jkunu raġonevolment antiekonomiċi fid-dawl tal-ammont tal-kreditu allegat, tal-prospetti għall-irkupru tiegħu u tal-ispejjeż tal-proċeduri kollettivi, u peress li, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet iċċitati jistgħu jseħħu biss wara diversi snin mid-data ta’ ftuħ tal-istralċ?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali għan-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza meta tali proċedura tista’ ddum iktar minn għaxar snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-armonizzazzjoni tal-valur taxxabbli, l-Artikolu 11(A)(1)(a) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li, ġewwa l-pajjiż, dan il-valur taxxabbli huwa, fil-prinċipju, ikkostitwit minn dak kollu li jikkostitwixxi korrispettiv miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur jew mingħand ix-xerrej tal-oġġetti, jew mingħand min jikseb is-servizzi jew mingħand terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju fundamentali tas-Sitt Direttiva, li jgħid li l-valur taxxabbli huwa kkostitwit mill-korrispettiv rċevut realment u li l-korollarju tiegħu huwa li l-amministrazzjoni fiskali ma tkunx tista’ tiġbor, bħala VAT, ammont superjuri minn dak miġbur mill-persuna taxxabbli (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Goldsmiths</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-330/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:339">EU:C:1997:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont dan il-prinċipju, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva, li jipprovdi li f’każ ta’ annullament, ta’ rexxissjoni, ta’ riżoluzzjoni, ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali jew ta’ tnaqqis fil-prezz wara l-mument li sseħħ it-tranżazzjoni, jobbliga lill-Istati Membri li jnaqqsu l-valur taxxabbli u, għaldaqstant, l-ammont tal-VAT dovut mill-persuna taxabbli kull darba li, wara l-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu ma jinġabarx mill-persuna taxxabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Goldsmiths</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-330/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:339">EU:C:1997:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva jippermetti lill-Istati Membri li jidderogaw mir-regola msemmija fil-punt preċedenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk in-nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz tax-xiri jseħħ mingħajr ma kien hemm rexxissjoni jew annullament tal-kuntratt, ix-xerrej jibqa’ responsabbli għall-prezz miftiehem u l-bejjiegħ, anki jekk ma jibqax il-proprjetarju tal-oġġett, jibqa’ dejjem bħala prinċipju l-kreditur, u għandu dritt li jinvoka dan il-fatt f’qorti. Madankollu, peress li ma jistax jiġi eskluż li tali dejn isir fil-fatt definittivament irrekuperabbli, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħti lil kull Stat Membru l-għażla li jiddetermina jekk is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz tax-xiri, li, minnha nnifisha, kuntrarjament għar-rexxissjoni jew għall-annullament tal-kuntratt, ma tqigħedx lill-partijiet fis-sitwazzjoni tal-bidu tagħhom, jagħti d-dritt għal tnaqqis tal-valur taxxabbli kif xieraq taħt il-kundizzjonijiet li jistabbilixxi huwa stess, jew ukoll jekk tali tnaqqis ma jkunx permess f’din is-sitwazzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Almos Agrárkülkereskedelmi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:328">EU:C:2014:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, din il-possibbiltà ta’ deroga, li hija strettament limitata għall-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv, hija bbażata fuq l-idea li n-nuqqas ta’ ħlas tal-korrispettiv jista’, f’ċerti ċirkustanzi u minħabba s-sitwazzjoni ġuridika eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, tkun diffiċli li tiġi vverifikata jew tkun biss provviżorja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Goldsmiths</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-330/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:339">EU:C:1997:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà ta’ deroga għandu jiġi ġġustifikat sabiex il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-implementazzjoni tagħha ma jfixklux l-għan ta’ armonizzazzjoni fiskali intiż mis-Sitt Direttiva (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Goldsmiths</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:339">EU:C:1997:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ċertament, b’analoġija, mill-punt 23 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Almos Agrárkülkereskedelmi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-337/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:328">EU:C:2014:328</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li meta l-Istat Membru kkonċernat kellu l-intenzjoni li japplika d-deroga prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva, il-persuni taxxabbli ma jistgħux jipprevalu, abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva, minn dritt għal tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Gvern Taljan u tar-Renju Unit, din il-motivazzjoni, kif irrelevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 32 sa 44 tal-konklużjonijiet tagħha, ma tistax tinqara fis-sens li tikkontesta l-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 17 u 18 ta’ din is-sentenza, peress li huwa possibbli għall-Istati Membri li jeskludu purament u sempliċement it-tnaqqis tal-valur taxxabbli għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-287/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:388">EU:C:2002:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070614">14 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Horizon College</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-434/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:343">EU:C:2007:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>PFC Clinic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-91/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:198">EU:C:2013:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, mill-formulazzjoni stess tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva jirriżulta li l-Istati Membri, għalkemm għandhom possibbiltà li jidderogaw għall-korrezzjoni tal-valur taxxabbli prevista fl-ewwel subparagrafu, ma rċevewx mingħand il-leġiżlatur tal-Unjoni l-fakultà li jeskluduha purament u sempliċement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkonfermata minn interpretazzjoni skont il-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva. Fil-fatt, għalkemm huwa rilevanti li l-Istati Membri jistgħu jiġġieldu l-inċertezza inerenti għan-natura definittiva tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ fattura, imfakkra fil-punt 16 ta’ din is-sentenza, tali fakultà ta’ deroga ma tistax tiġi estiża lil hinn minn din l-inċertezza, u b’mod partikolari mill-kwistjoni dwar jekk dan it-tnaqqis tal-valur taxxabbli jistax ma jsirx fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-bqija, li tiġi ammessa l-possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu kull tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT imur kontra l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, li minnu jirriżulta b’mod partikolari li, fil-kwalità tiegħu ta’ dak li jiġbor it-taxxi f’isem l-Istat, l-imprenditur għandu jinħeles kompletament mill-piż tat-taxxa dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu li huma stess huma suġġetti għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Securenta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑437/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:166">EU:C:2008:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Malburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-204/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:147">EU:C:2014:147</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sussegwentement, sabiex tingħata risposta għad-domandi preliminari, jeħtieġ li jiġi eżaminat sa fejn mekkaniżmu ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ġġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-mezzi implementati mis-Sitt Direttiva għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-għanijiet intiżi minn din il-leġiżlazzjoni u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-508/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kif intqal fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, l-għan tad-deroga għad-dritt għal tnaqqis tal-valur taxxabbli prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-inċertezza inerenti fin-natura definittiva tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din l-inċertezza hija, evidentement, meħuda inkunsiderazzjoni billi l-persuna taxxabbli hija mċaħħda mid-dritt tagħha għal tnaqqis tal-valur taxxabbli sakemm id-dejn ma jkunx ta’ natura li definittivament ma jistax jinġabar, kif tipprovdi, essenzjalment, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Iżda għandu jiġi kkonstatat li l-istess għan jista’ jintlaħaq billi jingħata t-tnaqqis meta l-persuna taxxabbli tipprova li hemm probabbiltà raġonevoli li d-dejn ma jitħallasx, bir-riskju li l-valur taxxabbli jiġi evalwat mill-ġdid u jkun ogħla fl-ipoteżi fejn il-ħlas isir minkejja kollox. Huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jiddeterminaw, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u<?PAGE NO="6"?> taħt l-istħarriġ ta’ qorti, il-provi ta’ tul estiż probabbli tan-nuqqas ta’ ħlas li għandhom jiġu pprovduti mill-persuna taxxabbli skont il-partikolaritajiet tad-dritt nazzjonali applikabbli. Tali metodu huwa wkoll effettiv sabiex jintlaħaq l-għan intiż filwaqt li huwa inqas restrittiv għall-persuna taxxabbli, li jiżgura l-prefinanzjament tal-VAT billi jiġborha f’isem l-Istat kif tfakkar fil-punt 23 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni magħmula fil-punt preċedenti tapplika iktar u iktar fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li meta tiġi applikata, iċ-ċertezza li d-dejn definittivament ma jistax jinġabar tkun tista’ tinkiseb biss, fil-prattika, wara bejn wieħed u ieħor għaxar snin. Tali terminu huwa, fi kwalunkwe każ, ta’ natura li jikkawża lill-imprendituri suġġetti għal din il-leġiżlazzjoni, meta jkollhom quddiemhom sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ fattura, żvantaġġ f’termini ta’ likwidità meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom fi Stati Membri oħra li huma manifestament ta’ natura li jfixklu l-għan ta’ armonizzazzjoni fiskali intiż mis-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-risposta għad-domandi preliminari għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT għan-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza meta tali proċedura tista’ ddum iktar minn għaxar snin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(C)(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT għan-nuqqas ta’ suċċess ta’ proċedura ta’ insolvenza meta tali proċedura tista’ ddum iktar minn għaxar snin</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>