<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-487/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0487</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:92">EU:C:2022:92</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20220210">10.2.2022</DATE> – Kawża C‑487/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Philips Orăştie</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20220210">10 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 179 u 183</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tnaqqis tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens jew rimbors tal-VAT eċċessiva mħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi supplementari ta’ ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ newtralità fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑487/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’Alba Iulia, Ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20201002">2 ta’ Ottubru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Philips Orătrati SRL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direcvali ia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Passer, President tas-Seba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tmien Awla, F. Biltgen (Relatur) u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Philips Orăştie SRL, minn M. Boian, D.-D. Dascălu u minn E. C. Antonescu, avocați,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane u L.-E. Baţagoi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Philips Orăştie SRL u d-Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Kontribwenti l-Kbar, ir-Rumanija) dwar il-modalitajiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 179 tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-persuna taxxabbli għandha teffettwa t-tnaqqis billi tnaqqas mill-ammont totali tal-VAT dovuta għal perijodu partikolari ta’ taxxa l-ammont totali ta’ VAT li fir-rigward tagħha, matul l-istess perijodu, id-dritt li tnaqqas irriżulta u hu eżerċitat skond l-Artikolu 178.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni taxxabbli li jwettqu transazzjonijiet okkażjonali, kif definiti fl-Artikolu 12, jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ tnaqqis fil-ħin tal-provvista biss.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 183 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Fejn, għal perijodu partikolari ta’ taxxa, l-ammont ta’ tnaqqis jeċċedi l-ammont tal-VAT dovuta, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet li huma għandhom jiddeterminaw, jew jagħmlu rifużjoni jew imexxu l-eċċess ’il quddiem għall-perijodu li jmiss.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħmlu rifużjoni jew li jmexxu ’’l quddiem jekk l-ammont ta’ l-eċċess hu insinifikanti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 252 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="252.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa terminu perentorju li jkun stabbilit mill-Istati Membri. Dak it-terminu perentorju m’għandux ikun ta’ aktar minn xahrejn mill-aħħar ta’ kull perijodu fiskali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="252.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu fiskali għandu jkun stabbilit minn kull Stat Membru f’xahar, f’xahrejn jew f’tliet xhur.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jistabbilixxu perijodi fiskali differenti sakemm dawn ma jaqbżux sena.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 157(2)(b bis) tal-Legea nr. 207/2015 privind Codul de procedură fiscală (il-Liġi Nru 207/2015 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali), tal-<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 547 tat-<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), ma humiex ikkunsidrati bħala arretrati fiskali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>l-obbligi fiskali stabbiliti f’atti amministrattivi fiskali kkontestati skont il-liġi, li huma ggarantiti konformement mal-Artikoli 210 sa 211 jew mal-Artikolu 235<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 233 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jipprovdi, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[…]</P><P>(2 bis) L-eżekuzzjoni forzata hija sospiża jew ma tibdiex fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</P><P>a) għall-krediti fiskali stabbiliti b’deċiżjoni tal-awtorità fiskali kompetenti, jekk id-debitur jinforma lill-awtorità fiskali, wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni, bil-preżentata ta’ ittra ta’ garanzija jew polza ta’ assigurazzjoni ta’ garanzija, konformement mal-Artikolu 235. L-eżekuzzjoni forzata tkompli jew tibda jekk id-debitur ma jippreżentax l-ittra ta’ garanzija jew il-polza ta’ assigurazzjoni ta’ garanzija f’terminu ta’ 45 jum mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-krediti fiskali;</P><P>b) għall-krediti fiskali stabbiliti f’atti amministrattivi fiskali kkontestati skont il-liġi u ggarantiti konformement mal-Artikoli 210 sa 211. L-eżekuzzjoni forzata tkompli jew tibda wara li l-atti amministrattivi fiskali jkunu saru definittivi fis-sistema ta’ rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji.</P><P>(2 ter) Matul il-perijodu kollu ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata skont il-paragrafu (2 bis), il-krediti fiskali li jkunu s-suġġett tas-sospensjoni ma jintemmux, sakemm id-debitur ma jagħżilx li għandhom jintemmu konformement mal-Artikolu 165(8).</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 235(1) u (5) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="235.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ lmenti mressqa kontra atti amministrattivi fiskali li jistabbilixxu krediti fiskali, skont dan il-kodiċi, inkluż matul l-eżami tar-rikors kontenzjuż amministrattiv, l-eżekuzzjoni forzata hija sospiża jew ma tibdiex għall-obbligi fiskali kkontestati jekk id-debitur jippreżenta quddiem l-awtorità fiskali kompetenti ittra ta’ garanzija jew polza ta’ assigurazzjoni ta’ garanzija għall-obbligi fiskali kkontestati u mhux imħallsa fil-mument li tingħata l-garanzija. Il-validità tal-ittra ta’ garanzija jew il-polza ta’ assigurazzjoni ta’ garanzija għandha tkun ta’ mill-inqas 6 xhur li jiddekorru mid-data li tinħareġ.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="235.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-perijodu kollu ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata skont dan l-artikolu, il-krediti fiskali li jkunu s-suġġett tas-sospensjoni ma jintemmux, sakemm id-debitur ma jagħżilx li għandhom jintemmu konformement mal-Artikolu 165(8).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 303 tal-Legea nr. 227/2015 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 227/2015 dwar il-Kodiċi tat-Taxxi) tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 688 tal‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>) iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kodiċi tat-Taxxi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="303.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta t-taxxa fuq l-akkwisti mwettqa minn persuna taxxabbli rreġistrata għall-finijiet tal-VAT, konformement mal-Artikolu 316, li tista’ titnaqqas matul perijodu taxxabbli, tkun ogħla mit-taxxa miġbura għal tranżazzjonijiet taxxabbli, ikun hemm eċċess matul il-perijodu ta’ referenza, iktar ’il quddiem imsejjaħ <HT TYPE="ITALIC">ammont negattiv tat-taxxa</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="303.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Wara d-determinazzjoni tat-taxxa dovuta jew tal-ammont negattiv tat-taxxa għat-tranżazzjonijiet imwettqa matul il-perijodu taxxabbli ta’ referenza, il-persuni taxxabbli għandhom jipproċedu għall-aġġustamenti previsti f’dan l-artikolu, permezz tad-dikjarazzjoni tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 323.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="303.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont negattiv tat-taxxa, akkumulat, huwa ddeterminat billi mal-ammont negattiv tat-taxxa, li jirriżulta matul il-perijodu taxxabbli ta’ referenza, jiżdied il-bilanċ tal-ammont negattiv tat-taxxa, ittrasferit mid-dikjarazzjoni tal-perijodu taxxabbli preċedenti, jekk ir-rimbors tiegħu ma jkunx intalab, u d-differenzi negattivi tal-VAT stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ kontroll fiskali permezz ta’ deċiżjonijiet ikkomunikati sad-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="303.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>It-taxxa akkumulata dovuta għandha tiġi ddeterminata matul il-perijodu taxxabbli ta’ referenza billi mat-taxxa dovuta għall-perijodu taxxabbli ta’ referenza jiżdiedu l-ammonti mhux imħallsa lit-Teżor Pubbliku, sad-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 323, tal-bilanċ tat-taxxa dovuta għall-perijodu taxxabbli preċedenti, kif ukoll l-ammonti mhux imħallsa lit-Teżor Pubbliku, sad-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni, tad-differenzi tal-VAT dovuti kif stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ kontroll fiskali permezz ta’ deċiżjonijiet tat-taxxa kkomunikati sad-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni. B’eċċezzjoni:</P><P>a) fl-ewwel dikjarazzjoni tat-taxxa ppreżentata quddiem l-awtorità fiskali wara d-data ta’ approvazzjoni ta’ faċilità ta’ ħlas, it-taxxa akkumulata dovuta li għaliha l-faċilità ta’ ħlas tkun ġiet approvata ma għandhiex tiġi ttrasferita mill-perijodu taxxabbli preċedenti;</P><P>b) fl-ewwel dikjarazzjoni tat-taxxa ppreżentata quddiem l-awtorità fiskali wara d-data tar-reġistrazzjoni tal-awtorità fiskali fil-korp ġenerali tal-kredituri skont il-Liġi Nru 85/2014, it-taxxa akkumulata dovuta li biha l-awtorità fiskali tkun irreġistrat ruħha fil-korp ġenerali tal-kredituri skont il-Liġi Nru 85/2014 ma għandhiex tiġi ttrasferita mill-perijodu taxxabbli preċedenti.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="303.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>B’eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (3) u (4), id-differenzi negattivi tal-VAT stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew l-ammonti mhux imħallsa lit-Teżor Pubbliku sad-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni, tad-differenzi tal-VAT dovuti kif stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ kontroll fiskali permezz ta’ deċiżjonijiet li l-eżekuzzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża mill-qrati, skont il-liġi, ma għandhomx jiżdiedu mal-ammont negattiv jew mat-taxxa akkumulata dovuta, skont il-każ, li tirriżulta matul il-perijodi ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Dawn is-somom huma inklużi fid-dikjarazzjoni tal-perijodu taxxabbli li matulu tkun intemmet<?PAGE NO="5"?> is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont negattiv tat-taxxa, akkumulata, jew, skont il-każ, tat-taxxa dovuta, akkumulata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="303.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Permezz tad-dikjarazzjoni tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 323, il-persuni taxxabbli għandhom jiddeterminaw id-differenzi bejn l-ammonti msemmija fil-paragrafi (3) u (4), li jirrappreżentaw l-aġġustament tat-taxxa, u l-iffissar tal-bilanċ tat-taxxa dovuta jew tal-bilanċ tal-ammont negattiv tat-taxxa. Jekk it-taxxa akkumulata dovuta tkun ogħla mill-ammont negattiv tat-taxxa akkumulata, ikun hemm bilanċ ta’ taxxa li għandha titħallas matul il-perijodu taxxabbli ta’ referenza. Jekk l-ammont negattiv tat-taxxa akkumulata jkun ogħla mit-taxxa akkumulata dovuta, dan jirriżulta f’bilanċ tal-ammont negattiv tat-taxxa matul il-perijodu taxxabbli ta’ referenza.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Settembru 2016, id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Kontribwenti l-Kbar ħareġ deċiżjoni tat-taxxa (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>deċiżjoni tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) li imponiet fuq Philips Orăștie l-ħlas tal-ammont ta’ <FT TYPE="NUMBER">31628916</FT> lei Rumeni (RON) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">6325783</FT>) bħala VAT u obbligi fiskali supplementari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li, għal dak li jikkonċerna l-ammonti stabbiliti minn din il-deċiżjoni tat-taxxa, l-eżekuzzjoni ma kinitx sospiża, Philips Orăștie rreġistrat, fid-dikjarazzjoni relatata max-xahar ta’ Settembru 2016, l-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">21799334</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4359866</FT>), li jirrappreżenta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>d-differenzi tal-VAT li għandha titħallas stabbiliti fil-deċiżjoni tat-taxxa li ma kinux imħallsa sad-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, mingħajr ma talbet ir-rimbors tiegħu. Wara l-kumpens, Philips Orăștie kien għad fadlilha tħallas l-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">12096916</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2419383</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Philips Orăștie ressqet, fl-<DATE ISO="20161104">4 ta’ Novembru 2016</DATE>, ilment fiskali kontra l-deċiżjoni tat-taxxa, billi kkontestat il-legalità tagħha fir-rigward tal-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">21799334</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4359866</FT>). Waqt it-tressiq ta’ dan l-ilment, Philips Orăștie ppreżentat ittra ta’ garanzija bankarja, maħruġa fl-istess jum, fir-rigward tal-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">31577059</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">6315412</FT>). Din l-ittra ta’ garanzija bankarja ġiet estiża permezz ta’ atti addizzjonali sussegwenti sal-<DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bejn ix-xahar ta’ Novembru 2016 u x-xahar ta’ Marzu 2019, Philips Orăștie ppreżentat dikjarazzjonijiet tal-VAT li fihom hija ma niżżlitx, fil-linja 38 tagħhom, bħala arretrati, id-differenzi tal-VAT dovuti, kif jidhru fl-deċiżjoni tat-taxxa u mhux imħallsa sad-data tal-preżentata ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, filwaqt li talbet ir-rimbors tal-VAT. Din il-kumpannija qieset li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 233 u tal-Artikolu 235(1) u (5) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, dawn id-differenzi la setgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>arretrati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, u lanqas setgħu jagħmlu parti mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>VAT akkumulata dovuta<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, kif iddefinita fl-Artikolu 303(4) tal-Kodiċi tat-Taxxa. Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Kontribwenti l-Kbar ħareġ deċiżjonijiet ta’ rimbors tal-VAT mingħajr ma oġġezzjona dwar il-mod kif l-imsemmija dikjarazzjonijiet kienu ġew mimlija u lanqas dwar l-interpretazzjoni tar-regoli rilevanti minn Philips Orăștie.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) laqgħet l-appell ippreżentat minn Philips Orăștie mid-deċiżjoni tat-taxxa u annullat l-ammont tal-VAT supplementari ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">21799334</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4359866</FT>). Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fil-mument tal-adozzjoni tagħha, din is-sentenza ma kinitx definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħha relatati max-xhur ta’ April u ta’ Mejju 2019, Philips Orăștie, ma niżżlitx fil-linja 38 tagħhom, bħalma għamlet qabel, id-differenzi tal-VAT dovuti stabbiliti fil-deċiżjoni tat-taxxa u mhux imħallsa sad-data tal-preżentata ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Kontribwenti l-Kbar informa lil Philips Orăștie li huwa jqis li l-linja 38 tad-dikjarazzjonijiet tax-xhur ta’ April u ta’ Mejju 2019, dwar ammont ta’ VAT dovut ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">12096916</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2419383</FT>), kienet mimlija b’mod żbaljat u ħareġ żewġ deċiżjonijiet ta’ rettifika ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, li permezz tagħhom huwa biddel l-ammont tal-VAT dovut fuqhom, billi inkluda fil-VAT akkumulata dovuta l-ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">21799334</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">4359866</FT>), b’effett dirett fuq l-ammont tal-VAT li kellu jiġi rrimborsat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li l-ilment amministrattiv tagħha kontra dawn id-deċiżjonijiet ġie miċħud, Philips Orăștie adixxiet lill-qorti tar-rinviju b’rikors għal annullament kontra l-imsemmija deċiżjonijiet billi sostniet, b’mod partikolari, li, peress li l-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali jirrikonoxxi l-effett sospensiv tal-eżekuzzjoni tal-obbligi fiskali stabbiliti minn atti ta’ tassazzjoni li jkunu ġew ikkontestati, iżda li fir-rigward tagħhom tkun ġiet ippreżentata ittra ta’ garanzija bankarja, l-istess regola għandha tapplika wkoll fil-każ fejn dawn l-obbligi ta’ ħlas ikunu jirrigwardaw ammont tal-VAT supplementari stabbilit minn deċiżjoni ta’ taxxa kkontestata, u dan speċjalment peress li din l-interpretazzjoni ġiet ikkonfermata mill-awtoritajiet fiskali bejn ix-xahar ta’ Novembru 2016 u x-xahar ta’ Marzu 2019. Din il-kumpannija sostniet ukoll li, għalkemm huwa minnu li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT, huma għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali applikabbli, jiġifieri l-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ newtralità tal-VAT, kif iddefiniti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, li madankollu, f’dan il-każ, ma humiex osservati mid-dritt Rumen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Kontribwenti l-Kbar, min-naħa tiegħu, sostna li l-mekkaniżmu ta’ stabbiliment tal-VAT dovuta jew li għandha tiġi rrimborsata huwa mekkaniżmu speċjali u li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 303(4) u (5) tal-Kodiċi tat-Taxxa għandhom natura speċjali meta mqabbla ma’ dawk tal-Artikoli 157, 233 u 235 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, li huma applikabbli biss għat-tipi l-oħra ta’ taxxi u ta’ imposti. Għaldaqstant, il-preżentata ta’ ittra ta’ garanzija bankarja ma hijiex biżżejjed sabiex teskludi mill-kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>VAT akkumulata dovuta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> obbligi fiskali stabbiliti minn deċiżjoni tat-taxxa kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Id-dispożizzjonijiet [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 179 u [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-[VAT], flimkien mal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ newtralità, jistgħu jiġu interpretati bħala li jipprekludu regoli/prattiki nazzjonali li jeħtieġu tnaqqis fl-ammont tal-VAT li għandu jitħallas lura bl-inklużjoni fil-kalkolu tal-ammont ta’ VAT li għandu jitħallas għal ammonti li jirrappreżentaw obbligi ta’ ħlas supplimentari stabbiliti<?PAGE NO="7"?> permezz ta’ deċiżjoni tat-taxxa, annullata b’deċiżjoni tal-qorti mhux definittiva, sakemm dawn l-obbligi supplimentari huma ggarantiti permezz ta’ ittra ta’ garanzija bankarja u r-regoli proċedurali nazzjonali tat-taxxa jirrikonoxxu l-effett sospensiv tal-eżekuzzjoni ta’ din il-garanzija għal taxxi u dazji oħra?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li tirrifjuta r-rimbors ta’ ammont ta’ VAT supplementari stabbilit u mħallsa wara deċiżjoni tat-taxxa kkontestata mill-persuna taxxabbli kkonċernata u li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mhux definittiva favur din il-persuna taxxabbli, minkejja li din tal-aħħar ikollha garanzija bankarja fir-rigward tal-ammont tal-VAT inkwistjoni u li, konformement mad-dritt proċedurali nazzjonali, għal dak li jirrigwarda imposti jew taxxi oħra, il-kostituzzjoni ta’ tali garanzija bankarja tippermetti li jinkiseb tali rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tirrispondi għal din id-domanda billi tibbaża ruħha fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kuntest fattwali ddefiniti mill-qorti tar-rinviju, li hija l-unika qorti li għandha ġurisdizzjoni f’dan ir-rigward, u li tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettulha tevalwa l-konformità ta’ din il-leġiżlazzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enel Maritsa Iztok 3</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑107/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:298">EU:C:2011:298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, ma hemmx lok li jiġi eżaminat l-argument, imressaq mill-Gvern Rumen, li Philips Orăștie kellha possibbiltajiet differenti minn dawk li għażlet sabiex issostni d-drittijiet tagħha u li kienu mingħajr piż finanzjarju addizzjonali għaliha. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ tali għażliet fid-dritt Rumen ma ġietx invokata mill-qorti tar-rinviju u ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tikkunsidra mill-ġdid l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali mogħtija mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 tad-Direttiva tal-VAT, it-tnaqqis isir globalment mill-persuna taxxabbli billi, mill-ammont tat-taxxa dovuta għal perijodu taxxabbli, tnaqqas l-ammont tal-VAT li fir-rigward tiegħu jkun tnissel id-dritt għal tnaqqis u ġie eżerċitat matul l-istess perijodu. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 ta’ din id-direttiva jippreċiża li, meta l-ammont tat-tnaqqis jeċċedi dak tal-VAT dovuta għal perijodu taxxabbli, ikun hemm eċċess li jista’ jiġi ttrasferit għall-perijodu segwenti jew jiġi rrimborsat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li, għalkemm l-implementazzjoni tad-dritt għar-rimbors tal-VAT eċċessiva mħallsa stabbilit fl-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT taqa’, bħala prinċipju, taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, xorta jibqa’ l-fatt li din l-awtonomija hija limitata mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enel Maritsa Iztok 3</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑107/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:298">EU:C:2011:298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-possibbiltà, skont l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, li jiġi pprovdut li l-VAT eċċessiva mħallsa tiġi ttrasferita fuq il-perijodu taxxabbli segwenti jew li tiġi rrimborsata, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, għalkemm l‑Istati Membri ċertament igawdu minn libertà fl-iffissar tal-modalitajiet tar-rimbors tal-VAT eċċessiva mħallsa, dawn il-modalitajiet ma jistgħux jippreġudikaw il-prinċipju tan-newtralità fiskali billi jqiegħdu fuq il-persuna taxxabbli, b’mod sħiħ jew parzjali, il-piż ta’ din it-taxxa. B’mod partikolari, kundizzjonijiet bħal dawn għandhom jagħtu l-possibbiltà lill-persuna taxxabbli tirkupra, f’kundizzjonijiet xierqa, il-kreditu kollu li jinħoloq minn din il-VAT eċċessiva mħallsa, li jimplika li r-rimbors isir f’perijodu raġonevoli permezz ta’ ħlasijiet likwidi jew b’mod ekwivalenti u li, fi kwalunkwe każ, il-mod ta’ rimbors adottat ma għandu jinvolvi ebda riskju finanzjarju għall-persuna taxxabbli (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enel Maritsa Iztok 3</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑107/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:298">EU:C:2011:298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi neċessarjament leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi modalitajiet ta’ rimbors tal-VAT eċċessiva mħallsa li jgħaqqdu ż-żewġ mezzi ta’ ħlas lura tal-VAT eċċessiva mħallsa previsti f’dan l-Artikolu 183, jiġifieri it-trasferiment għall-perijodu segwenti u r-rimbors ta’ din il-VAT eċċessiva mħallsa, jew li tipprevedi t-trasferiment tagħha mhux għall-perijodu taxxabbli sussegwenti, iżda fuq diversi perijodi ta’ tassazzjoni, sakemm il-limiti imposti fl-Artikolu 252(2) tad-Direttiva tal-VAT ikunu osservati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enel Maritsa Iztok 3</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑107/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:298">EU:C:2011:298</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, leġiżlazzjoni nazzjonali li b’applikazzjoni tagħha l-persuna taxxabbli għandha tbati parti mill-piż finanzjarju tal-VAT eċċessiva mħallsa matul perijodu meqjus bħala li ma huwiex raġonevoli tippreġudika l-prinċipju ta’ newtralità fiskali (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mednis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑525/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:652">EU:C:2012:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, għal dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ newtralità fiskali, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fl-assenza ta’ indikazzjoni, fit-talba għal deċiżjoni preliminari, tal-perijodu eżatt li matulu persuna taxxabbli ma tistax, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Rumena, tikseb ir-rimbors tal-VAT eċċessiva mħallsa li hija tista’ tinvoka fir-rigward ta’ perijodu ta’ tassazzjoni speċifiku, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-fatti, li għandha tiddeċiedi jekk din il-leġiżlazzjoni effettivament tqiegħedx fuq il-persuna taxxabbli, matul perijodu meqjus bħala li ma huwiex raġonevoli, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-piż finanzjarju tal-VAT eċċessiva mħallsa jew ta’ parti minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, li għalihom diġà sar riferiment fil-punt 24 tas-sentenza preżenti, għandu jitfakkar li l-modalitajiet proċedurali relatati mal-azzjonijiet li huma intiżi sabiex jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża jgawdu skont id-dritt tal-Unjoni ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirrigwardaw azzjonijiet simili previsti mid-dritt nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ma għandhom jitfasslu b’tali mod li fil-prattika jsir impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Câmpean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:494">EU:C:2016:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ċertament, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika qorti li għandha għarfien dirett tal-modalitajiet tal-azzjonijiet għal ħlas lura mressqa kontra l-Istat, li għandha tivverifika jekk il-modalitajiet proċedurali intiżi li jiżguraw, fid-dritt nazzjonali, il-protezzjoni tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża<?PAGE NO="9"?> jgawdu taħt id-dritt tal-Unjoni humiex konformi mal-prinċipju ta’ ekwivalenza u li teżamina kemm l-iskop kif ukoll il-karatteristiċi essenzjali tal-azzjonijiet allegatament simili ta’ natura interna. Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika x-xebh bejn l-azzjonijiet ikkonċernati fid-dawl tal-iskop, il-kawżalità u l-karatteristiċi essenzjali tagħhom (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-evalwazzjoni li l-qorti nazzjonali jkollha twettaq, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tindikalha ċerti elementi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tindika li s-sistema ġenerali tal-obbligi fiskali relatati mat-taxxi u mal-imposti nazzjonali, kif prevista fl-Artikoli 157, 233 u 235 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, tistabbilixxi r-regola li, meta deċiżjoni tat-taxxa tkun ikkontestat, iżda meta ittra ta’ garanzija bankarja tkun ġiet ippreżentata għall-obbligi fiskali kollha relatati magħha, in-natura eżekuttiva ta’ din il-deċiżjoni tiġi sospiża u l-iskadenza ta’ dawn l-obbligi tista’ sseħħ biss, b’mod antiċipat, sa fejn id-debitur jagħmel talba għal dan. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-VAT, dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx u l-Artikolu 303(4) u (5) tal-Kodiċi tat-Taxxa ma jipprevedix tali regola, b’tali mod li l-preżentata ta’ ittra ta’ garanzija bankarja ma jkollhiex l-effett li tissospendi l-eżiġibbiltà tal-obbligi fiskali fir-rigward tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex jintwera li l-prinċipju ta’ ekwivalenza huwa osservat, il-Gvern Rumen isostni, minn naħa, li, għalkemm Philips Orăștie kienet qiegħda tirreferi għas-sospensjoni tal-effetti tal-deċiżjoni tat-taxxa, hija kellha l-possibbiltà li titlob lil qorti amministrattiva din is-sospensjoni taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 14 u 15 tal-Legea contenciosului administrativ nr. 554/2004 (il-Liġi dwar il-Kontenzjuż Amministrattiv Nru 554/2004), (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 1154 tas-<DATE ISO="20041207">7 ta’ Diċembru 2004</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ tali effett sospensiv fil-qasam tal-VAT, filwaqt li dan l-effett huwa rrikonoxxut għal obbligi fiskali oħra, ma huwiex ta’ natura li jikkontesta l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, peress li din is-sospensjoni ma taffettwax in-natura deduċibbli tal-VAT u t-tmiem l-obbligi fiskali fih innifsu. Il-modalitajiet proċedurali applikati fil-qasam tal-VAT għalhekk ma humiex inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-obbligi fiskali li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali, peress li, fi kwalunkwe każ, l-obbligu ta’ ħlas ma huwiex mitmum, iżda sempliċement sospiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza huwiex osservat fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fl-ewwel lok, jekk l-azzjonijiet li għalihom japplikaw modalitajiet proċedurali li l-Gvern Rumen jikkunsidra li huma analogi għal dawk previsti fl-Artikoli 157, 233 u 235 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali humiex, fid-dawl tal-kawżalità tagħhom, tal-iskop tagħhom kif ukoll tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom, kumparabbli ma’ rikors ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħal dak fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Dan ma jidhirx li huwa l-każ, kif irrilevat il-qorti tar-rinviju stess, għal dak li jirrigwarda azzjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ ħlas tal-VAT li jirriżultaw minn deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u mill-possibbiltajiet li tinkiseb sospensjoni tal-eżiġibbiltà ta’ dawn l-obbligi, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat minn din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija l-imsemmija qorti li għandha tistabbilixxi jekk il-modalitajiet proċedurali applikabbli għar-rikorsi nazzjonali li hija identifikat bħala simili għar-rikors inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex, fir-realtà, iktar favorevoli minn dawk applikabbli fil-kawża li tressqet<?PAGE NO="10"?> quddiemha, skont l-Artikolu 303(4) u (5) tal-Kodiċi tat-Taxxa. Issa, għandu jiġi kkonstatat li mid-deskrizzjoni tad-dritt nazzjonali li għamlet il-qorti tar-rinviju fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fil-kawża ineżami, il-persuni taxxabbli għandhom, fil-qasam tal-VAT, mezzi proċedurali inqas favorevoli minn dawk li huma għandhom għal dak li jikkonċerna d-drittijiet tagħhom taħt id-dritt nazzjonali, fir-rigward ta’ imposti u ta’ taxxi li ma humiex il-VAT. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel il-verifiki neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza għal dak li jikkonċerna l-leġiżlazzjoni applikabbli fit-tilwima li għandha quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fil-każ ineżami, dan il-prinċipju ma jidhirx li huwa inkwistjoni peress li, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, mill-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax u barra minn hekk ma ġiex allegat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrendi eċċessivament diffiċli jew impossibbli fil-prattika l-eżerċizzju tad-drittijiet misluta mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Għaldaqstant, ma hemmx bżonn li tingħata deċiżjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għandha tkun li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi modalitajiet proċedurali relatati ma’ azzjonijiet intiżi għar-rimbors tal-VAT, ibbażati fuq ksur tas-sistema komuni tal-VAT, inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal-azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt intern relatat ma’ imposti u ma’ taxxi li ma humiex il-VAT.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 179 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi modalitajiet proċedurali relatati ma’ azzjonijiet intiżi għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), ibbażati fuq ksur tas-sistema komuni ta’ VAT, inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal-azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt intern relatat ma’ imposti u ma’ taxxi li ma humiex il-VAT.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>