|
25.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 113/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ April 2008
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS)
(2008/328/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (il-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990) (1),
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990 jipprevedu li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjoni tas-C.SIS, imsemmijin fid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 92(3), għandhom jitħallsu b’mod konġunt mill-Partijiet Kontraenti. |
|
(2) |
L-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjoni tas-C.SIS huma regolati minn Regolament Finanzjarju speċifiku, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-15 ta’ Diċembru 1997 li jemenda r-Regolament Finanzjarju tas-sistema C.SIS (2) (minn hawn ‘il quddiem, “ir-Regolament Finanzjarju C.SIS”). |
|
(3) |
Ir-Regolament Finanzjarju C.SIS japplika għad-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja, u għall-Iżlanda u n-Norveġja permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE (3), kif ukoll għar-Repubblika Ċeka, għar-Repubblika ta’ l-Estonja, għar-Repubblika tal-Latvja, għar-Repubblika tal-Litwanja, għar-Repubblika ta’ l-Ungerija, għar-Repubblika ta’ Malta, għar-Repubblika tal-Polonja, għar-Repubblika tas-Slovenja u għar-Repubblika Slovakka permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/471/KE (4). |
|
(4) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera ser tipparteċipa fid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li jirrelataw mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen minn data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 15(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem, “il-Ftehim”) (5). |
|
(5) |
Minn dik id-data ‘l quddiem il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tipparteċipa fir-Regolament Finanzjarju C.SIS. |
|
(6) |
Huwa raġonevoli li l-Konfederazzjoni Żvizzera tikkontribwixxi għall-ispejjeż storiċi tas-C.SIS. Madankollu, billi l-Ftehim kien iffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004, huwa kkunsidrat xieraq li hija għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż storiċi relatati ma’ l-installazzjoni tas-C.SIS mill-1 ta’ Jannar 2005. Huwa kkunsidrat ukoll raġonevoli li hija tikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ l-operazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008. |
|
(7) |
Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (7) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
|
(8) |
Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE (8) u 2008/149/ĠAI (9). |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/261/KE (10) u 2008/262/ĠAI (11) |
|
(10) |
Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000, rigward it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (12). |
|
(11) |
L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002, rigward it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (13). |
|
(12) |
Fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li diversament huwa relatat miegħu fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li diversament huwa relatat miegħu fis-sens ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, |
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Fil-punt 3 tat-Titolu I tar-Regolament Finanzjarju tas-C.SIS, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:
|
“— |
fil-każ tal-Konfederazzjoni Żvizzera, din il-kontribuzzjoni għandu jiġi kkalkolat biss abbażi ta’ l-ispejjeż magħmulin għall-installazzjoni tas-C.SIS mill-1 ta’ Jannar 2005. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tikkontribwixxi wkoll għall-ispejjeż ta’ l-operazzjoni tas-C.SIS mill-1 ta’ Jannar 2008.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta’ April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President,
D. MATE
(1) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(2) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 444.
(3) ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24.
(4) ĠU L 179, 7.7.2007, p. 46.
(5) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(7) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
(10) ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.
(11) ĠU L 83, 26.3.2008, p. 5.