|
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Jannar 2009
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Estonja dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 150)
(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)
(2009/85/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/395/KE (2) approvat il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas għas-sena finanzjarja 2007, ħlief dawk tal-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja msejħa “PRIA” u tal-aġenzija tal-ħlas Maltija msejħa “MRAE”. |
|
(2) |
Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali, dwar l-integrità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-ħlas Estonjana msejħa “PRIA”. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħudin sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq mhux imwettaq skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja “PRIA” dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, b’dan qed jiġu approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lill-Istat Membru skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li japplikaw fl-Estonja huma stipulati fl-Annessi I u II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS
IS-SENA FINANZJARJA 2007 - IN-NEFQA TAL-FAEG GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA
AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT MILL- JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU
|
SM |
|
L-infiq tal-2007 tal-Aġenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet |
It-total ta' a + b |
It-tnaqqis |
It-total |
Il-ħlasijiet interim rimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
L-ammont li għandu jiġi rkuprat mill- (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (1) |
|
|
ġew approvati |
ma ġewx approvati |
|||||||
|
= infiq iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= it-total tal-ħlasijiet interim rimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
|||||||
|
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e = c + d |
f |
g = e – f |
|
EE |
EUR |
40 720 193,48 |
0,00 |
40 720 193,48 |
0,00 |
40 720 193,48 |
36 236 291,00 |
4 483 902,48 |
(1) Billi l-ħlasijiet laħqu 95 % tal-pjan finanzjarju, il-bilanċ għall-EE se jitħallas matul l-għeluq tal-programm.
ANNESS II
L-INFIQ APPROVAT FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SENA 2007 SKONT IL-MIŻURA TAL-IŻVILUPP RURALI TAL-FAEG
ID-DIFFERENZI BEJN IL-KONTIJIET ANNWALI U D-DIKJARAZZJONIJIET TA' NFIQ
|
SM |
Nru |
Mizuri |
In-nefqa tal-2007 Il-kolonna “a” tal-Anness I |
It-tnaqqis Il-kolonna “d” tal-Anness I |
L-ammont approvat għall-2007 Il-kolonna “e” tal-Anness I |
|
EE |
Nru |
Miżuri |
i |
ii |
iii = i + ii |
|
|
1 |
L-appoġġ għal investimenti fil-ġestjoni tal-iskart tal-annimali |
6 551 632,40 |
0,00 |
6 551 632,40 |
|
|
2 |
L-inkoraġġiment tat-titjib u tal-iżvilupp |
20 321 752,46 |
0,00 |
20 321 752,46 |
|
|
3 |
L-inkoraġġiment biex jitwaqqfu gruppi tal-produtturi |
101 134,83 |
0,00 |
101 134,83 |
|
|
4 |
Il-promozzjoni tat-taħrig vokazzjonali għall-bdiewa |
2 566 539,21 |
0,00 |
2 566 539,21 |
|
|
5 |
Servizz tekniku u ta' konsulenza għall-bdiewa |
6 225 307,60 |
0,00 |
6 225 307,60 |
|
|
6 |
L-irtirar kmieni |
4 021 137,22 |
0,00 |
4 021 137,22 |
|
|
7 |
L-appoġġ għall-bdiewa ż-żgħar biex iwaqqfu razzett għall-ewwel darba |
932 689,76 |
0,00 |
932 689,76 |
|
|
8 |
L-ilħuq tal-istandards tal-UE |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
9 |
L-adozzjoni ta' miżuri agrikoli favur l-ambjent |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
10 |
Azzjonijiet agrikoli favur l-ambjent għall-ħarsien tal-valur naturali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
11 |
L-afforestazzjoni |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
12 |
It-titjib fl-infrastruttura għall-iżvilupp tal-bhejjem |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
13 |
Iż-żoni aktar żvantaġġati |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
14 |
L-appoġġ għall-iskemi tal-kwalità |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
15 |
L-appoġġ għall-ipproċessar tradizzjonali fuq skala żgħira |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
16 |
Il-ħarsien tal-pajsaġġi agrikoli u tradizzjonali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
17 |
Il-ħarsien min-nirien tal-foresti u minn diżastri naturali oħrajn |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
18 |
L-afforestazzjoni ta' art li mhix agrikola |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
19 |
It-titjib fil-proċess tal-ħsad |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
20 |
L-appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
|
21 |
L-appoġġ tekniku għal inizjattivi kollettivi fil-livell lokali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
It-total |
40 720 193,48 |
0,00 |
40 720 193,48 |
||