<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-330/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0330</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:809">EU:C:2020:809</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20201008">8.10.2020</DATE> – Kawża C‑330/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Exter</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2913/92</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 121(1)</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura tal-ipproċessar attiv</KEYWORD><KEYWORD>Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera</KEYWORD><KEYWORD>Tnissil ta’ dejn doganali</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tad-dejn</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżura tariffarja preferenzjali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑330/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20190419">19 ta’ April 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20190423">23 ta’ April 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Staatsecretaris van Financiën</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Exter BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Kumin (Relatur), President tal-Awla, T. von Danwitz u P. G. Xuereb, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Exter BV, minn M. Boekhoud,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u H. S. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche-Duvieusart u P. Vanden Heede, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 121(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-iStaatssecretaris van Financiën (is-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Exter BV, dwar l-applikazzjoni ta’ miżura tariffarja preferenzjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Doganali tħassar u ġie ssostitwit b’effett mill-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE> permezz tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Kodiċi Doganali jibqa’ applikabbli għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-Kodiċi Doganali kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji legalment dovuti meta jiġi inkors dejn doganali għandhom ikunu bbażati fuq it-Tariffa Doganali tal-Komunitajiet Ewropej.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-Tariffa Doganali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tikkomprendi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>in-nomenklatura magħquda tal-merkanzija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ir-rati u kapi ta’ spejjeż oħra normalment applikabbli għal merkanzija koperta min-nomenklatura magħquda fir-rigward:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>dazji doganali</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-miżuri dwar tariffa preferenzjali li jinsabu f’patti ta’ ftehim li l-Komunità kkonkludiet ma’ ċerti pajjiżi jew gruppi ta’ pajjiżi u li jipprovdu għall-għoti ta’ trattament preferenzjali dwar it-tariffa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>miżuri preferenzjali dwar it-tariffa adottati unilateralment mill-Komunità fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi, gruppi ta’ pajjiżi jew territorji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>miżuri awtonomi sospensivi li jipprovdu għal tnaqqis fi jew eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq ċerta merkanzija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>miżuri oħra tat-tariffa li hemm provdut dwarhom f’leġislazzjoni oħra tal-Komunità.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 114 ta’ dan il-kodiċi, li kien jinsab taħt it-titolu D, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Proċessar tad-dħul [Proċessar attiv]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="114.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 115, il-proċedura ta’ l-ipproċessar tad-dħul [proċedura tal-ipproċessar attiv] għandha tippermetti li s-segwenti merkanzija tintuża fit-territorju doganali tal-Komunità f’operazzjoni ta’ l-ipproċessar waħda jew aktar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>merkanzija mhux tal-Komunità maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Komunità taħt is-sura ta’ prodotti li jikkumpensaw lil xulxin, mingħajr ma tali merkanzija tkun soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni jew miżuri ta’ politika kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>merkanzija meħlusa għal ċirkolazzjoni libera bil-ħlas lura jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni imponibbli fuq dik il-merkanzija kieku tkun esportata mit-territorju doganali tal-Komunità taħt is-sura ta’ prodotti li jikkumpensaw lil xulxin.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="114.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-espressjonijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>sistema ta’ sospensjoni: l-arranġamenti ta’ eżenzjonii mill-ipproċessar tad-dħul [ipproċessar attiv] li hemm provdut dwarhom fil-paragrafu 1 (a);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>it-tħaddim ta’ merkanzija, inkluż it-twaqqif jew l-immontar tagħha jew it-tqegħid tagħha ma’ merkanzija oħra;</P></ITEM><ITEM><P>l-ipproċessar ta’ merkanzija,</P></ITEM><ITEM><P>it-tiswija ta’ merkanziji, inkluż ir-restawr tagħhom u t-tqegħid tagħhom f’posthom;</P><P>u</P></ITEM><ITEM><P>l-użu ta’ ċerti merkanziji definiti skont il-proċedura tal-kumitat li ma jinstabux fil-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin, iżda li jippermettu jew jiffaċilitaw il-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti, anke jekk jinħlew kompletament jew parzjalment fil-proċess.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>prodotti li jikkumpensaw lil xulxin: il-prodotti kollha li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 120 tal-imsemmi kodiċi kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-każijiet li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija fi stat mhux mibdul jew il-merkanziji li jikkumpensaw lil xulxin għandhom jitqiesu li ġew meħlusa għal ċirkolazzjoni libera jistgħu jiġu stabbiliti skont il-proċedura tal-kumitat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 121 tal-Kodiċi Doganali kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="121.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>“Bla ħsara għall-Artikolu 122, meta jiġi inkors dejn doganali, l-ammont ta’ dak id-dejn għandu jiġi stabbilit skond il-bażi ta’ l-elementi ta’ tassazzjoni adatti għall-merkanzija ta’ l-importazzjoni fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid ta’ din il-merkanzija taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar tad-dħul [proċedura tal-ipproċessar attiv].</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="121.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk fil-ħin li jsir referenza għalih fil-paragrafu 1 l-merkanziji ta’ l-importazzjoni jkunu ssodisfaw il-kondizzjonijiet biex jikkwalifikaw għal trattament preferenzjali tat-tariffa taħt il-kwoti jew limiti tat-tariffa, għandhom ikunu eliġibbli għal kull trattament preferenzjali tat-tariffa li jeżisti fir-rigward ta’ merkanziji identiċi fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħelsien għal ċirkolazzjoni libera.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Exter hija impriża li topera fl-industrija tal-ikel u li tittrasforma idroliżati tal-proteini (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>idroliżati<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) f’komponent intiż li jservi bħala bażi għall-fabbrikazzjoni ta’ brodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija kellha, bejn it-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE> u t-<DATE ISO="20150523">23 ta’ Mejju 2015</DATE>, awtorizzazzjoni sabiex tuża l-proċedura doganali tal-ipproċessar attiv b’applikazzjoni tas-sistema ta’ sospensjoni għall-idroliżati. Fil-perijodu bejn it-<DATE ISO="20121112">12 ta’ Novembru 2012</DATE> u s-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE>, din l-impriża qiegħdet diversi kunsinni ta’ idroliżati oriġinarji mit-Tajlandja taħt il-proċedura doganali tal-ipproċessar attiv (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prodotti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali, ir-rata normali tad-dazji doganali li kienet tikkorrispondi għas-subintestatura tariffarja li fiha kienu ġew ikklassifikati dawn il-prodotti kienet ta’ 12.8 %. Madankollu, b’eċċezzjoni għal din ir-rata normali, sal-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>, l-idroliżati kienu jibbenefikaw minn miżura tariffarja preferenzjali b’tali mod li l-imsemmija rata normali għal dawn il-prodotti kienet imnaqqsa għal 8.9 % jekk kienu joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, bħalma hija t-Tajlandja, bis-saħħa tal-Artikolu 6(3) u tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-<DATE ISO="20080722">22 ta’ Lulju 2008</DATE> li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 211, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 512/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 145, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara l-ipproċessar, Exter iddeċidiet li ma tesportax mill-ġdid parti mill-prodotti inkwistjoni u li ttemm il-proċedura doganali tal-ipproċessar attiv. Hija ddikjarat dawn il-prodotti għar-rilaxx tagħhom għal ċirkolazzjoni libera, f’lottijiet, bejn l-4 ta’ Frar u s-<DATE ISO="20140826">26 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-dikjarazzjonijiet ikkonċernati, Exter indikat li l-prodotti inkwistjoni kienu jaqgħu taħt il-proċedura doganali tal-ipproċessar attiv b’applikazzjoni tas-sistema tas-sospensjoni, iddeskriviet dawn il-prodotti bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>idroliżati ta’ proteini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u indikat is-subintestatura tariffarja <FT TYPE="CN">21069092</FT> tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 282, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 290, p. 6</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="052" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 52, p. 32</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 226, p. 8</REF.DOC.OJ>), u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 304, p. 1</REF.DOC.OJ>). Barra minn hekk, Exter talbet lill-awtorità doganali kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>awtorità doganali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) sabiex tapplika r-rata preferenzjali ta’ 8.9 %, prevista mir-Regolament Nru 732/2008, għall-kalkolu tad-dejn doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-miżura tariffarja preferenzjali msemmija fil-punt 10 ta’ din is-sentenza ġiet sospiża għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> u l-<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>. Din is-sospensjoni, għalhekk, kienet fis-seħħ meta Exter iddikjarat il-prodotti inkwistjoni għar-rilaxx tagħhom għal ċirkolazzjoni libera. Minħabba din is-sospensjoni, l-awtorità doganali ma applikatx ir-rata preferenzjali ta’ 8.9 % iżda ffissat id-drittijiet doganali dovuti billi ħadet inkunsiderazzjoni r-rata ta’ 12.8 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) ġiet adita b’tilwima dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-awtorità doganali kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-miżura tariffarja preferenzjali fis-seħħ għas-snin 2012 u 2013 meta kkalkolat l-ammont tad-dejn doganali dovut<?PAGE NO="5"?> fir-rigward tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti inkwistjoni għas-sena 2014. L-istess qorti qieset li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tad-dejn doganali kellu jiġi kkalkolat, konformement mal-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali, fuq il-bażi tal-elementi ta’ tassazzjoni speċifiċi għall-merkanzija importata fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid ta’ din il-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv. L-imsemmija qorti rrilevat, b’mod partikolari, li kien paċifiku bejn il-partijiet li, fil-mument tat-tqegħid tal-prodotti inkwistjoni taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, Exter kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha sabiex tibbenefika mir-rata preferenzjali ta’ 8.9 % li kieku, f’dak il-mument, hija kienet iddikjarat dawn il-prodotti għar-rilaxx tagħhom għal ċirkolazzjoni libera u kienet talbet l-applikazzjoni tat-tariffa preferenzjali kkonċernata. Minn dan, il-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam) ikkonkludiet li, f’dan il-każ, l-awtorità doganali kienet obbligata tapplika r-rata preferenzjali ta’ 8.9 % meta kkalkolat id-dejn doganali li jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Adita b’appell mis-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tesponi, fid-deċiżjoni tar-rinviju, żewġ interpretazzjonijiet possibbli tat-termini tal-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega, l-ewwel, li l-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi d-dazji fuq l-importazzjoni u l-miżuri tariffarji preferenzjali msemmija fl-Artikolu 20(3) ta’ dan il-kodiċi. Skont din l-interpretazzjoni, l-ammont mitlub, kemm għall-merkanzija importata fl-istat li kienet kif ukoll għall-prodotti kumpensaturi, għandu jkun dak li kien ikun dovut li kieku l-merkanzija importata ma kinitx tqiegħdet taħt il-proċedura doganali tal-ipproċessar attiv b’applikazzjoni tas-sistema ta’ sospensjoni, iżda kienet irrilaxxata direttament għal ċirkolazzjoni libera. Dan jimplika, fil-kawża ineżami, li l-prodotti inkwistjoni għandhom ikunu suġġetti, b’applikazzjoni tal-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali, għad-dazji fuq l-importazzjoni bir-rati previsti fl-Artikolu 20(3)(ċ) tiegħu, li kienu normalment japplikaw għall-idroliżati fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ tqegħid ta’ din il-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, jiġifieri r-rata preferenzjali ta’ 8.9 %, u għalhekk Exter setgħet tibbenefika mill-applikazzjoni ta’ din ir-rata għas-sena 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tieni, il-qorti tar-rinviju tesponi l-interpretazzjoni fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Kodiċi Doganali, ma jkoprix ir-rati normali u preferenzjali. Hija tenfasizza li, minn tal-inqas fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazji, tat-taxxi u tal-impożizzjonijiet l-oħra legalment dovuti, issir distinzjoni terminoloġika bejn, minn naħa, ir-rati applikabbli fil-forma ta’ rata b’perċentwali jew ta’ dazji speċifiċi kif ukoll eventwali miżuri tariffarji (preferenzjali), u, min-naħa l-oħra, l-elementi ta’ tassazzjoni li għalihom għandhom japplikaw dawn ir-rati u miżuri tariffarji, bħalma huma l-valur, il-piż jew il-kwantità tal-merkanzija. Hija ssostni li din l-interpretazzjoni tosserva l-prinċipju li d-dazji doganali għandhom jiġu kkalkolati skont is-sitwazzjoni legali u fattwali li kienet teżisti fil-mument tat-tnissil tad-dejn doganali. Tali interpretazzjoni timplika, fil-kawża ineżami, li Exter ma setgħetx tibbenefika mill-applikazzjoni tal-miżura tariffarja preferenzjali għas-sena 2014 minħabba li, fil-mument li fih kellu jiġi kkalkolat id-dejn doganali, jiġifieri d-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, din il-miżura kienet sospiża u għalhekk ir-rata normali kienet applikabbli mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalkemm il-qorti tar-rinviju tippreferi t-tieni interpretazzjoni, hija tqis li madankollu jibqa’ dubju raġonevoli dwar il-korrettezza tal-analiżi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Artikolu 121(1) tal-[Kodiċi Doganali] jimplika li miżura tariffarja preferenzjali, li xi merkanziji setgħu jibbenefikaw minnha fil-mument tat-tqegħid taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul fil-forma tas-sistema ta’ sospensjoni, tkun għadha tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni fl-istadju<?PAGE NO="6"?> tad-determinazzjoni tal-ammont tad-dejn doganali li jirriżulta fil-mument tal-ħelsien għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanziji msemmija, fl-istat oriġinali jew ipproċessati, meta l-miżura tariffarja msemmija tkun sospiża fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħelsien għal ċirkolazzjoni libera?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ miżura tariffarja preferenzjali li timplika rata ta’ dazji doganali mnaqqsa, li kienet fis-seħħ fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, iżda li kienet sospiża fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx ta’ din il-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali, fil-kuntest tal-proċedura tal-ipproċessar attiv, meta jitnissel dejn doganali, l-ammont ta’ dan id-dejn għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-elementi ta’ tassazzjoni speċifiċi għall-merkanzija importata fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tqegħid ta’ din il-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dubju tal-qorti tar-rinviju huwa dwar jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll ir-rati normali u preferenzjali tad-dazji doganali jew fis-sens li huwa limitat għall-elementi ta’ tassazzjoni li għalihom kellhom jiġu applikati dawn ir-rati, bħalma huma l-klassifikazzjoni tariffarja, il-valur doganali, il-kwantità, in-natura jew l-oriġini tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu qabel kollox jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ma huwiex iddefinit mill-Kodiċi Doganali u li dan tal-aħħar ma fih ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni u kemm mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma jkun fiha ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u tal-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni. Għaldaqstant, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li jinsab fl-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali għandu, minn naħa, jitqies bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, għandu jiġi interpretat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni kkonċernata kif ukoll il-kuntest ta’ dan l-artikolu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>The Shirtmakers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑59/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:362">EU:C:2017:362</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan tal-proċedura tal-ipproċessar attiv, għandu jitfakkar li l-Artikolu 114(1) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi b’mod partikolari li din il-proċedura tippermetti l-użu fit-territorju doganali tal-Unjoni, sabiex tkun is-suġġett ta’ operazzjoni waħda jew iktar ta’ pproċessar, tal-merkanzija mhux Komunitarja intiża għall-esportazzjoni mill-ġdid barra mill-imsemmi territorju fil-forma ta’ prodotti kumpensaturi, mingħajr ma din il-merkanzija ma tkun suġġetta għad-dazji fuq l-importazzjoni jew għall-miżuri ta’ politika kummerċjali. Skont l-Artikolu 114(2)(a) ta’ dan il-kodiċi, din il-forma tal-proċedura tal-ipproċessar attiv hija msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>sistema ta’ sospensjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Skont l-Artikolu 114(2)(ċ) u (3) tal-imsemmi kodiċi, il-prodotti kumpensaturi huma l-prodotti kollha li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ pproċessar, bħalma huma t-twettiq ta’ xogħol fuq jew it-trasformazzjoni ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija f’forma ta’ prodotti kumpensaturi barra mit-territorju doganali tal-Unjoni hija kundizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura tal-ipproċessar attiv. Minn dan jirriżulta li din il-proċedura tal-aħħar tista’ tiġi applikata legalment biss jekk il-merkanzija tkun<?PAGE NO="7"?> verament intiża li tiġi esportata mill-ġdid barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, kif ifakkru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 537 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001 tal-<DATE ISO="20010504">4 ta’ Mejju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 11, p. 286), li jipprovdu li min jitlob li jibbenefika minn din il-proċedura għandu jkollu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>l-intenzjoni li jerġa’ jesporta<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> il-merkanzija inkwistjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pometon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑158/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:349">EU:C:2009:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-proċedura tal-ipproċessar attiv, proċedura li timplika s-sospensjoni tad-drittijiet doganali, hija miżura eċċezzjonali intiża li tiffaċilita t-twettiq ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Terex Equipment <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/08 u C‑431/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:15">EU:C:2010:15</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, mir-regoli kollha li jikkostitwixxu l-qafas legali tagħha jirriżulta li l-ipproċessar attiv għandu fil-fatt l-għan li jeżenta mid-dazji doganali lil dik il-merkanzija biss li tkun iddaħħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni b’mod temporanju biss, sabiex tkun is-suġġett ta’ xogħol, ta’ tiswija jew ta’ pproċessar u li mbagħad tkun esportata mill-ġdid, b’tali mod li b’hekk jiġi evitat li tiġi ppenalizzata l-attività ekonomika tal-Istati Membri tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pometon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑158/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:349">EU:C:2009:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’dan premess, mill-Artikolu 120 tal-Kodiċi Doganali jirriżulta li l-merkanzija fi stat mhux mibdul jew il-prodotti kumpensaturi jistgħu jiġu rrilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, li jagħti lok għat-tnissil ta’ dejn doganali, konformement mal-Artikolu 121 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li miżuri tariffarji preferenzjali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jagħmlu parti minn skema ta’ preferenzi tariffarji ġġeneralizzati ddeterminata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ regolament intiż li japplika għal perijodu partikolari. Issa, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni Ewropea, li kieku l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li jinsab fl-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali, kien jinkludi r-rata ta’ dazji doganali applikabbli, operatur ekonomiku kien ikun jista’ jagħżel li jqiegħed il-merkanzija għal żmien itwal taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, sabiex jirrilaxxaha għal ċirkolazzjoni libera biss wara li r-rata preferenzjali tkun ġiet sospiża jew imneħħija, u, b’hekk, din il-merkanzija tkun is-suġġett ta’ rata ta’ dazji doganali mnaqqsa, filwaqt li l-istess prodott importat minn operatur ieħor fil-mument ta’ dan ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jkun suġġett għal rata normali. Il-possibbiltà li tinħoloq tali distorsjoni tal-kompetizzjoni tmur kontra l-għan tal-proċedura tal-ipproċessar attiv, kif imfakkar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali, din id-dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-Artikolu 121(2) ta’ dan il-kodiċi. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprevedi li, meta l-merkanzija importata kienet tissodisfa, fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ tqegħid ta’ din il-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika minn trattament tariffarju preferenzjali fil-kuntest ta’ kwoti tariffarji jew ta’ limiti tariffarji, l-imsemmija merkanzija tista’ tibbenefika mit-trattament tariffarju preferenzjali eventwalment previst għal merkanzija identika fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 121(2) tal-Kodiċi Doganali jkun superfluwu jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jinsab fl-Artikolu 121(1) ta’ dan il-kodiċi, jiġi interpretat fis-sens li jinkludi r-rati normali u preferenzjali tad-dazji doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-kunċett ma għandux jiġi interpretat fis-sens li jinkludi r-rati normali u preferenzjali tad-dazji doganali iżda fis-sens li jinkludi biss l-elementi li għalihom japplikaw tali rati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kif issostni ġustament il-qorti tar-rinviju, din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>elementi ta’ tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> hija konsistenti mal-prinċipju li d-dazji doganali għandhom jiġu kkalkolati skont is-sitwazzjoni prevalenti fil-mument tat-tnissil tad-dejn doganali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat is-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ miżura tariffarja preferenzjali li timplika rata ta’ dazji doganali mnaqqsa, li kienet fis-seħħ fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, iżda li kienet sospiża fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx ta’ din il-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 121(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat is-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ miżura tariffarja preferenzjali li timplika rata ta’ dazji doganali mnaqqsa, li kienet fis-seħħ fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv, iżda li kienet sospiża fid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx ta’ din il-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>