|
2.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 201/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Lulju 2007
dwar il-ħatra ta’ membru Daniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2007/545/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/703/KE, Euratom tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Daniżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) għall-perijodu bejn il-21 ta’ Settembru 2006 l-20 ta’ Settembru 2010,
Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Daniż,
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi siġġu ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tbattal wara r-riżenja tas-Sur Henrik FALLESEN,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjura Sinne ALSING CONAN hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Henrik FALLESEN għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO