23.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 81/2008

ta' l-4 ta' Lulju 2008

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IX għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR), (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew tat-Titoli, (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew għall-Viġilanza Bankarja, (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Viġilanza għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/7/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2001/527/KE li tistabbilixxi Il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/8/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2001/528/KE li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew tat-Titoli, (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Bankarju Ewropew, (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Biex il-Ftehim jiffunzjona sewwa, il-Protokoll 37 għall-Ftehim għandu jiġi estiż biex jinkludi lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni 2001/527/KE, il-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni 2001/528/KE, il-Kumitat Ewropew għall-Viġilanza Bankarja stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/5/KE, il-Kumitat Ewropew ta’ Viġilanza għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/6/KE, il-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/9/KE u l-Kumitat Bankarju Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/10/KE, u l-Anness IX għandu jiġi emendat sabiex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dawn il-Kumitati,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punti 31bb (id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31c (id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31d (id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid u jiġu jaqraw hekk: il-punti 31d, 31e u 31ea.

(2)

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 31bac (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006):

“(iv).   Kwistjonijiet oħrajn

31c.

32001 D 0527: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 43), kif emendata bi:

—

32004 D 0007: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/7/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (ĠU L 3, tas-7.1.2004, p. 32).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista', skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE, jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.

31ca.

32001 D 0528: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew tat-Titoli (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45), kif emendata bi:

—

32004 D 0008: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/8/KE tal-5 ta' Novembru 2003 (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 33).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista’, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE, jaħtar persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

Il-Kummissjoni tal-KE għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Kumitat u tittrażmettilhom id-dokumentazzjoni rilevanti.”

(3)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 23d (ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“23e.

32004 D 0005: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew għall-Viġilanza Bankarja (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 28).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista’, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE, jaħtar persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Ewropew għall-Viġilanza Bankarja.”

(4)

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 13b (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“13c.

32004 D 0006: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Viġilanza għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 30).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista’, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE, jaħtar persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Ewropew ta’ Viġilanza għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

13d.

32004 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista’, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE, jaħtar persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

Il-Kummissjoni tal-KE għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Kumitat u tittrażmettilhom id-dokumentazzjoni rilevanti.”

(5)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16c (id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“16d.

32004 D 0010: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat Bankarju Ewropew (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati EFTA skond l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

Kull Stat EFTA jista’, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE, jaħtar persuni biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Bankarju Ewropew.

Il-Kummissjoni tal-KE għandha, fiż-żmien dovut, tgħarraf lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Kumitat u tittrażmettilhom id-dokumentazzjoni rilevanti.”

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim:

“21.

Il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE).

22.

Il-Kumitat Ewropew tat-Titoli (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE).

23.

Il-Kumitat Ewropew għall-Viġilanza Bankarja (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE).

24.

Il-Kumitat Ewropew ta’ Viġilanza għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE).

25.

Il-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE).

26.

Il-Kumitat Bankarju Ewropew (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE).”

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/527/EC, 2001/528/EC, 2004/5/EC, 2004/6/EC, 2004/7/EC, 2004/8/EC, 2004/9/EC u 2004/10/EC fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 257, 25.9.2008, p. 29.

(2)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 70.

(3)   ĠU L 191, 13.7.2001, p. 43.

(4)   ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.

(5)   ĠU L 3, 7.1.2004, p. 28.

(6)   ĠU L 3, 7.1.2004, p. 30.

(7)   ĠU L 3, 7.1.2004, p. 32.

(8)   ĠU L 3, 7.1.2004, p. 33.

(9)   ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34.

(10)   ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma ġie indikat.