European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3745

10.7.2026

Aġġornament tal-lista ta’ permessi tar-residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(C/2026/3745)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali, fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni jkun hemm aġġornament regolari.

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI

SPANJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil- ĠU C, C/2025/1859, 25.3.2025

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi:

—

Permiso de residencia expedido a nacionales de terceros países (Permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi)

—

Kards maħruġa mid-19 ta’ Mejju 2020 skont ir-Regolament (UE) 2017/1954. Il-kards eżistenti se jkunu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

—

Permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju (persuni affettwati mill-kunflitt fl-Ukrajna).

N.B.:

Il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 (il-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja affettwati mill-kunflitt fl-Ukrajna) ġew imġedda bl-Ordni INT/96/2026 u jkomplu jkunu validi sal-4 ta’ Marzu 2027 mingħajr il-ħtieġa ta’ karta tal-permess ta’ residenza ġdida.

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza:

—

Tarjeta de extranjeros “régimen comunitario” (karta tal-iskema tal-KE għal ċittadini barranin (maħruġa lil qraba ta’ ċittadini tal-UE)

—

Il-kards maħruġa mis-17 ta’ Mejju 2010 sal-2020 se jkunu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom b’validità massima ta’ 10 snin.

—

Kards maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2017/1954 mid-19 ta’ Mejju 2020.

—

Tarjeta de extranjeros “estudiante” (Kard tal-istudenti għal ċittadini barranin)

—

Kards maħruġa mis-17 ta’ Mejju 2010 sal-2020. Il-kards eżistenti se jkunu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

—

Kards maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2017/1954 mid-19 ta’ Mejju 2020.

—

Lista ta’ persuni li jipparteċipaw f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.

—

Id-detenturi tal-karti ta’ akkreditazzjoni li ġejjin maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni jistgħu jidħlu mingħajr viżi: (ara l-Anness 20).

3.   Permessi ta’ residenza maħruġin f’Ġibiltà (skont u għall-iskopijiet uniċi previsti fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ġibiltà):

—

Karta Ħamra (Karta tal-Identità Ħamra).

Maħruġa, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ Ġibiltà, lil persuni meqjusa minnhom bħala li għandhom dritt ta’ residenza permanenti u mingħajr kundizzjonijiet f’Ġibiltà.

—

Karta Blu (Karta ta’ Reġistrazzjoni Ċivili Blu).

Maħruġa, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ Ġibiltà, lil ċittadini tal-UE, taż-ŻEE u tal-Iżvizzera li jirrisjedu f’Ġibiltà skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jagħti residenza u aċċess għall-impjieg.

—

Karta Maġenta/Vjola.

Maħruġa, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ Ġibiltà, lil ċittadini tar-Renju Unit li bdew jirrisjedu f’Ġibiltà wara l-31 ta’ Diċembru 2020, soġġett għall-kundizzjonijiet ta’ residenza applikabbli.

—

Karta Ħadra (Karta ta’ Reġistrazzjoni Ċivili Ħadra).

Maħruġa, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta’ Ġibiltà, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti f’Ġibiltà, soġġetti għall-awtorizzazzjonijiet ta’ residenza jew ta’ xogħol rilevanti.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

ĠU C 77, 5.4.2007, p.11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 1.

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

ĠU C 298, 8.12.2009, p.15.

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 7.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5.

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.

ĠU C 144, 25.4.2018, p. 8.

ĠU C 173, 22.5.2018, p. 6.

ĠU C 222, 26.6.2018, p. 12.

ĠU C 248, 16.7.2018, p. 4.

ĠU C 269, 31.7.2018, p. 27.

ĠU C 345, 27.9.2018. p. 5.

ĠU C 27, 22.01.2019. p. 8.

ĠU C 31, 25.1.2019, p 5.

ĠU C 34, 28.1.2019, p. 4.

ĠU C 46, 5.2.2019, p. 5.

ĠU C 330, 6.10.2020, p 5.

ĠU C 126, 12.4.2021, p. 1.

ĠU C 140, 21.4.2021, p. 2.

ĠU C 150, 28.4.2021, p. 5.

ĠU C 365, 10.9.2021, p. 3.

ĠU C 491, 7.12.2021, p. 5.

ĠU C 509, 17.12.2021, p. 10.

ĠU C 63, 7.2.2022, p. 6.

ĠU C 272, 15.7.2022, p. 4.

ĠU C 304, 9.8.2022, p 5.

ĠU C 393, 13.10.2022, p. 10.

ĠU C 72, 28.2.2023, p. 44.

ĠU C 274, 3.8.2023, p. 6.

ĠU C, C/2023/260, 19.10.2023.

ĠU C, C/2023/1408, 5.12.2023.

ĠU C, C/2023/1609, 22.12.2023.

ĠU C, C/2024/1212, 31.1.2024.

ĠU C, C/2024/1950, 6.3.2024.

ĠU C, C/2024/4488, 11.7.2024.

ĠU C, C/2024/5580, 19.9.2024.

ĠU C, C/2024/7513, 19.12.2024.

ĠU C, C/2024/7514, 19.12.2024.

ĠU C, C/2025/995, 11.2.2025.

ĠU C, C/2025/1504, 5.3.2025.

ĠU C, C/2025/1859, 25.3.2025.

ĠU C, C/2025/2330, 25.4.2025.

ĠU C, C/2025/3595, 1.7.2025.

ĠU C, C/2025/4339, 1.8.2025.

ĠU C, C/2025/5109, 18.9.2025.

ĠU C, C/2025/5255, 29.9.2025.

ĠU C, C/2025/6217, 17.11.2025.

ĠU C, C/2025/6765, 23.12.2025.

ĠU C, C/2026/1154, 24.2.2026.

ĠU C, C/2026/3116, 11.6.2026.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)   ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3745/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)