European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2558

16.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2558

tas-16 ta’ Novembru 2026

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta' Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Ottubru 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/2642.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta' Ottubru 2026, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-imġiba li qed teskala u li hija dejjem aktar imprudenti tar-Russja, u afferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu għas-sigurtà tal-Istati Membri kollha. Il-Kunsill iddikjara li l-azzjonijiet tar-Russja mhux ser jibqgħu mingħajr risposta.

(3)

L-Unjoni tibqa' soda fil-kundanna tagħha tal-attivitajiet malinni tar-Russja diretti kontra l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 30 persuna fiżika u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/2642.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/2642 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/2642 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/2642 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

“82.

Andrey Naumovich PERLA

(bir-Russu: Андрей Наумович ПЕРЛА)

Pożizzjoni: ideologu u analista ewlieni fis-Social Design Agency

Data tat-twelid: 31.12.1973

Post tat-twelid: Samara,

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 4619662902 (maħruġ fit-23.4.2021)

INN: 631605846798

Vkontakte: aperla

Andrey Perla huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala ideologu u analista ewlieni huwa responsabbli għall-iżvilupp ta' linji ideoloġiċi u narrattivi u għall-kitba ta' testi. Huwa jikkontribwixxi fl-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u biex jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Barra minn hekk, kien involut f'attivitajiet ta' diżinformazzjoni mmirati lejn l-Armenja.

Għalhekk, Andrey Perla qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiżi terzi billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

83.

Alexey Vitalyevich ULYANOV

(bir-Russu: Алексей Витальевич УЛЬЯНОВ)

Pożizzjoni: Konsulent Politiku, Kap tal-Media fis-Social Design Agency

Data tat-twelid: 28.10.1974

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

VKontakte: ulf.vest

Alexey Ulyanov huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Konsulent Politiku u Kap tal-Media, huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Alexey Ulyanov qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew f’diversi Stati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

84.

Viktor Nikolaevich OSTRESHKO

(bir-Russu: Виктор Николаевич ОСТРЕШКО)

Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kontenut, Analista fis-Social Design Agency

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

INN: 632115630840

VKontakte: viktor33

Viktor Ostreshko huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Kontenut, huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Viktor Ostreshko qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

85.

Anastasia Olegovna KAZAKOVA

(bir-Russu: Анастасия Олеговна КАЗАКОВА)

Pożizzjoni: Kap tas-Social Media Management Department fis-Social Design Agency, Editur f'‘Ves’ (‘Весь’) Publishing House

Data tat-twelid: 10.1.1995

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Anastasia Kazakova hija impjegata tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tagħha bħala Kap tas-Social Media Management Department, hija tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija ilha taħdem fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Anastasia Kazakova qed tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

86.

Vladimir Igorevich GOLOVASHIN

(bir-Russu: Владимир Игоревич ГОЛОВАШИН)

Pożizzjoni: kittieb fis-Social Design Agency

Data tat-twelid: 16.11.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vkontakte: golovashin

Vladimir Golovashin huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kittieb, huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Vladimir Golovashin qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

87.

Alexander Pavlovich KOCHETOV

(bir-Russu: Александр Павлович КОЧЕТОВ)

Pożizzjoni: kittieb fis-Social Design Agency

Data tat-twelid: 19.11.1983

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

VKontakte: lex191

Alexander Kochetov jaħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kittieb, huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Alexander Kochetov huwa qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

88.

Sergey Vyacheslavovich TATTI

(bir-Russu: Сергей Вячеславович ТАТТИ)

Pożizzjoni: Editur tal-‘Pulse’ System fis-Social Design Agency, Direttur ta' Tver City Youth Center

Data tat-twelid: 22.6.1989

Post tat-twelid: Tver, eks Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

VK: https://vk.com/id11406115

Sergey Tatti huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tiegħu bħala editur tal-‘Pulse’ System, huwa jikkontribwixxi għal attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes, kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Sergey Tatti huwa qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

89.

Elena GRIGOREVA

(bir-Russu: Елена Григорьева)

Pożizzjoni: Operatur ta' kontra l-monitoraġġ fis-Social Design Agency

Sess: mara

Nazzjonalità: Russa

Vkontakte: Welchomehere

Elena Grigoreva hija impjegata tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tagħha bħala operatur ta' kontra l-monitoraġġ fl-SDA, hija tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija qed taħdem, jew ilha taħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz tal-propaganda u l-manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Elena Grigoreva qed tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

90.

Olga Alexandrovich / Alexandrovna POLOSINA

(bir-Russu: Ольга / Александрович Александровнa ПОЛОСИНА)

Pożizzjoni: monitor fis-Social Design Agency

Sess: mara

Nazzjonalità: Russa

VKontakte: happyalways.olapolosina

Olga Polosina taħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tagħha bħala monitor fl-SDA, hija tikkontribwixxi fl-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija qed taħdem, jew ilha taħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni.

Għalhekk, Olga Polosina hija qed tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

91.

Viktoria Igorevna GORDEEVA

(bir-Russu: Виктория Игоревна ГОРДЕЕВА)

Pożizzjoni: monitor fis-Social Design Agency

Sess: mara

Nazzjonalità: Russa

Viktoriya Gordeeva taħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tagħha bħala monitor, hija tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija qed taħdem, jew ilha taħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni.

Għalhekk, Viktoriya Gordeeva qed tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

92.

Andrey Petrovich MANZOLEVSKIY

(bir-Russu: Андрей Петрович МАНЗОЛЕВСКИЙ)

Pożizzjoni: Maniġer tal-proġetti fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Identifikatur tal-utent ‘ManzaL’ fuq diversi pjattaformi tal-media soċjali

Andrey Manzolevskiy huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-pożizzjoni tiegħu bħala maniġer tal-proġetti u mexxej tal-grupp, huwa jikkontribwixxi fl-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, u fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Andrey Manzolevskiy qed jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f’azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

93.

Mikhail Alexandrovich BARAEV

(bir-Russu: Михаил Александрович БАРАЕВ)

Pożizzjoni: Kap tad-Dipartiment, analista tad-Disinn fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Michail Baraev huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap tad-Dipartiment tad-Disinn u analista huwa responsabbli għall-ġestjoni tad-disinjaturi, it-tqassim, id-disinn, l-analitika, il-bażijiet tad-data u d-dashboards. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Michail Baraev jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

94.

Aleksei Vladimirovich MEDVEDEV

(bir-Russu: Алексей Владимирович МЕДВЕДЕВ)

Pożizzjoni: Analista Ewlieni, Ideologu fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Aleksei Medvedev huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala Analist Ewlieni u Ideologu huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-operaturi tal-ġbir ta' tabelli, l-iżvilupp ta' linji ideoloġiċi u narrattivi, l-analitika u l-kitba ta' testi. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz. u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Aleksei Medvedev jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

95.

Yan Gennadyevich NALIMOV

(bir-Russu: Ян Геннадьевич НАЛИМОВ)

Pożizzjoni: Editur, Kittieb fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Yan Nalimov huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala editur u kittieb huwa responsabbli għall-editjar u l-kitba ta' testi, u għall-mili ta’ tabelli analitiċi. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Yan Nalimov jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

96.

Evgenia VIRACHEVA

(bir-Russu: Евгения ВИРАЧЕВА)

Pożizzjoni: Editur u kittieb fis-Social Design Agency

Sess: mara

Nazzjonalità: Russa

Evgenia Viracheva hija impjegata tas-Social Design Agency. Fil-kapaċità tagħha bħala editur u kittieb hija responsabbli għall-kitba ta' testi u l-mili ta’ tabelli analitiċi. Hija tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija qed taħdem, jew ilha taħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Evgenia Viracheva tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

97.

Gulnara Vilsurovna ANDROSOVA

(bir-Russu: Гульнара Вилсуровна АНДРОСОВА)

Pożizzjoni: kittieb fis-Social Design Agency

Sess: mara

Nazzjonalità: Russa

Gulnara Androsova taħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tagħha bħala kittieb, hija responsabbli għall-kitba ta' testi u l-mili ta’ tabelli analitiċi. Hija tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat, li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija qed taħdem, jew ilha taħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Gulnara Androsova tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

98.

Igor Vladimiroch BOGATYREV

(bir-Russu: Игорь Владимироч БОГАТЫРЕВ)

Pożizzjoni: kittieb fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Igor Bogatyrev jaħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala kittieb huwa responsabbli għall-kitba ta' testi u l-mili ta’ tabelli analitiċi. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Igor Bogatyrev jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

99.

Vladimir Viktorovich KREMLEV

(bir-Russu: Владимир Викторович КРЕМЛЕВ)

Pożizzjoni: Karikaturista u artist fis-Social Design Agency

Data tat-twelid: 16.3.1964

Post tat-twelid: Tver, eks Russian SSR (issa Russian Federation)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Vladimir Kremlev jaħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala karikaturista u artist huwa responsabbli għall-ħolqien ta' karikaturi u arti oħra. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Vladimir Kremlev jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

100.

Sergey Nikolaevich KORSUN

(bir-Russu: Сергей Николаевич КОРСУН)

Pożizzjoni: Karikaturista u artist fis-Social Design Agency

Data tat-twelid: 2.8.1968

Post tat-twelid: Pavlodar, eks Kazakh SSR (issa Kazakhstan)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Sergey Korsun jaħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala karikaturista u artist huwa responsabbli għall-ħolqien ta' karikatura u arti oħra. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Sergey Korsun jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

101.

Armen Genrikhovich ASRYAN

(bir-Russu: Армен Генрихович АСРЯН)

Pożizzjoni: Kittieb fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Armen Asryan huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala kittieb, huwa responsabbli għall-kitba ta' testi u l-mili ta’ tabelli analitiċi. Huwa jikkontribwixxi fl-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Sergey Korsun jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

102.

Ilya Vladimirovich LIPKIND

(bir-Russu: Илья Владимирович ЛИПКИНД)

Pożizzjoni: Kittieb u Analista fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Ilya Lipkind jaħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala kittieb u analista huwa responsabbli għall-kitba ta' testi u artikli qosra, għall-analitika u għall-mili ta' tabelli analitiċi. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Ilya Lipkind jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

103.

Vladimir Aleksandrovich TROSHIN

(bir-Russu: Владимир Александрович ТРОШИН)

Pożizzjoni: Amministratur tas-Sistema fil-Manzoleskiy Department fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Vladimir Troshin huwa impjegat tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala amministratur tas-sistema, huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Vladimir Troshin jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

104.

Aleksei Andreevich KLIMOVSKIY

(bir-Russu: Алексей Андреевич КЛИМОВСКИЙ)

Pożizzjoni: Kittieb fis-Social Design Agency

Sess: raġel

Nazzjonalità: Russa

Aleksei Klimovskiy jaħdem għas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tiegħu bħala kittieb, huwa responsabbli għall-mili ta’ tabelli analitiċi. Huwa jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u jipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Huwa qed jaħdem, jew ilu jaħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Aleksei Klimovskiy jappoġġa, jiffaċilita u huwa involut f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Huwa assoċjat ukoll mal-SDA.

16.11.2026

105.

Alina Maratovna GABDULLINA

(bir-Russu: Алина Маратовна ГАБУЛЛИНА)

Pożizzjoni: Kap tat-tim fil-Manzoleskiy Department fis-Social Design Agency

Sess: mara

Nazzjonalità: Russa

Alina Gabdullina hija impjegata tas-Social Design Agency (SDA). Fil-kapaċità tagħha bħala kap tat-tim hija responsabbli għall-Manzolevskiy Department. Hija tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni tal-SDA u tipparteċipa fihom. L-SDA hija entità ffinanzjata mill-Istat li tmexxi kampanji sistematiċi li jimmanipulaw il-media, ixerrdu propaganda favur ir-Russja, joperaw pjattaformi ta' aħbarijiet foloz u jiffabbrikaw kontenut, li kollha huma mfassla biex iqarrqu bil-qarrejja u jippolarizzaw id-dibattitu pubbliku fl-Unjoni, fl-Istati Membri tagħha u fi stati terzi.

Hija qed taħdem, jew ilha taħdem, fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ewropea, li ħolqot testi, memes u kummenti foloz, u użat għodod oħra biex toħnoq u tippolarizza l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni, kif ukoll fuq l-hekk imsejħa kontrokampanja Ukrena, li ilha ssaħħaħ in-narrattiva tal-gwerra tar-Russja permezz ta' propaganda u manipulazzjoni online dwar il-front Ukren.

Għalhekk, Alina Gabdullina tappoġġa, tiffaċilita u hija involuta f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew f'diversi mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

Hija assoċjata wkoll mal-SDA.

16.11.2026

106.

Chay BOWES

Pożizzjoni: korrispondent ma' Russia Today, kofundatur ta' The Islander News

Data tat-twelid: 1.5.1971

Nazzjonalità: Irlandiża

Sess: raġel

Chay Bowes huwa ċittadin Irlandiż li jaħdem bħala korrispondent mal-istazzjon ta' influwenza tranżnazzjonali Russu RT International. Huwa ilu l-preżentatur ta' programm ta' RT TV bl-isem ‘Moscow Mules’ minn Frar 2024. Huwa waqqaf b'mod konġunt network ta' diżinformazzjoni favur ir-Russja bl-isem ta' The Islander News. Bowes huwa involut f'bosta operazzjonijiet ta' informazzjoni mmexxija mill-Foundation to Battle Injustice (R-FBI), li nħolqot mill-Wagner Group u li hija elenkata mill-Unjoni f'Lulju 2025, u huwa involut ukoll fl-amplifikazzjoni regolari tal-kontenut prodott mir-Russian Information Manipulation Set (IMS) Storm-1516. Fuq stedina tar-rappreżentanza Russa tan-NU, huwa pparteċipa fit-tixrid ta' diżinformazzjoni kontra l-Punent u kontra l-Ukrajna fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Għalhekk, huwa qed jimplimenta, jappoġġa u jiffaċilita azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, f'organizzazzjoni internazzjonali u f’pajjiżi terzi, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza koordinati.

16.11.2026

107.

Aleksey Stefanov

(bir-Russu: Алексей СТЕФАНОВ)

Pożizzjoni: ġurnalista fi ‘Sputnik Latvia’, ‘Russian Today’ u ‘Rossiya Segodnya’, operatur u koordinatur tal-istazzjonijiet ‘Shproty v izgnanii’ ‘S baltijskim privetom’

Data tat-twelid: 3.6.1973

Post tat-twelid: Riga, eks Latvian SSR (Issa Latvia)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Aleksey Stefanov huwa propagandist u operatur tal-media Russu li jappoġġa u jippromwovi l-politiki u n-narrattivi tal-gvern Russu rigward il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Bħala ġurnalist ta' Sputnik u Rossiya Segodnya, huwa rrapporta minn territorji tal-Ukrajna okkupati mir-Russja, iġġustifika l-invażjoni tar-Russja, xerred propaganda kontra l-Ukrajna, u pinġa l-gwerra bħala ġlieda kontra n-‘Naziżmu’.

Aleksey Stefanov jopera u jikkoordina pjattaformi tal-media u kanali tal-media soċjali mmirati lejn udjenzi fl-Istati Baltiċi, fejn ixerred narrattivi favur il-Kremlin, inkluż il-promozzjoni ta' individwi mħarrka għal attivitajiet favur ir-Russja bħala vittmi ta' repressjoni politika.

Rapporti investigattivi jindikaw li ilu jirċievi finanzjament mill-Pravfond, strument ewlieni tal-istrateġija ta' influwenza barranija u propaganda tal-Federazzjoni Russa, li twaqqfet u li hija ffinanzjata mill-Istat Russu, biex jinbena network ta' kanali Telegram favur il-Kremlin fl-Istati Baltiċi.

Għalhekk, Alexey Stefanov qed jappoġġa, jimplimenta u huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza ta’ stat terz, permezz tal-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment fi, direttament jew indirettament, l-appoġġ, jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor, tal-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza u permezz tal-istigazzjoni, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor ta’ kunflitt vjolenti f’pajjiż terz (l-Ukrajna).

16.11.2026

108.

Vitaliy Borisovich ELISEEV

(bir-Russu: Виталий Борисович ЕЛИСЕЕВ)

Pożizzjoni: preżentatur tal-programm ta' kuljum ‘Vremya’, fuq l-istazzjon Russu Channel One

Data tat-twelid: 30.9.1970

Post tat-twelid: Moscow, eks Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vitaliy Eliseev huwa preżentatur tat-televiżjoni tal-istat Russu u ġurnalist li għandu rwol ċentrali fit-tixrid ta' narrattivi favur il-Kremlin permezz ta' Channel One, li jinkludi l-kopertura tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Eliseev jippromwovi b'mod konsistenti messaġġi li jiġġustifikaw l-azzjonijiet militari tar-Russja, u jpinġihom bħala meħtieġa, skont il-liġi u difensivi, filwaqt li jippreżenta lill-Ukrajna bħala l-aggressur. Ix-xandiriet tiegħu jirrepetu narrattivi ewlenin tal-Kremlin bħad-‘denażifikazzjoni’, allegati attakki Ukreni fuq persuni ċivili, u allegazzjonijiet ta' ostilità tal-Punent lejn ir-Russja. Huwa jamplifika wkoll temi ta' diżinformazzjoni, inkluż akkużi ta' taparsi provokazzjonijiet mill-Ukrajna u narrattivi dwar ir-reżistenza għall-mobilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, Eliseev jigglorifika l-azzjonijiet u l-persunal tal-militar tar-Russja, jenfasizza s-suċċessi tar-Russja fil-kamp tal-battalja, u jippreżenta lill-forzi Russi bħala li qed jilliberaw it-territorji. Ir-rappurtar tiegħu jiddeleġittimizza l-gvern u l-militar tal-Ukrajna, filwaqt li jsaħħaħ l-appoġġ domestiku għall-gwerra u jiskoraġġixxi d-dissens.

Għalhekk, Vitaliy Eliseev huwa responsabbli għall-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu u jheddu s-sovranità, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna, kif ukoll għall-parteċipazzjoni fil-manipulazzjoni koordinata tal-informazzjoni u t-tixrid ta' narrattivi li jilleġittimizzaw u jsostnu l-gwerra li għaddejja.

16.11.2026

109.

Yurii Ivanovich PODOLIAKA

(bir-Russu: Юрий Иванович ПОДОЛЯКА)

Pożizzjoni: blogger militari

Data tat-twelid: 21.2.1975

Post tat-twelid: Sumy, eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yurii Podoliaka huwa blogger imwieled fl-Ukrajna, kummentatur militari, u figura prominenti tal-media favur il-Kremlin li jappoġġa u jippromwovi narrattivi Russi rigward il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Permezz tal-pjattaformi tal-media u d-dehriet pubbliċi tiegħu, huwa ġġustifika l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, xerred id-diżinformazzjoni, u sostna li l-Ukrajna tista' ma tibqax teżisti bħala stat sovran. Podoliaka jżomm rabtiet mill-qrib mal-ambjent tal-informazzjoni tal-Istat Russu, u rċieva rikonoxximent mill-Istat, iltaqa' mal-President Vladimir Putin, u deher regolarment fuq it-televiżjoni Russa. Barra minn hekk, huwa appoġġa b'mod attiv l-isforz tal-gwerra tar-Russja billi organizza kampanji ta' ġbir ta' fondi li ġabru aktar minn biljun rublu għall-gwerra elettronika u tagħmir kontra d-droni għall-forzi Russi li qed jiġġieldu fl-Ukrajna.

Għalhekk, Yurii Podoliaka huwa responsabbli għall-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu u jheddu s-sovranità, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Ukrajna, kif ukoll għall-parteċipazzjoni f'manipulazzjoni koordinata tal-informazzjoni u t-tixrid ta' narrattivi li jilleġittimizzaw u jsostnu l-gwerra li għaddejja.

16.11.2026

110.

Daniil Viktorovich BEZSONOV

(bir-Russu: Даниил Викторович БЕЗСОНОВ)

Kummentatur militari, blogger favur il-gwerra tar-Russja, awtur tal-kanal Telegram ‘Unofficial Bezsonov’, preżentatur tal-programm ta' Radio Russia ‘Unofficially About the Main Events of the week with Daniil Bezsonov’

Data tat-twelid: 1.3.1984

Post tat-twelid: Boryspil, eks Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Daniil Viktorovich Bezsonov huwa eks uffiċjal għoli tal-hekk imsejħa Donetsk People's Republic (DPR), kummentatur militari, blogger, u personalità tal-media li jappoġġa u jippromwovi narrattivi Russi rigward il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Permezz tad-dehriet tiegħu fuq il-media tal-istat Russu, il-kanal Telegram tiegħu ‘Unofficial Bezsonov’, u pjattaformi pubbliċi oħra, huwa ġġustifika l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, xerred diżinformazzjoni favur il-Kremlin, u pinġa l-invażjoni Russa tal-Ukrajna bħala waħda meħtieġa u leġittima.

Daniil Viktorovich Bezsonov ripetutament ċaħad is-sovranità tal-Ukrajna, ippromwova narrattivi li jiddeskrivu lill-Ukreni u lir-Russi bħala ‘poplu wieħed’, iddefenda l-azzjonijiet militari tar-Russja, ċaħad ir-responsabbiltà Russa għal atroċitajiet bħall-massakru ta' Bucha, u ppromwova b'mod miftuħ il-gwerra tal-informazzjoni u dik psikoloġika b'appoġġ għall-objettivi tar-Russja fil-gwerra.

Huwa appoġġa wkoll pubblikament l-isforz militari tar-Russja u ppromwova inizjattivi maħsuba biex isaħħu l-kapaċitajiet ta' difiża tar-Russja u l-appoġġ pubbliku għall-gwerra.

Għalhekk, Daniil Bezsonov qed jappoġġa, jimplimenta u huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu u jheddu s-sovranità u l-indipendenza ta’ stat terz (l-Ukrajna), permezz tal-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment fi, direttament jew indirettament, l-appoġġ, jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor, tal-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza u permezz tal-istigazzjoni, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor ta’ kunflitt vjolenti f’pajjiż terz (l-Ukrajna).

16.11.2026

111.

Petr Valentinovich MARCHENKO

(bir-Russu: Петр Валентинович МАРЧЕНКО)

Pożizzjoni: Ġurnalist, preżentatur tar-radju u t-televiżjoni, preżentatur tal-programm ta' kull ġimgħa ‘Final Program’ fuq REN TV

Data tat-twelid: 23.12.1969

Post tat-twelid: Moscow, eks Russian SSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Petr Marchenko huwa ġurnalist tat-televiżjoni Russa u preżentatur ta’ programmi tal-aħbarijiet u programmi analitiċi ewlenin ta' REN TV. Permezz tax-xandiriet u l-kummentarju pubbliku tiegħu, Marchenko ppromwova u ġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, irrepeta narrattivi tal-Kremlin rigward l-hekk imsejħa ‘liberazzjoni’ tat-territorji Ukreni okkupati, u ppreżenta l-aggressjoni militari Russa bħala waħda meħtieġa għas-sigurtà tar-Russja. Ippromwova wkoll narrattivi li jippreżentaw il-Punent u l-Ukrajna bħala responsabbli għall-kontinwazzjoni u l-eskalazzjoni tal-gwerra.

Għalhekk, Petr Marchenko huwa responsabbli għall-appoġġ u t-tixrid ta' azzjonijiet u politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu s-sovranità, l-indipendenza, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna, u għall-kontribut għall-attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u propaganda li jiġġustifikaw u jsostnu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

16.11.2026”;

(2)

l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

“21.

Social Design Agency LLC

magħrufa ukoll bħala SDA

magħrufa ukoll bħala Social Design Agency

(bir-Russu: ООО Агентство социального проектирования;

Trażliterazzjoni: OOO Agentstvo Sotsialnogo Proektirovania)

Numru tar-reġistrazzjoni: 7728390408

Data tar-reġistrazzjoni: 5.12.2017

Indirizz: Prospekt Novoyasenevskii, D.23, K.1, Moscow, 117463, Russia

Bol'shaya Nikiskaya Ulitsa, 12cl Moscow 125009, Russia

Social Design Agency LLC, magħrufa wkoll bħala Agentstvo Sozialnogo Proektirovania (ASP), (minn hawn ‘il quddiem SDA) hija kumpanija tar-relazzjonijiet pubbliċi u t-teknoloġija politika bbażata f'Moska li twettaq proġetti ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza fuq skala kbira ffinanzjati, immexxija u ssorveljati mill-Amministrazzjoni Presidenzjali Russa. L-operazzjonijiet ewlenin ta' ndħil barrani tal-SDA jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal Sergey Kiriyenko, u huma ssorveljati fuq bażi ta' kuljum minn uffiċjali tad-Direttorat għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, b'mod partikolari minn Sofia Avraamovna Zakharova, individwu elenkata mill-Unjoni fis-16 ta’ Diċembru 2024. L-SDA tippreżenta lilha nnifisha bħala kuntrattur fit-tul għall-awtoritajiet pubbliċi, b'aktar minn 100 kampanja soċjopolitika fir-Russja, fl-Ukrajna u f'pajjiżi oħra, li jinkludu sforzi sistematiċi kontra l-oppożizzjoni fil-livell federali u dak internazzjonali.

Bħala tali, l-SDA timmanipula b'mod sistematiku l-ambjent tal-media u tal-media soċjali, ixxerred propaganda favur ir-Russja u topera kampanji ta’ aħbarijiet foloz u ta' influwenza ibrida bl-użu ta' kontenut iffabbrikat, imitazzjonijiet ta' marki tal-media eżistenti, pjattaformi simili għal Wikipedia u provokazzjonijiet maħduma offline. Hija orkestrat kampanji koordinati ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni mmirati speċifikament lejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-appoġġ pubbliku Ewropew għall-Ukrajna, inkluż fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, kif ukoll operazzjonijiet iddedikati kontra Stati Membri bħall-Ġermanja u Franza.

Għalhekk, l-SDA timplimenta u hija involuta f'azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt u jheddu l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Unjoni, ta' diversi mill-Istati Membri tagħha u ta' pajjiżi terzi, billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor, l-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.

16.11.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2558/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)