|
23.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10791 – DAIMLER TRUCK / NEXTERA / BFM / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 319/07)
1.
Fis-16 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Daimler Truck AG (“Daimler Truck”, il-Ġermanja), |
|
— |
NextEra Energy Inc. (“NextEra”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
BlackRock Financial Management, Inc. (“BFM”), ikkontrollata minn BlackRock, Inc. (“BlackRock”, it-tnejn li huma fl-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Impriża Konġunta (joint venture, JV) (“il-Kumpanija fil-Mira”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Daimler Truck, NextEra u BFM se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Daimler Truck tiffoka fuq il-manifattura u l-bejgħ ta’ trakkijiet u karozzi tal-linja, |
|
— |
NextEra hija waħda mill-akbar kumpaniji tal-enerġija elettrika u tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Amerka ta’ Fuq u fuq quddiem fl-industrija tal-enerġija rinnovabbli, |
|
— |
BFM toffri kostruzzjoni tal-portafoll, ġestjoni tal-assi u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment. BFM tikkontrolla u timmaniġġa d-deċiżjonijiet ta’ investiment ta’ GRP III, fond li jopera globalment u jiffoka fuq investimenti globali fl-infrastruttura tal-klima, primarjament fl-enerġija rinnovabbli. BFM hija kkontrollata minn BlackRock, kumpanija attiva fil-forniment ta’ ġestjoni tal-investiment globali, ġestjoni tar-riskju u servizzi ta’ konsulenza lil klijenti istituzzjonali u mhux professjonali madwar id-dinja, |
|
— |
Il-Kumpanija fil-Mira se tkun ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka u għandha tiżviluppa, tibni, tiffinanzja, tippossjedi u tħaddem infrastruttura ta’ punt/depot tal-iċċarġjar disponibbli pubblikament primarjament għal vetturi elettriċi tqal għal trasport fit-tul u trasport reġjonali u tinvolvi ruħha bħala fornitur ta’ servizzi ta’ mobilità elettronika fl-Istati Uniti tal-Amerka u l-Kanada fil-futur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10791 – DAIMLER TRUCK / NEXTERA / BFM / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).