02013R0787 — MT — 09.03.2023 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 787/2013

tas-16 ta’ Awwissu 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ ►M1  Bacillus velezensis ATCC PTA-673 ◄ bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 220 17.8.2013, p. 15)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/366 tas-16 ta’ Frar 2023

  L 50

59

17.2.2023




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 787/2013

tas-16 ta’ Awwissu 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ ►M1  Bacillus velezensis ATCC PTA-673 ◄ bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1823

Kemin Europa N.V.

►M1  Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 ◄

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal- ►M1  Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 ◄ li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori ta’ ►M1  Bacillus velezensis ATCC PTA-6737 ◄

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni: il-metodu bi pjanċi għad-diffużjoni bl-użu tat-tryptone soya agar bi trattament minn qabel ta’ sħana tal-kampjuni tal-għalf.

Identifikazzjoni: metodu ta’ elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Dundjani għas-simna u mrobbija għat-tgħammir

—

1 × 108

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, l-istabbiltà għall-pelletting.

2.  L-użu huwa permess f’għalf li fih il-koċċidijostatiċi awtorizzati: diklażuril, idroklorur tar-robenidina, lasaloaċidu A tas-sodju, maduramiċina ammonju, jew is-sodju tal-monensina, fuq kundizzjonijiet li dan il-koċċidijostatiku huwa awtorizzat għall-ispeċi rilevanti.

Is-6 ta’ Settembru 2023

(1)   

Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx