24.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 369/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUFOR RCA/6/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni EUFOR RCA/1/2014

(2014/951/UE)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA).

(2)

Fid-19 ta' Frar 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUFOR RCA/1/2014 (2) biex ħatar lill-Ġeneral tal-Brigata Thierry LION bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUFOR RCA.

(3)

Fis-7 ta' Novembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/775/PESK (3) li estendiet id-durata tal-EUFOR RCA sal-15 ta' Marzu 2015.

(4)

Fl-14 ta' Novembru 2014, Franza pproponiet il-ħatra tal-Ġeneral tal-Brigata Jean-Marc BACQUET bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għall-EUFOR RCA biex jieħu post il-Ġeneral tal-Brigata Thierry LION.

(5)

Fil-25 ta' Novembru 2014, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Ġeneral tal-Brigata Jean-Marc BACQUET bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUFOR RCA.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni EUFOR RCA/1/2014 għandha titħassar.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġeneral tal-Brigata Jean-Marc BACQUET huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) mill-15 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni EUFOR RCA/1/2014 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUFOR RCA/1/2014 tad-19 ta' Frar 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 54, 22.2.2014, p. 18).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/775/PESK tas-7 ta' Novembru 2014 li testendi d-Deċiżjoni 2014/73/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (ĠU L 325, 8.11.2014, p. 17).