8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/747

tal-1 ta’ Ġunju 2020

li jistabbilixxi għeluq għas-sajd għat-tonn f’arċipelagi speċifiċi għal bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet mill-istokk tat-tonn f’arċipelagi speċifiċi minn bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 għall-Portugall għall-istokk tat-tonn f’arċipelagi speċifiċi msemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti tas-sajd artiġjanali li jtajru l-bandiera Portugiża jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat, jew jinħatt l-art il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti tas-sajd artiġjanali.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

F’isem il-President

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).


ANNESS

Nru

06/TQ/123

Stat Membru

Il-Portugall (Bastimenti tas-sajd artiġjanali)

Stokk

BFT/AVARCH

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

Arċipelagi speċifiċi fil-Greċja (il-Gżejjer Jonji), Spanja (il-Gżejjer Kanarji) u l-Portugall (l-Azores u Madeira)

Data tal-għeluq

15.5.2020