25.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/1


Rettifika tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 176 tas-27 ta' Ġunju 2013 )

1.

F'paġna 358, l-Artikolu 22(4),

minflok:

“…mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE.”,

aqra:

“…mhux soġġetta għas-superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttiva 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2004/39/KE.”;

2.

F'paġna 375, l-Artikolu 67(1), il-punt (n),

minflok:

“…jew f'każijiet fejn l-Artikoli 28, 51 jew 63 ta' Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxu tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;”,

aqra:

“…jew f'każijiet fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;”;

3.

F'paġna 400, l-Artikolu 117(4), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju,

minflok:

“… fejn tali deċiżjonijiet ikunu ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:”,

aqra:

“… fejn tali deċiżjoni tkun ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:”;

4.

F'paġna 408, l-Artikolu 133(3)'

minflok:

“3.   Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jżommu, b'żieda mal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ….”,

aqra:

“3.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jżommu, b'żieda mal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni miżmum biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' fondi proprji imposti bl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ….”;

5.

F'paġna 416, l-Artikolu 142 (1), it-tieni subparagrafu,

minflok:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ta' kreditu …”,

aqra:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss abbażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni …”;

6.

F'paġna 421, l-Artikolu 158(5), l-ewwel sentenza,

minflok:

“5.   … l-awtoritajiet kompetenti … għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta' superviżuri sabiex jiffaċilitaw …l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 60.”,

aqra:

“5.   … l-awtoritajiet kompetenti … għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta' superviżuri sabiex jiffaċilitaw … l-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 50.”.