|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5547 |
23.9.2024 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5547)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2024) 6354 |
is-16 ta’ Settembru 2024 |
triossidu tal-kromu (Nru tal-KE 215–607–8; Nru tal-CAS 1333-82-0) |
Ratier-Figeac, Route de Cahors, 46100 Figeac, Franza |
REACH/24/38/0 |
L-użu industrijali għall-ipplejtjar funzjonali bil-krom tal-ball screws tal-azzar kritiċi għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru użati fl-attwaturi tal-ajruplan, biex jitnaqqas il-proporzjon tal-frizzjoni, u biex jittejbu t-tkagħbir bl-użu, il-korrużjoni u r-reżistenza għad-durabbiltà, li jippermettu ħajja operattiva mmirata |
10 ta’ Novembru 2033 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
|
REACH/24/38/1 |
L-użu industrijali għall-anodizzar bl-aċidu kromiku tal-ispars tal-aluminju bħala fażi kritika tal-preparazzjoni tas-superfiċe biex jitwaħħlu max-xfafar tal-iskrejjen kritiċi għas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru biex tiġi żgurata prestazzjoni affidabbli tat-twaħħil u tittejjeb ir-reżistenza għall-korrużjoni tal-ispars |
10 ta’ Novembru 2030 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5547/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)