|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 190/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1566
tat-28 ta’ Lulju 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tal-Unjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ aktar miżuri restrittivi possibbli. Il-Kunsill Ewropew iddikjara wkoll li l-Unjoni ser tintensifika l-ħidma tagħha mas-sħab biex tiġġieled in-narrattivi foloz tar-Russja u d-diżinformazzjoni dwar il-gwerra. |
|
(4) |
Fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, xi atturi Russi mexxew kampanja diġitali ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni msemmija “RRN” (Recent Reliable News), li għandha l-għan li timmanipula l-informazzjoni u xxerred il-propaganda b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dik il-kampanja, li fiha pparteċipaw korpi tal-gvern jew korpi affiljati mal-Istat Russu, tiddependi minn paġni web foloz li jassumu l-identità ta’ strumenti tal-media nazzjonali u siti web tal-gvern, kif ukoll minn kontijiet foloz fuq il-media soċjali. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li seba’ persuni u ħames entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
(6) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
|
Persuni
|
|
|
Entitajiet
|