31985L0326



Official Journal L 168 , 28/06/1985 P. 0048 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0209
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 35 P. 0181
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0209
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 35 P. 0181


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tat-12 ta’ Ġunju 1985

li temenda d-Direttiva 71/118/KEE dwar problemi tas-saħħa li jolqtu l-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur

(85/326/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Economiku u Soċjali [3],

Billi l-esperjenza wriet il-ħtieġa li jiġi ssimplifikat il-Kapitolu III(11) ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 85/324/KEE [5];

Billi l-Kapitolu III(12) ta’ l-Anness I mad-Direttiva 71/118/KEE jistabbilixxi, b’mod partikulari, li ċertifikat mediku għandu jkun meħtieġ għal kull persuna li taħdem fil-laħam frisk ta’ tjur u li dan iċ-ċertifikat għandu jiġi mġedded kull sena;

Billi jidher li huwa meħtieġ li d-dispożizzjoni inkwistjoni tiġi adatata fid-dawl ta’ l-esperjenza,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 71/118/KEE hija b’hekk tiġi emendata kif ġej:

1. L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 16a(b) jitħassar.

2. Il-Kapitolu III(11) u (12) ta’ l-Anness I jinbidel b’li ġej:

"11. Kull persuna li tkun sors possibli ta’ tniġġis, b’mod partikulari permezz ta’ aġenti patoġeniċi, għandha tkun miżmuma milli taħdem ma’ jew tmiss laħam frisk tat-tjur.

12. Kull persuna impjegata biex taħdem jew tmiss laħam frisk tat-tjur għandha tkun mitluba turi, permezz ta’ ċertifikat mediku, li ma jkun hemm l-ebda impediment għal impjieg bħal dan. Iċ-ċertifikat mediku għandu jiġi mġedded ta’ kull sena, sakemm skema oħra ta’ eżami mediku għall-impjegati li toffri garanziji ekwivalenti ma tiġix rikonoxxuta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12a."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1986.

Dawn għandhom jinformaw mill-ewwel b’dan lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-12 ta’ Ġunju 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Degan

[1] ĠU C 179, tas-7.7.1984, p. 7.

[2] ĠU C 46, tat-18.2.1985, p. 94.

[3] ĠU C 44, tal-15.2.1985, p. 7.

[4] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[5] ĠU L 168, tat-28.6.1985, p. 45

--------------------------------------------------