European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2143

24.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2143

tat-23 ta’ Ottubru 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/340 fir-rigward tal-introduzzjoni tat-taħriġ u l-valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza u tat-taħriġ virtwali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 (2) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u mal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

(2)

Il-flessibbiltà u d-disponibbiltà limitati tar-riżorsi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni jirrestrinġu l-kapaċità tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (“ATM”, Air Traffic Management). Għalhekk, huma meħtieġa adattamenti fil-qafas regolatorju dwar il-ħruġ tal-liċenzji u l-kwalifiki tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

(3)

Biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’termini ta’ persunal kwalifikat u disponibbli, il-livell ta’ kompetenza meħtieġ stabbilit fir-Regolament (UE) 2015/340 jenħtieġ li jiġi ssimplifikat ulterjorment sabiex jiġi żgurat li l-metodoloġija u s-sillabi tat-taħriġ applikati jiżguraw eżiti ta’ taħriġ komuni u b’hekk jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-ħtiġijiet operazzjonali.

(4)

Biex jiffaċilita eżiti ta’ taħriġ issimplifikati, il-qafas regolatorju għat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni jenħtieġ li jissaħħaħ billi jiġu stabbiliti l-istandards ta’ prestazzjoni meħtieġa bl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ taħriġ u valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza (“CBTA”, Competence-Based Training and Assessment), li huwa wkoll il-perkors ippreferut tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO, International Civil Aviation Organization) għall-ħruġ tal-liċenzji tal-persunal kollu tal-avjazzjoni.

(5)

Biex tikkontribwixxi aħjar għall-applikazzjoni tal-metodoloġija CBTA għat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-metodoloġija tas-CBTA li tistabbilixxi l-istandards ta’ prestazzjoni li għandhom jiġu ssodisfati mill-għalliema u mill-assessuri, billi jiġu applikati l-istess prinċipji tas-CBTA.

(6)

Abbażi tal-esperjenza li nkisbet matul il-pandemija tal-COVID-19, il-virtwalizzazzjoni tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru tista’ tkun vantaġġuża. Bit-taħriġ virtwali, is-separazzjoni ġeografika tal-istudenti, tal-għalliema u tal-assessuri jenħtieġ li ma toħloqx limitazzjoni għall-faċilitazzjoni tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

(7)

Biex il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jkunu jistgħu jadattaw, rispettivament, l-iskemi ta’ kompetenza tal-unità tagħhom u l-pjanijiet ta’ taħriġ u l-korsijiet ta’ taħriġ tagħhom, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita.

(8)

Sabiex tiġi evitata d-diskontinwità fil-proċess ta’ taħriġ, jenħtieġ li ċ-ċertifikati ta’ tlestija ta’ ċerti korsijiet li bdew qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġu aċċettati għall-finijiet tal-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet rilevanti, diment li t-taħriġ u l-valutazzjoni jkunu tlestew sat-30 ta’ Ġunju 2029.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2015/340 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2015/340 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Minbarra d-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2018/1139, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin”;

(b)

jiddaħħal il-punt (2a) li ġej:

“(2a)

‘mudell ta’ kompetenza adattat’ tfisser ġabra ta’ kompetenzi bid-deskrizzjoni u bil-kriterji ta’ prestazzjoni assoċjati tagħhom, adattata minn qafas ta’ kompetenza tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) li organizzazzjoni tuża biex tiżviluppa taħriġ u valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza għal rwol partikolari”;

(c)

il-punti (6) u (7) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(6)

‘valutazzjoni’ tfisser proċess biex jiġi determinat jekk persuna tissodisfax livell ta’ prestazzjoni meħtieġ f’kundizzjonijiet partikolari, billi tinġabar evidenza minn imġibiet osservabbli;

(7)

‘approvazzjoni ta’ assessur’ tfisser l-awtorizzazzjoni mdaħħla fuq il-liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza tad-detentur li jivvaluta l-ħiliet prattiċi għall-fini tal-ħruġ tal-liċenzja, tal-klassifikazzjoni jew tal-approvazzjoni(jiet) u tar-rivalidazzjoni jew tat-tiġdid tagħha”;

(d)

il-punt (7b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ‘rapport nazzjonali ta’ konverżjoni’ tfisser rapport li abbażi tiegħu, taħriġ minn qabel mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru militari jista’ jingħata kreditu mill-awtorità kompetenti li lilha tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru”;

(e)

jiddaħħlu l-punti (7c) sa (7f) li ġejjin:

“(7c)

‘kompetenza’ tfisser dimensjoni tal-prestazzjoni umana li tintuża biex wieħed ibassar b’mod affidabbli l-prestazzjoni b’suċċess fuq ix-xogħol, u li tintwera u tiġi osservata minn imġibiet li jimmobilizzaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet rilevanti biex jitwettqu attivitajiet jew kompiti f’kundizzjonijiet speċifikati;

(7d)

‘taħriġ u valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza’ tfisser taħriġ u valutazzjoni li huma kkaratterizzati minn orjentazzjoni tal-prestazzjoni, enfażi fuq l-istandards tal-prestazzjoni u l-kejl tagħhom, u l-iżvilupp ta’ taħriġ u valutazzjoni skont l-istandards ta’ prestazzjoni speċifikati;

(7e)

‘standard ta’ kompetenza’ tfisser livell ta’ prestazzjoni li huwa ddefinit bħala aċċettabbli biex juri li tkun inkisbet kompetenza speċifika;

(7f)

‘kundizzjonijiet’ tfisser kwalunkwe ħaġa, fil-kuntest ta’ taħriġ u valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza (CBTA, competency-based training and assessment), li tista’ tikkwalifika ambjent speċifiku li fih se tintwera l-prestazzjoni”;

(f)

jiddaħħal il-punt (14b) li ġej:

“(14b)

‘imġiba osservabbli (OB, observable behaviour)’ tfisser imġiba waħda relatata mar-rwol li tista’ tiġi osservata u li tista’ jew ma tistax titkejjel”;

(g)

il-punt (15) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(15)

‘struzzjoni ta’ taħriġ fuq ix-xogħol’ tfisser il-fażi ta’ taħriġ ta’ unità li matulha, kompetenzi relatati mal-impjieg miksuba preċedentement jiġu integrati fil-prattika taħt is-superviżjoni ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol ikkwalifikat f’sitwazzjoni ta’ traffiku dak il-ħin stess”;

(h)

il-punt (18) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(18)

‘kriterji ta’ prestazzjoni’ tfisser kriterji li jikkonsistu f’imġiba osservabbli, kundizzjoni waħda jew aktar u standard ta’ kompetenza, u li jintużaw biex jiġi vvalutat jekk il-livelli ta’ prestazzjoni meħtieġa ntwerewx għal kompetenza”;

(i)

jiddaħħal il-punt (21a) li ġej:

“(21a)

‘apprendiment mill-bogħod’ tfisser sitwazzjonijiet ta’ taħriġ li fihom l-għalliema u l-istudenti jkunu fiżikament separati u jinteraġixxu b’mod sinkroniku jew mhux sinkroniku u li fihom l-informazzjoni tipikament tiġi trażmessa permezz ta’ mezzi teknoloġiċi”;

(j)

il-punti (22) u (23) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(22)

‘tiġdid’ tfisser l-att amministrattiv meħud wara li tkun skadiet approvazzjoni jew ikun skada ċertifikat li jġedded il-privileġġi tal-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat għal perjodu speċifikat ulterjuri soġġett għas-sodisfar ta’ rekwiżiti speċifikati;

(23)

‘rivalidazzjoni’ tfisser l-att amministrattiv meħud fi ħdan il-perjodu ta’ validità ta’ approvazzjoni jew ċertifikat li jippermetti lid-detentur ikompli jeżerċita l-privileġġi ta’ approvazzjoni jew ta’ ċertifikat għal perjodu speċifikat ulterjuri soġġett għas-sodisfar ta’ rekwiżiti speċifikati”;

(k)

jiżdied il-punt (32) li ġej:

“(32)

‘klassi virtwali’ tfisser ambjent virtwali adattat għall-proċess ta’ apprendiment mill-bogħod u li ma jeħtieġx post fiżiku, li fih isir apprendiment sinkroniku”;

(2)

fl-Artikolu 6(2), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.   Għall-finijiet tal-Anness III u għas-sorveljanza tar-rekwiżiti tal-Anness I fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tkun”;

(3)

L-Anness I (il-PARTI ATCO) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(4)

L-Anness II (il-PARTI ATCO.AR) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(5)

L-Anness III (il-PARTI ATCO.OR) huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Iċ-ċertifikati tat-tlestija ta’ taħriġ imsemmija fis-Sottoparti D, is-sezzjoni 2 tal-Anness I (il-Parti ATCO) tar-Regolament (UE) 2015/340, li bdew qabel l-1 ta’ Jannar 2029, għandhom jiġu aċċettati għall-finijiet tal-ħruġ, tar-rivalidazzjoni jew tat-tiġdid tal-liċenzji, tal-klassifikazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/340 kif emendat b’dan ir-Regolament, diment li t-taħriġ u l-valutazzjoni jkunu tlestew sat-30 ta’ Ġunju 2029.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2029.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mit-13 ta’ Mejju 2026:

(a)

l-Artikolu 1, il-punt (1)(d), (i) u (k);

(b)

il-punt (2)(e) tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-punt ATCO.B.025(a)(1) u (a)(3) tal-Anness I (il-PARTI ATCO) tar-Regolament (UE) 2015/340;

(c)

il-punt ATCO.C.005 tal-Anness I (il-PARTI ATCO) tar-Regolament (UE) 2015/340;

(d)

il-punt (2) tal-Anness III.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/340/oj).


ANNESS I

L-Anness I (il-PARTI ATCO) tar-Regolament (UE) 2015/340 huwa emendat kif ġej:

(1)

fis-Sottoparti A, il-punt ATCO.A.015, il-punti (c) sa (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

Id-detenturi tal-liċenzji ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta jkollhom dubji dwar jekk jistgħux jeżerċitaw b’mod sikur il-privileġġi tal-liċenzja u f’każijiet bħal dawn għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru rilevanti dwar l-inabbiltà provviżorja biex jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom.

(d)

Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jistgħu jiddikjaraw l-inabbiltà provviżorja tad-detentur tal-liċenzja jekk isiru jafu b’xi dubju li jikkonċerna l-inabbiltà tad-detentur tal-liċenzja biex jeżerċita b’mod sikur il-privileġġi tal-liċenzja.

(e)

Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw proċeduri oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji biex jippermettu lid-detenturi tal-liċenzji msemmija fil-punt (c) jinnotifikaw l-inabbiltà provviżorja tagħhom, u biex jinformaw lill-awtorità kompetenti.

(f)

Il-proċeduri msemmija fil-punt (e) għandhom jiġu inklużi fl-iskema ta’ kompetenza tal-unità f’konformità mal-punt ATCO.B.025(a)(14).”;

(2)

Is-Sottoparti B hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt ATCO.B.001, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-applikanti għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

ikollhom tal-inqas 18-il sena;

(2)

fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni, ikunu temmew b’suċċess it-taħriġ inizjali f’organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR) rilevanti għall-klassifikazzjoni, u jekk ikun applikabbli, għall-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, ikunu għaddew b’suċċess mill-eżamijiet u mill-valutazzjonijiet xierqa, u wrew il-kompetenza meħtieġa kif stabbilit fil-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 2;

(3)

ikollhom ċertifikat mediku validu;

(4)

ikunu wrew livell adegwat ta’ kompetenza lingwistika f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt ATCO.B.030.”;

(b)

fil-punt ATCO.B.005, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-applikanti għall-ewwel ħruġ ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

ikollhom liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

(2)

ikunu temmew kors ta’ approvazzjoni tal-unità, ikunu għaddew b’suċċess mill-eżamijiet u mill-valutazzjonijiet xierqa, u jkunu wrew il-kompetenza meħtieġa kif stabbilit fil-Parti ATCO, is-Sottoparti D, Sezzjoni 3;

(3)

ikollhom ċertifikat mediku validu;

(4)

ikunu wrew livell adegwat ta’ kompetenza lingwistika f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt ATCO.B.030.”;

(c)

fil-punt ATCO.B.010, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Id-detentur ta’ klassifikazzjoni li jkun interrompa l-eżerċitar tal-privileġġi assoċjati ma’ dik il-klassifikazzjoni għall-perjodu ta’ 4 snin konsekuttivi jew aktar immedjatament preċedenti jista’ jibda biss taħriġ fuq il-post tax-xogħol f’dik il-klassifikazzjoni:

(1)

jekk organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR) u ċċertifikata biex tipprovdi taħriġ rilevanti għall-klassifikazzjoni, tkun wettqet valutazzjoni tal-kompetenza preċedenti dwar jekk id-detentur ta’ klassifikazzjoni għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dik il-klassifikazzjoni, u;

(2)

wara li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li jirriżulta mill-valutazzjoni msemmija fil-punt (b)(1).”;

(d)

il-punt ATCO.B.020 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-applikanti għal approvazzjoni tal-unità għandhom ikunu temmew kors ta’ approvazzjoni tal-unità, ikunu għaddew b’suċċess mill-eżamijiet u mill-valutazzjonijiet xierqa, u jkunu wrew il-kompetenza meħtieġa, kif stabbilit fil-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 3.”;

(ii)

fil-punt (i), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“(i)

L-approvazzjonijiet tal-unità għandhom jiġu rivalidati diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(iii)

il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

Jekk l-approvazzjoni tal-unità tiġi rivalidata fil-perjodu ta’ 3 xhur qabel id-data ta’ skadenza tagħha, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jingħadd minn dik id-data ta’ skadenza”;

(e)

il-punt ATCO.B.025 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.B.025 Skema ta’ kompetenza tal-unità

(a)

Għandha/Għandhom tiġi/jiġu stabbilita/i l-iskema/i ta’ kompetenza tal-unità mill-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru u għandha/għandhom tiġi/jiġu approvata/i mill-awtorità kompetenti. Skema ta’ kompetenza tal-unità għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(1)

lista ta’ approvazzjoni(jiet) tal-unità u l-validità tagħhom f’konformità mal-punt ATCO.B.020(g);

(2)

il-perjodu kontinwu massimu meta l-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità ma jiġux eżerċitati matul il-validità tagħha; dan il-perjodu ma għandux jaqbeż id-90 jum kalendarju;

(3)

għall-fini taż-żamma tal-kompetenza, l-għadd minimu ta’ sigħat li jeżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità, jew, fil-każ tal-avviċinament b’radar ta’ sorveljanza (SRA, Surveillance Radar Approach) u l-avviċinament b’radar ta’ preċiżjoni (PAR, Precision Approach Radar), l-għadd minimu ta’ avviċinamenti, għal perjodu ta’ żmien preċedenti, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar; għall-għalliema ta’ taħriġ fuq ix-xogħol li jeżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjoni tal-għalliem ta’ taħriġ fuq ix-xogħol (OJTI, On-The-Job Training Instructor) il-ħin imqatta’ jgħallmu għandu jingħadd sa massimu ta’ 50 % tas-sigħat meħtieġa għar-rivalidazzjoni tal-approvazzjoni tal-unità;

(4)

il-proċeduri għall-każijiet fejn id-detentur tal-liċenzja ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a)(2) u (3);

(5)

il-proċessi għall-valutazzjoni tal-kompetenza, inklużi l-kriterji ta’ prestazzjoni definiti;

(6)

il-proċessi għall-eżami tal-għarfien u l-fehim teoretiku meħtieġa biex jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet;

(7)

il-proċessi biex jiġu identifikati l-kontenut u l-metodi ta’ taħriġ għat-taħriġ ta’ kontinwazzjoni;

(8)

id-durata minima u l-frekwenza tat-taħriġ ta’ aġġornament;

(9)

il-proċessi għall-eżami tal-għarfien teoretiku jew għall-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi rieżaminati, imsaħħa jew imtejba matul it-taħriġ ta’ aġġornament f’konformità mal-punt ATCO.D.080(d);

(10)

il-proċessi għall-eżami tal-għarfien teoretiku u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi miksuba matul it-taħriġ ta’ konverżjoni f’konformità mal-punt ATCO.D.085;

(11)

il-proċessi f’każ ta’ nuqqas ta’ suċċess f’eżami jew valutazzjoni, inkluż il-proċessi ta’ appell;

(12)

il-kwalifiki, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal tat-taħriġ;

(13)

proċedura biex jiġi żgurat li l-għalliema tal-prattika jkunu pprattikaw tekniki struzzjonali bl-użu ta’ proċeduri fejn hija pprovduta struzzjoni f’konformità mal-punt ATCO.C.010(b)(3) u mal-punt ATCO.C.030(d)(3);

(14)

il-proċeduri għad-dikjarazzjoni u għall-ġestjoni tal-każijiet ta’ inabbiltà provviżorja biex jiġu eżerċitati l-privileġġi ta’ liċenzja, kif ukoll biex tiġi infurmata l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.A.015(e);

(15)

l-identifikazzjoni tar-rekords li jridu jinżammu li huma speċifiċi għat-taħriġ ta’ kontinwazzjoni, għall-valutazzjonijiet u għal kwalunkwe rekord ieħor pertinenti għall-proċessi ta’ hawn fuq;

(16)

proċess u raġunijiet għar-rieżami u l-emenda tal-iskema ta’ kompetenza tal-unità u s-sottomissjoni tagħha lill-awtorità kompetenti; ir-rieżami tal-iskema ta’ kompetenza tal-unità għandu jsir mill-inqas kull 3 snin.

(b)

Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a)(3), il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom iżommu rekord tas-sigħat li matulhom kull detentur ta’ liċenzja jeżerċita l-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità tiegħu jew tagħha li jaħdem/taħdem fis-setturi, jew fi grupp ta’ setturi inkluż karigi ta’ ħidma fl-unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC, Air Traffic Control) u għandu jipprovdi dik id-data lill-awtoritajiet kompetenti u lid-detentur tal-liċenzja fuq talba.

(c)

Meta jiġu stabbiliti l-proċeduri msemmija fil-punti (a)(4) u (14), il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li jiġu applikati mekkaniżmi biex jiġi ggarantit it-trattament ġust tad-detenturi tal-liċenzji meta l-validità tal-approvazzjonijiet tagħhom ma tkunx tista’ tiġi estiża.”;

(f)

fil-punt ATCO.B.030, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Minkejja l-punt (c), il-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jista’ jitlob għal livell ogħla (livell ħamsa) tal-iskala ta’ klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika stipulata fl-Appendiċi 1 tal-Anness I, fejn iċ-ċirkostanzi operazzjonali tal-klassifikazzjoni jew l-approvazzjoni partikolari jitolbu livell ogħla ta’ kompetenza lingwistika għal raġunijiet imperattivi ta’ sikurezza. Tali rekwiżit għandu jkun nondiskriminatorju, proporzjonat, trasparenti u ġġustifikat b’mod oġġettiv mill-fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru li jkun jixtieq japplika l-livell ogħla ta’ kompetenza u għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.”;

(g)

fil-punt ATCO.B.035, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

L-approvazzjonijiet tal-kompetenza lingwistika għandhom jiġu rivalidati wara t-tlestija b’suċċess tal-ittestjar tal-kompetenza lingwistika li jseħħ fi żmien 3 xhur qabel id-data ta’ skadenza tagħhom. F’każijiet bħal dawn, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jibda jgħodd minn dik id-data ta’ skadenza.”;

(h)

il-punt ATCO.B.040 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.B.040 Ittestjar tal-kompetenza lingwistika

(a)

It-turija ta’ kompetenza lingwistika għandha ssir permezz ta’ metodu ta’ ttestjar approvat minn kwalunkwe awtorità kompetenti. Il-metodu ta’ ttestjar għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(1)

il-proċess li permezz tiegħu jsir l-ittestjar;

(2)

il-kwalifika tal-persuni responsabbli għall-ittestjar tal-kompetenza lingwistika;

(3)

il-proċedura ta’ appell.

(b)

Il-korpi ta’ ttestjar lingwistiku għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.AR.A.010”.

(i)

fil-punt ATCO.B.045, il-frażi introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jagħmlu disponibbli taħriġ fil-lingwa biex iżommu l-livell meħtieġ ta’ kompetenza lingwisitika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru lil”:

(3)

is-Sottoparti C hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt ATCO.C.001 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.001 Għalliema tat-teorija

(a)

Taħriġ teoretiku għandu jsir biss minn għalliema kkwalifikati b’mod xieraq.

(b)

Għalliem tat-teoretija huwa kkwalifikat b’mod xieraq jekk jissodisfa/tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

għandu/għandha kwalifika professjonali xierqa għas-suġġett li jkun qiegħed jiġi mgħallem jew ikun/tkun wera/uriet għarfien u esperjenza adegwati lill-organizzazzjoni tat-taħriġ;

(2)

huwa jew hija jkun/tkun wera b’mod sodisfaċenti l-ħiliet fl-istruzzjoni lill-organizzazzjoni tat-taħriġ.”;

(ab)

il-punt ATCO.C.005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.005 Għalliema tal-prattika

(a)

Persuna għandha twettaq biss taħriġ prattiku meta dik il-persuna jkollha liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru b’approvazzjoni ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol (OJTI) jew approvazzjoni ta’ għalliem ta’ apparat ta’ taħriġ sintetiku (STDI, Synthetic Training Device Instructor).

(b)

Minkejja l-punt (a), persuna tista’ tkun awtorizzata tagħti struzzjoni dwar apparati ta’ taħriġ sintetiku jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(1)

dik il-persuna għandha jew kellha liċenzja militari nazzjonali ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru maħruġa minn Stat Membru, bi klassifikazzjoni u, jekk applikabbli, b’approvazzjoni tal-klassifikazzjoni li tikkorrispondi għal dik li għaliha dik il-persuna hija awtorizzata tagħti struzzjonijiet jew tivvaluta;

(2)

dik il-persuna tkun uriet lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6 li hija eżerċitat il-privileġġi tal-liċenzja militari nazzjonali msemmija fil-punt (b)(1) u tkun irċeviet taħriġ u għaddiet b’suċċess mill-valutazzjonijiet, kif meħtieġ mill-punt ATCO.C.035;

(3)

dik il-persuna tkun uriet konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I (il-Parti ATCO) f’konformità mar-rapport ta’ konverżjoni nazzjonali stabbilit mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8a.

(c)

Il-privileġġi msemmija fil-punt (b) għandhom ikunu limitati għall-għoti ta’ struzzjoni u ta’ valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punt ATCO.C.030(a)(1) u għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-punt ATCO.C.040 għall-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ċċertifikati biex jipprovdu taħriġ inizjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.”;

(b)

il-punt ATCO.C.010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.010 Privileġġi tal-għalliem ta’ taħriġ fuq ix-xogħol (OJTI)

(a)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni OJTI huma awtorizzati biex jipprovdu taħriġ u superviżjoni prattika fuq pożizzjonijiet ta’ ħidma operazzjonali li għalihom għandhom approvazzjoni tal-unità valida u fuq apparat ta’ taħriġ sintetiku fil-klassifikazzjonijiet li għandhom.

(b)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni OJTI huma awtorizzati wkoll li jwettqu valutazzjonijiet għall-fini ta’ taħriġ bażiku, ta’ qabel l-OJT, ta’ kontinwazzjoni u ta’ taħriġ prattiku ta’ aġġornament tal-għalliem.

(c)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni OJTI għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikunu eżerċitaw għal tal-anqas sentejn il-privileġġi tal-klassifikazzjoni li se jgħallmu fiha;

(2)

ikunu eżerċitaw għal perjodu immedjatament preċedenti ta’ mill-anqas 6 xhur il-privileġġ tal-approvazzjoni tal-unità valida, fejn se tingħata struzzjoni;

(3)

ikunu pprattikaw kompetenzi struzzjonali billi użaw dawk il-proċeduri li fihom ikun maħsub li jipprovdu struzzjoni, f’konformità mal-punt ATCO.B.025(a)(13).

(d)

Il-perjodu ta’ sentejn imsemmi fil-punt (c)(1) jista’ jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ.”;

(c)

il-punt ATCO.C.015 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.015 Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol

L-applikanti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni OJTI għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikollhom liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru b’approvazzjoni tal-unità valida;

(b)

ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur ta’ traffiku tal-ajru għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-applikazzjoni; dan il-perjodu jista’ jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ;

(c)

fi żmien it-12-il xahar qabel l-applikazzjoni, ikunu lestew kors tal-kompetenzi struzzjonali prattiċi, għaddew mill-valutazzjoni xierqa, u wrew il-kompetenza meħtieġa, kif stabbilit fil-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 5.”;

(d)

il-punt ATCO.C.020 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.020 Validità ta’ approvazzjoni ta’ għalliem għal taħriġ fuq ix-xogħol

(a)

L-approvazzjoni OJTI għandha tkun valida għal perjodu ta’ 3 snin.

(b)

L-approvazzjoni OJTI tista’ tiġi rivalidata bit-tlestija b’suċċess ta’ kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi struzzjonali prattiċi matul il-validità tiegħu, inkluż valutazzjoni xierqa, diment li jiġi ssodisfat ir-rekwiżiti fil-punt ATCO.C.015(a).

(c)

Jekk l-approvazzjoni OJTI tkun skadiet, din tista’ tiġġedded billi jitlesta kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi struzzjonali prattiċi fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, u billi l-persuna tgħaddi mill-valutazzjoni xierqa, dment li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit fil-punt ATCO.C.015(a).

(d)

Fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni OJTI ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha tkun tlestiet il-valutazzjoni b’suċċess.

(e)

Jekk ir-rekwiżit fil-punt ATCO.C.015(a) ma jiġix issodisfat, l-approvazzjoni OJTI tista’ tiġi skambjata għal approvazzjoni STDI, diment li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti fil-punt ATCO.C.040(b) u (c).”;

(e)

fil-punt ATCO.C.025, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Meta konformità mar-rekwiżiti previsti f’ATCO.C.010(b)(2) ma tkunx possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti awtorizzazzjoni OJTI temporanja abbażi ta’ analiżi tas-sikurezza ppreżentata mill-fornitur tas-servizz tat-traffiku tal-ajru, f’konformità mal-punt ATCO.B.020(c)”;

(f)

il-punt ATCO.C.030 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.030 Privileġġi ta’ għalliem ta’ apparat ta’ taħriġ sintetiku (STDI)

(a)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni STDI għandhom ikunu awtorizzati jipprovdu taħriġ prattiku dwar apparati ta’ taħriġ sintetiċi għal dawn kollha li ġejjin:

(1)

għal suġġetti ta’ natura prattika matul it-taħriġ inizjali;

(2)

għal taħriġ tal-unità minbarra l-OJT;

(3)

għal taħriġ ta’ kontinwazzjoni.

(b)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni STDI għandhom ikunu awtorizzati wkoll li jwettqu valutazzjonijiet għall-fini ta’ taħriġ bażiku, pre-OJT, ta’ kontinwazzjoni u ta’ taħriġ prattiku ta’ aġġornament tal-għalliem.

(c)

Meta l-STDI jipprovdi pre-OJT jew valutazzjoni matul pre-OJT, huwa/hija għandha/għandu tkun/ikun fil-pussess tal-approvazzjoni tal-unità rilevanti.

(d)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni STDI għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

ikollhom mill-inqas sentejn esperjenza fil-klassifikazzjoni li se jgħallmu fiha;

(2)

ikunu wrew għarfien tal-prattiki operazzjonali attwali;

(3)

ikunu pprattikaw kompetenzi struzzjonali bl-użu ta’ dawk il-proċeduri li fuqhom ikun se jingħata t-tagħlim.

(e)

Bħala eċċezzjoni għall-punt (d)(1), l-esperjenza ta’ sentejn imsemmija fil-punt (d)(1) tista’ titnaqqas għal mhux inqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta tintalab mill-organizzazzjoni tat-taħriġ:

(1)

għall-finijiet ta’ taħriġ bażiku, kwalunkwe klassifikazzjoni hija xierqa;

(2)

għall-finijiet tat-taħriġ ta’ klassifikazzjoni, jista’ jingħata taħriġ għal kompiti operazzjonali speċifiċi u magħżula minn STDI li jkollu klassifikazzjoni li hija rilevanti għal dak il-kompitu operazzjonali speċifiku u magħżul.”;

(g)

il-punt ATCO.C.035 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.035 Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ għalliem ta’ apparat ta’ taħriġ sintetiku

L-applikanti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni STDI għandhom jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur ta’ traffiku tal-ajru fi kwalunkwe klassifikazzjoni għal mill-inqas sentejn; dan il-perjodu jista’ jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ;

(b)

fi żmien it-12-il xahar qabel l-applikazzjoni, ikunu lestew kors ta’ kompetenzi struzzjonali prattiċi, għaddew mill-valutazzjoni xierqa, u wrew il-kompetenza meħtieġa, kif stabbilit fil-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 5”;

(h)

il-punt ATCO.C.040 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.040 Validità ta’ approvazzjoni ta’ għalliem ta’ apparat ta’ taħriġ sintetiku

(a)

L-approvazzjoni STDI għandha tkun valida għal perjodu ta’ 3 snin.

(b)

L-approvazzjoni STDI tista’ tiġi rivalidata billi jitlesta kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi struzzjonali prattiċi matul il-validità tiegħu, inkluża valutazzjoni xierqa. Għal STDIs li ma jkollhomx approvazzjoni tal-unità valida, għandu jiġi żgurat għarfien dwar il-prattiki operazzjonali attwali.

(c)

Jekk l-approvazzjoni ta’ STDI tkun skadiet, din tista’ tiġġedded jekk, fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ STDI ikun issodisfa ż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:

(1)

ikun/tkun lesta/lestiet kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi struzzjonali prattiċi;

(2)

ikun/tkun għadda/għaddiet mill-valutazzjoni xierqa.

Għall-finijiet tal-punt (1), fejn l-STDI ma jkollux approvazzjoni tal-unità valida, għandu jiġi żgurat l-għarfien dwar il-prattiki operazzjonali attwali.

(d)

Fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni ta’ STDI ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha l-valutazzjoni tkun tlestiet b’suċċess.”;

(i)

il-punt ATCO.C.045 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.045 Privileġġi tal-assessuri

(a)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom ikunu awtorizzati jwettqu valutazzjonijiet:

(1)

għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni u/jew ta’ approvazzjoni tal-klassifikazzjoni ġdida, jekk ikun applikabbli;

(2)

tal-kompetenza preċedenti għall-finijiet tal-punti ATCO.B.001(d), ATCO.B.005(e) u ATCO.B.010(b);

(3)

ta’ studenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għall-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-unità u approvazzjoni(jiet) ta’ klassifikazzjoni, jekk ikun applikabbli;

(4)

tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għall-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-unità u ta’ approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni, jekk ikun applikabbli, kif ukoll għar-rivalidazzjoni u għat-tiġdid ta’ approvazzjoni tal-unità;

(5)

tal-applikanti tal-għalliema tal-prattika jew tal-applikanti tal-assessuri meta tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti fil-punt (c)(2), (3) u (4).

(b)

Id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjoni biss jekk jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

ikollhom tal-inqas sentejn esperjenza fil-klassifikazzjoni u fl-approvazzjoni(jiet) ta’ klassifikazzjoni li se jivvalutaw;

(2)

ikunu wrew għarfien tal-prattiki operazzjonali attwali.

(c)

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b), id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni:

(1)

għal valutazzjonijiet li jwasslu għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ approvazzjoni tal-unità, jekk ikollhom ukoll l-approvazzjoni tal-unità assoċjata mal-valutazzjoni u jkunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ dik l-approvazzjoni għal perjodu immedjatament preċedenti ta’ mill-inqas sena;

(2)

għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni STDI jekk ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ approvazzjoni STDI jew OJTI għal mill-inqas 3 snin;

(3)

għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni OJTI, jekk ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ approvazzjoni OJTI għal mill-inqas 3 snin;

(4)

għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ assessur, jekk ikunu eżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjoni ta’ assessur għal mill-inqas 3 snin.

(d)

Meta ssir valutazzjoni għall-fini tal-ħruġ jew ta’ tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ unità, u għall-iżgurar tas-superviżjoni fuq il-pożizzjoni ta’ ħidma operazzjonali, l-assessur għandu jkollu wkoll approvazzjoni bħala OJTI, jew għandu jkun hemm preżenti OJTI li jkollu l-approvazzjoni tal-unità valida assoċjata mal-valutazzjoni.”;

(j)

il-punt ATCO.C.055 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.055 Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ assessur

L-applikanti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur ta’ traffiku tal-ajru għal mill-inqas sentejn;

(b)

fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni, ikunu lestew kors ta’ taħriġ tal-assessur, ikunu għaddew mill-valutazzjoni xierqa, u jkunu wrew il-kompetenza meħtieġa, kif stabbilit fil-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 5.”;

(k)

il-punt ATCO.C.060 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.060 Validità tal-approvazzjoni tal-assessur

(a)

L-approvazzjoni ta’ assessur għandha tkun valida għal perjodu ta’ 3 snin.

(b)

L-approvazzjoni tal-assessur tista’ tiġi rivalidata billi jitlesta kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi ta’ valutazzjoni matul il-validità tiegħu inkluża valutazzjoni xierqa. Madankollu, għall-assessuri li ma jkollhomx approvazzjoni valida tal-unità, għandu jiġi żgurat għarfien dwar il-prattiki operazzjonali attwali.

(c)

Jekk l-approvazzjoni tal-assessur tkun skadiet, din tista’ tiġġedded, fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni għal tiġdid, billi jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

it-tlestija ta’ kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi ta’ valutazzjoni;

(2)

ikunu għaddew mill-valutazzjoni xierqa.

Għall-fini tal-punt (1), fejn l-assessur ma jkollux approvazzjoni valida tal-unità, għandu jiġi żgurat għarfien dwar il-prattiki operazzjonali attwali.

(d)

Fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni ta’ assessur ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha l-valutazzjoni tkun tlestiet b’suċċess.”;

(l)

il-punt ATCO.C.065 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.C.065 Awtorizzazzjoni ta’ assessur temporanju

(a)

Meta r-rekwiżit previst fil-punt ATCO.C.045(d)(1) ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lid-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur maħruġa f’konformità mal-punt ATCO.C.055 biex iwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti ATCO.C.045(b)(3) u (4) biex ikopru sitwazzjonijiet eċċezzjonali jew biex jiżguraw l-indipendenza tal-valutazzjoni, diment li d-detentur tal-approvazzjoni ta’ assessur ikollu wkoll approvazzjoni tal-unità bil-klassifikazzjoni assoċjata u, jekk ikun applikabbli, approvazzjoni tal-klassifikazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni għall-perjodu preċedenti ta’ mill-inqas sena.

(b)

Għall-finijiet li jiġu koperti sitwazzjonijiet eċċezzjonali, l-awtorizzazzjoni ta’ assessur temporanju għandha tkun limitata għall-valutazzjonijiet meħtieġa biex ikopru sitwazzjonijiet eċċezjonali u ma għandhiex taqbeż sena jew il-validità tal-approvazzjoni ta’ assessur maħruġa f’konformità mal-punt ATCO.C.055, skont liema tiġi l-ewwel.

(c)

Għall-finijiet li tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni għal raġunijiet ta’ natura rikorrenti, il-validità tal-awtorizzazzjoni ta’ assessur temporanju għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti iżda ma għandhiex taqbeż il-validità tal-approvazzjoni ta’ assesssur maħruġa f’konformità mal-punt ATCO.C.055.

(d)

Għar-raġunijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), l-awtorità kompetenti tista’ tagħti awtorizzazzjoni temporanja ta’ assessur abbażi ta’ analiżi tas-sikurezza li għandha tiġi ppreżentata mill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.”;

(4)

Is-Sottoparti D hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt ATCO.D.001 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.001 Objettivi ta’ taħriġ ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru

It-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandu jkopri l-korsijiet teoretiċi, l-eżerċizzji prattiċi, inkluż is-simulazzjoni, u t-taħriġ fuq ix-xogħol meħtieġ kollha sabiex jinkisbu u jinżammu l-kompetenzi biex jingħataw servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru sikuri, b’ordni u fil-pront”;

(b)

jiddaħħal il-punt ATCO.D.003 li ġej:

“ ATCO.D.003 Prinċipji ta’ taħriġ u valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenzi

(a)

L-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom isegwu l-prinċipji ta’ taħriġ u ta’ valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenzi meta jiżviluppaw pjanijiet u korsijiet ta’ taħriġ għat-tipi kollha ta’ taħriġ.

(b)

Meta jiżviluppaw pjanijiet u korsijiet ta’ taħriġ, l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(1)

li jkun hemm rabta espliċita bejn il-prestazzjoni u l-kompetenzi meħtieġa li jridu jiġu mħarrġa u vvalutati;

(2)

li jkun hemm proċess biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-għalliema u l-assessuri li jivvaluta l-istess prestazzjoni bl-użu tal-istess mudell ta’ kompetenza adattat;

(3)

li l-valutazzjoni tal-kompetenzi tkun ibbażata fuq osservazzjonijiet multipli f’kuntesti multipli kkonfermati bir-rapport ta’ valutazzjoni.

(c)

Biex jitqies bħala kompetenti, individwu għandu juri prestazzjoni integrata tal-kompetenzi kollha definiti fil-mudell ta’ kompetenza adattat rilevanti.”;

(c)

fil-punt ATCO.D.005(a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

it-taħriġ inizjali, li jwassal għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni addizzjonali u, jekk ikun applikabbli, l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, li tipprovdi:

(i)

“taħriġ bażiku”: taħriġ teoretiku u prattiku mfassal biex jagħti għarfien u kompetenzi fundamentali relatati mal-proċeduri operazzjonali bażiċi, u biex iħejji lill-istudent għat-taħriġ ta’ klassifikazzjoni;

(ii)

“taħriġ ta’ klassifikazzjoni”: taħriġ teoretiku u prattiku maħsub biex jagħti l-għarfien u kompetenzi relatati ma’ klassifikazzjoni speċifika u, jekk ikun applikabbli, ma’ approvazzjoni tal-klassifikazzjoni;”;

(d)

il-punt ATCO.D.010 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.010 Kompożizzjoni tat-taħriġ inizjali

(a)

It-taħriġ inizjali, maħsub għal applikant għal liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni addizzjonali u/jew, jekk ikun applikabbli, ta’ approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, għandu jikkonsisti minn taħriġ bażiku u minn taħriġ ta’ klassifikazzjoni.

(1)

It-taħriġ bażiku għandu jinkludi s-suġġetti kollha li ġejjin:

 

SUĠĠETT 1: LIĠI TAL-AVJAZZJONI

 

SUĠĠETT 2: ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 3: METEOROLOĠIJA

 

SUĠĠETT 4: NAVIGAZZJONI

 

SUĠĠETT 5: INĠENJI TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 6: FATTURI UMANI

 

SUĠĠETT 7: TAGĦMIR U SISTEMI

 

SUĠĠETT 8: AMBJENT PROFESSJONALI

(2)

It-taħriġ ta’ klassifikazzjoni għandu jinkludi s-suġġetti kollha ta’ mill-inqas waħda mill-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

(i)

Klassifikazzjoni ta’ Kontroll tal-Ajrudrom — (ADC, Aerodrome Control Rating)

 

SUĠĠETT 1: LIĠI TAL-AVJAZZJONI

 

SUĠĠETT 2: ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 3: METEOROLOĠIJA

 

SUĠĠETT 4: NAVIGAZZJONI

 

SUĠĠETT 5: INĠENJI TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 6: FATTURI UMANI

 

SUĠĠETT 7: TAGĦMIR U SISTEMI

 

SUĠĠETT 8: AMBJENT PROFESSJONALI

 

SUĠĠETT 9: SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

 

SUĠĠETT 10: AJRUDROMI

(ii)

Klassifikazzjoni Proċedurali tal-Kontroll tal-Avviċinament — (APP, Approach Control Procedural Rating)

 

SUĠĠETT 1: LIĠI TAL-AVJAZZJONI

 

SUĠĠETT 2: ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 3: METEOROLOĠIJA

 

SUĠĠETT 4: NAVIGAZZJONI

 

SUĠĠETT 5: INĠENJU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 6: FATTURI UMANI

 

SUĠĠETT 7: TAGĦMIR U SISTEMI

 

SUĠĠETT 8: AMBJENT PROFESSJONALI

 

SUĠĠETT 9: SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

 

SUĠĠETT 10: AJRUDROMI

(iii)

Klassifikazzjoni Proċedurali tal-Kontroll taż-Żona — (ACP, Area Control Procedural Rating)

 

SUĠĠETT 1: LIĠI TAL-AVJAZZJONI

 

SUĠĠETT 2: ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 3: METEOROLOĠIJA

 

SUĠĠETT 4: NAVIGAZZJONI

 

SUĠĠETT 5: INĠENJU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 6: FATTURI UMANI

 

SUĠĠETT 7: TAGĦMIR U SISTEMI

 

SUĠĠETT 8: AMBJENT PROFESSJONALI

 

SUĠĠETT 9: SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

(iv)

Klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll tal-Avviċinament — (APS, Approach Control Surveillance Rating)

 

SUĠĠETT 1: LIĠI TAL-AVJAZZJONI

 

SUĠĠETT 2: ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 3: METEOROLOĠIJA

 

SUĠĠETT 4: NAVIGAZZJONI

 

SUĠĠETT 5: INĠENJU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 6: FATTURI UMANI

 

SUĠĠETT 7: TAGĦMIR U SISTEMI

 

SUĠĠETT 8: AMBJENT PROFESSJONALI

 

SUĠĠETT 9: SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

 

SUĠĠETT 10: AJRUDROMI

(v)

Klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll taż-Żona — (ACS, Area Control Surveillance Rating)

 

SUĠĠETT 1: LIĠI TAL-AVJAZZJONI

 

SUĠĠETT 2: ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 3: METEOROLOĠIJA

 

SUĠĠETT 4: NAVIGAZZJONI

 

SUĠĠETT 5: INĠENJU TAL-AJRU

 

SUĠĠETT 6: FATTURI UMANI

 

SUĠĠETT 7: TAGĦMIR U SISTEMI

 

SUĠĠETT 8: AMBJENT PROFESSJONALI

 

SUĠĠETT 9: SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

(b)

It-taħriġ maħsub għal klassifikazzjoni addizzjonali għandu jikkonsisti mis-suġġetti applikabbli għal mill-inqas waħda mill-klassifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(2).

(c)

It-taħriġ maħsub għar-riattivazzjoni ta’ klassifikazzjoni wara valutazzjoni bla suċċess ta’ kompetenza preċedenti f’konformità mal-punt ATCO.B.010(b) għandu jitfassal skont ir-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni.

(d)

It-taħriġ maħsub għal approvazzjoni tal-klassifikazzjoni għandu jikkonsisti minn suġġetti, temi u sottotemi żviluppati mill-organizzazzjoni tat-taħriġ u approvati bħala parti minn kors tat-taħriġ.

(e)

It-taħriġ bażiku u ta’ klassifikazzjoni jista’ jiġi kkomplementat b’suġġetti, b’temi u b’sottotemi li huma addizzjonali jew speċifiċi għall-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali (FAB, Functional Airspace Block) jew għall-ambjent nazzjonali.”;

(e)

fil-punt ATCO.D.015, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

proċessi għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet f’konformità mal-punti ATCO.D.025 u ATCO.D.035;”;

(f)

il-punt ATCO.D.025 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.025 Eżamijiet u valutazzjoni ta’ taħriġ bażiku

(a)

Il-korsijiet ta’ taħriġ bażiku għandhom jinkludu eżami(jiet) teoretiku/teoretiċi f’suġġetti elenkati fil-punt ATCO.D.010(a)(1) u valutazzjoni(jiet).

(b)

Għandu jingħata pass f’eżami(jiet) teoretiku/teoretiċi lil kandidat li jġib minimu ta’ 75 % tal-marki allokati għal dak l-eżami.

(c)

Bħala minimu, għandhom jiġu vvalutati l-kompetenzi li ġejjin:

(1)

għarfien tas-sitwazzjoni: fehim tas-sitwazzjoni operazzjonali attwali u apprezzament ta’ eventi futuri;

(2)

ġestjoni tat-traffiku u tal-kapaċità: żamma ta’ fluss tat-traffiku sikur u b’ordni;

(3)

separazzjoni u riżoluzzjoni tal-kunflitti: rispons għal kunflitti tat-traffiku potenzjali u ż-żamma ta’ separazzjoni;

(4)

komunikazzjoni: twettiq ta’ komunikazzjoni b’mod effettiv;

(5)

koordinazzjoni: applikazzjoni ta’ koordinazzjoni bejn il-persunal f’pożizzjonijiet operazzjonali u ma’ partijiet ikkonċernati affettwati oħrajn;

(6)

awtoġestjoni: turija ta’ attributi personali li jtejbu l-prestazzjoni;

(7)

ħidma f’tim: kollaborazzjoni b’mod attiv għall-ilħuq ta’ għan komuni.

(d)

Għandhom jitwettqu valutazzjoni(jiet) fuq ħarrieġ ta’ parti mill-kompitu jew simulatur.

(e)

Għandu jingħata pass fil-valutazzjoni(jiet) lil applikant li konsistentement juri l-kompetenzi definiti fil-punt (c).”;

(g)

il-punt ATCO.D.030 jitħassar;

(h)

il-punt ATCO.D.035 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.035 Eżamijiet u valutazzjoni ta’ taħriġ ta’ klassifikazzjoni

(a)

Il-korsijiet ta’ taħriġ ta’ klassifikazzjoni għandhom jinkludu eżami(jiet) teoretiku/teoretiċi f’suġġetti elenkati fil-punt ATCO.D.010(a)(2) għal mill-inqas waħda mill-klassifikazzjonijiet u l-valutazzjoni(jiet).

(b)

Għandu jingħata pass f’eżami(jiet) teoretiku/teoretiċi lil kandidat li jġib minimu ta’ 75 % tal-marki allokati għal dak l-eżami.

(c)

Bħala minimu, għandhom jiġu vvalutati l-kompetenzi li ġejjin:

(1)

għarfien tas-sitwazzjoni: fehim tas-sitwazzjoni operazzjonali attwali u antiċipazzjoni ta’ avvenimenti futuri;

(2)

ġestjoni tat-traffiku u tal-kapaċità: żgurar ta’ fluss tat-traffiku sikur, b’ordni u effiċjenti, u għoti ta’ informazzjoni essenzjali dwar l-ambjent u sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi;

(3)

separazzjoni u riżoluzzjoni tal-kunflitti: ġestjoni ta’ kunflitti tat-traffiku potenzjali u ż-żamma tas-separazzjoni;

(4)

komunikazzjoni: komunikazzjoni b’mod effettiv fis-sitwazzjonijiet operazzjonali kollha;

(5)

koordinazzjoni: immaniġġar tal-koordinazzjoni bejn il-persunal f’pożizzjonijiet operazzjonali u ma’ partijiet ikkonċernati affettwati oħrajn;

(6)

ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet mhux ta’ rutina: identifikazzjoni u reazzjoni għal sitwazzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza li jkollhom impatt fuq l-operazzjonijiet;

(7)

soluzzjoni ta’ problemi u teħid ta’ deċiżjonijiet: sejbien u implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet għal theddid identifikat u għal stati mhux mixtieqa assoċjati;

(8)

awtoġestjoni: turija ta’ attributi personali li jtejbu l-prestazzjoni u jżommu involviment attiv fl-awtoapprendiment u l-awtożvilupp;

(9)

immaniġġar tal-ammont tax-xogħol: użu tar-riżorsi disponibbli għall-prijoritizzazzjoni u twettiq ta’ kompiti b’mod effiċjenti u f’waqtu;

(10)

ħidma f’tim: kollaborazzjoni b’mod attiv għall-ilħuq ta’ għan komuni.

(d)

Għandhom jitwettqu valutazzjoni(jiet) fuq simulatur.

(e)

Għandu jingħata pass fil-valutazzjoni(jiet) lil kandidat li juri b’mod konsistenti l-kompetenzi definiti fil-punt (c) għall-istandard ta’ kompetenza u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-klassifikazzjoni li għandha tinkiseb.”;

(i)

il-punt ATCO.D.040 jitħassar;

(j)

jiddaħħal il-punt ATCO.D.043 li ġej:

“ ATCO.D.043 Prinċipji ta’ taħriġ u valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza għat-taħriġ tal-unità

Meta jiżviluppaw pjanijiet ta’ taħriġ u korsijiet għal taħriġ tal-unità, l-organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għandhom, minbarra r-rekwiżiti previsti fil-punt ATCO.D.003, jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)

definizzjoni ċara tal-kompetenzi rilevanti;

(b)

formulazzjoni tal-kompetenzi [b’mod] li jiżgura li dawn ikunu jistgħu jiġu mħarrġa, jiġu osservati u jiġu vvalutati b’mod konsistenti f’varjetà wiesgħa ta’ kuntesti ta’ xogħol;

(c)

li jiġu stabbiliti kriterji ta’ prestazzjoni ċari għall-valutazzjoni tal-kompetenza.”;

(k)

fil-punt ATCO.D.055(b), il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

il-proċess għat-tmexxija tal-kors(ijiet) ta’ approvazzjoni tal-unità;”;

(l)

fil-punt ATCO.D.060, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Il-korsijiet ta’ approvazzjoni tal-unità għandhom jiddefinixxu s-subkategorija f’konformità mal-punt ATCO.D.045(c), mal-kriterji ta’ prestazzjoni meħtieġa f’konformità mal-punt ATCO.D.043(c), u għandhom jitwettqu f’konformità mal-pjan ta’ taħriġ tal-unità.”;

(m)

il-punt ATCO.D.070 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.070 Valutazzjonijiet matul il-korsijiet ta’ approvazzjoni tal-unità

(a)

Il-valutazzjoni għandha titwettaq fl-ambjent operazzjonali f’kundizzjonijiet operazzjonali normali tal-anqas darba fi tmiem it-taħriġ fuq ix-xogħol.

(b)

Meta l-kors ta’ approvazzjoni tal-unità jkun fih fażi ta’ taħriġ minn qabel fuq ix-xogħol, il-kompetenzi tal-kandidat għandhom jiġu vvalutati fuq apparat ta’ taħriġ sintetiku tal-anqas fl-aħħar ta’ din il-fażi.

(c)

Minkejja l-punt (a), jistgħu jintużaw sessjonijiet ta’ apparat ta’ taħriġ sintetiku u intervisti orali biex jissupplimentaw il-valutazzjoni għat-turija tal-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ taħriġ li wieħed ma jiltaqax magħhom fl-ambjent operazzjonali matul il-valutazzjoni.”;

(n)

il-punt ATCO.D.075 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.075 Taħriġ ta’ kontinwazzjoni

Taħriġ ta’ kontinwazzjoni għandu jikkonsisti minn korsijiet ta’ taħriġ ta’ aġġornament u, meta rilevanti, korsijiet ta’ taħriġ ta’ konverżjoni, u għandu jiġi pprovdut skont ir-rekwiżiti inklużi fl-iskema ta’ kompetenza tal-unità msemmija fil-punt ATCO.B.025.”;

(o)

il-punt ATCO.D.080 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

Għandu jiġi ddisinjat taħriġ ta’ aġġornament biex jirrieżamina, isaħħaħ jew itejjeb l-għarfien u l-kompetenzi eżistenti tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru biex jipprovdi fluss sikur, b’ordni u veloċi ta’ traffiku tal-ajru u għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:

(1)

taħriġ ta’prattiki u ta’ proċeduri standard, permezz ta’ frażjoloġija approvata u komunikazzjoni effikaċi;

(2)

taħriġ f’sitwazzjonijiet anormali u ta’ emerġenza, permezz ta’ frażjoloġija approvata u komunikazzjoni effikaċi; u

(3)

taħriġ ta’ fatturi umani.

(c)

Għandu jiġi definit sillabu għall-kors(ijiet) ta’ taħriġ ta’ aġġornament u fejn il-kors(ijiet) jaġġorna(w) il-kompetenzi speċifiċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, għandhom jintgħażlu l-imġibiet osservabbli xierqa mill-mudell ta’ kompetenza adattat.”;

(b)

jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Taħriġ ta’ aġġornament għandu jinkludi eżamijiet jew valutazzjonijiet bl-użu tal-proċessi deskritti fl-iskema ta’ kompetenza tal-unità.”;

(p)

il-punt ATCO.D.085 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.085 Taħriġ ta’ konverżjoni

(a)

Għandhom jiġu żviluppati kors(ijiet) ta’ taħriġ ta’ konverżjoni u għandhom jiġu pprovduti minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ u approvati mill-awtorità kompetenti.

(b)

Il-kors(ijiet) tat-taħriġ ta’ konverżjoni għandhom ikunu ddisinjati biex jipprovdu għarfien u ħiliet xierqa għal bidla fl-ambjent operazzjonali u għandhom jiġu pprodvuti minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ meta l-valutazzjoni tas-sikurezza tal-bidla tidentifika l-ħtieġa ta’ tali taħriġ.

(c)

Il-kors(ijiet) ta’ taħriġ ta’ konverżjoni għandhom jinkludu d-determinazzjoni ta’ dawn it-tnejn li ġejjin:

(1)

il-metodu ta’ taħriġ xieraq għal, u d-durata tal-kors, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-estent tal-bidla;

(2)

il-metodi ta’ eżami jew valutazzjoni għat-taħriġ ta’ konverżjoni.

(d)

Meta bidla fis-sistema funzjonali twassal għall-introduzzjoni ta’ approvazzjoni tal-unità, hija meħtieġa valutazzjoni li tippermetti l-ħruġ tal-approvazzjoni tal-unità l-ġdida.

(e)

Għandu jiġi pprovdut taħriġ ta’ konverżjoni qabel ma l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fl-ambjent operazzjonali mibdul.”;

(q)

jiddaħħal il-punt ATCO.D.087 li ġej:

“ ATCO.D.087 Prinċipji għat-taħriġ u għall-valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza għall-għalliema u l-assessuri tal-prattika

(a)

It-taħriġ għall-għalliema u l-assessuri tal-prattika f’ambjent ibbażat fuq il-kompetenza għandu jiżgura li huma:

(1)

jifhmu bis-sħiħ il-prinċipji tat-taħriġ u l-valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenza;

(2)

ikollhom għarfien dettaljat tal-mudell ta’ kompetenza adattat u tal-proċessi għall-valutazzjoni tal-kompetenza.

(b)

F’ambjent ibbażat fuq il-kompetenza, għalliem tal-prattika għandu:

(1)

jagħti struzzjonijiet abbażi tal-pjan ta’ taħriġ u l-materjali ta’ taħriġ assoċjati;

(2)

jifhem il-merti tal-prestazzjoni tal-apprendisti u jipprovdi feedback f’waqtu u kontinwu dwar dan;

(3)

juża l-mudell ta’ kompetenza adattat biex jiddijanjostika l-kawża/kawżi ewlenija/ewlenin tad-diffikultajiet fil-prestazzjoni;

(4)

jirrikonoxxi l-isfidi assoċjati mal-istruzzjoni u mad-dijanjożi tan-nuqqasijiet fil-proċessi konjittivi;

(5)

jimmaniġġa kwistjonijiet relatati mal-attitudni billi jiżgura attitudni pożittiva u professjonali.

(c)

F’ambjent ibbażat fuq il-kompetenza, assessur għandu:

(1)

jiġbor evidenza tal-prestazzjoni kompetenti permezz ta’ osservazzjonijiet prattiċi (u kwalunkwe intervista assoċjata);

(2)

janalizza l-evidenza kollha biex jiddetermina jekk il-prestazzjoni tal-apprendisti turix li jkunu kisbu jew żammew il-kompetenzi dettaljati fil-mudell ta’ kompetenza adattat;

(3)

ikun kapaċi jivvaluta prestazzjoni integrata u, fl-istess ħin, jevalwa l-prestazzjoni ta’ kompetenzi separati;

(4)

iwettaq valutazzjoni(jiet) billi jiġbor evidenza tal-prestazzjoni kompetenti;

(5)

jiġbor informazzjoni għall-apprendisti b’mod li jgħin fil-progress tagħhom.”;

(r)

il-punt ATCO.D.090 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.090 Taħriġ ta’ għalliema tal-prattika

(a)

Għandu jiġi żviluppat taħriġ ta’ għalliema tal-prattika u dan għandu jiġu pprovdut minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ u għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

(1)

kors ta’ kompetenzi struzzjonali prattiċi għal OJTI u għal STDI;

(2)

kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar kompetenzi struzzjonali prattiċi;

(3)

metodu/metodi għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ għalliema tal-prattika.

(b)

Il-korsijiet ta’ taħriġ u l-metodu/i ta’ valutazzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.”;

(s)

il-punt ATCO.D.095 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ ATCO.D.095 Taħriġ ta’ assessuri

(a)

Għandu jiġi żviluppat u jiġi pprovdut it-taħriġ ta’ assessuri minn organizzazzjonijiet ta’ taħriġ u dan għandu jikkonsisti minn:

(1)

kors ta’ taħriġ ta’ assessuri;

(2)

kors ta’ taħriġ ta’ aġġornament dwar il-kompetenzi ta’ valutazzjoni;

(3)

metodu/metodi għall-valutazzjoni tal-kompetenza tal-assessuri.

(b)

Il-korsijiet ta’ taħriġ u l-metodu/i ta’ valutazzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.”.


ANNESS II

L-Anness II (il-Parti ATCO.AR) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 huwa emendat kif ġej:

(1)

fis-Sottoparti A, il-punt ATCO.AR.A.010, jiddaħħal il-punt (ca) li ġej:

“(ca)

il-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet STDI f’konformità mal-punt ATCO.C.005(b) u (c);”;

(2)

fis-Sottoparti D, il-punt ATCO.AR.D.001(a), jiddaħħal il-punt (1a) li ġej:

“(1a)

il-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet STDI f’konformità mal-punt ATCO.C.005(b) u (c);”;

(3)

fis-Sottoparti D, il-punt ATCO.AR.D.005, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

F’każijiet ta’ sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika bil-miktub lid-detentur tal-liċenzja u lill-fornitur rilevanti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru b’din id-deċiżjoni, u għandha tinforma lid-detentur tal-liċenzja bid-dritt ta’ appell tiegħu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-punt ATCO.AR.A.010.”.


ANNESS III

L-Anness III (il-Parti ATCO.OR) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 huwa emendat kif ġej:

(1)

fis-Sottoparti B, il-punt ATCO.OR.B.001, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tinkludi dan li ġej:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(2)

l-indirizz(i) tal-post(ijiet) ta’ operat (inkluż, fejn ikun rilevanti, il-lista ta’ unitajiet ATC) jekk ikunu differenti mill-indirizz tal-applikant fil-punt (1);

(3)

l-ismijiet, id-dmirijiet u l-kwalifiki ta’:

(i)

il-maniġer responsabbli;

(ii)

il-kap tal-organizzazzjoni tat-taħriġ, jekk ikun differenti mill-punt (i);

(3a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i nominata/i mill-organizzazzjoni tat-taħriġ bħala l-punt(i) fokali għall-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti;

(4)

id-data tal-bidu maħsub tal-attività jew tal-bidla;

(5)

lista tat-tipi ta’ taħriġ li għandhom jiġu pprovduti u mill-inqas kors tat-taħriġ wieħed minn kull tip ta’ taħriġ li huwa maħsub li jiġi pprovdut;

(5a)

deskrizzjoni tal-faċilitajiet u tat-tagħmir;

(6)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli li għandha tiġi ffirmata mill-maniġer responsabbli, li tiddikjara l-konformità tal-organizzazzjoni tat-taħriġ mar-rekwiżiti fi kwalunkwe waqt;

(7)

il-proċessi tas-sistema ta’ ġestjoni; u

(8)

id-data tal-applikazzjoni.”;

(2)

fis-Sottoparti B, il-punt ATCO.OR.B.015, il-frażi introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Il-bidliet li ġejjin għandhom jirrikjedu approvazzjoni minn qabel l-implimentazzjoni tagħhom, dment li ma jiġux notifikati u ġestiti f’konformità ma’ proċedura approvata mill-awtorità kompetenti kif stabbilit fil-punt ATCO.AR.E.010(c):”;

(3)

fis-Sottoparti C, il-punt ATCO.OR.C.015, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tiżgura li l-apparat ta’ taħriġ sintetiku jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet u mar-rekwiżiti applikabbli xierqa għat-tip ta’ taħriġ ipprovdut rilevanti għall-klassifikazzjoni u għall-approvazzjoni, u li jkun approvat mill-awtorità kompetenti.”;

(4)

fis-Sottoparti D, il-punt ATCO.OR.D.001, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

metodi ta’ valutazzjoni u eżami.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2143/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)