2001R1488 — MT — 01.01.2007 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1488/2001 tad-19 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 196, 20.7.2001, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1914/2003 tat-30 ta’ Ottubru 2003 |
L 283 |
27 |
31.10.2003 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 886/2004, ta’ l-4 ta’ Marzu 2004, |
L 168 |
14 |
1.5.2004 |
|
|
COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*) |
L 362 |
1 |
20.12.2006 |
|
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1488/2001
tad-19 ta’ Lulju 2001
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tat-tqegħid ta’ ċerti kwantitajiet ta’ ċerti prodotti bażiċi elenkati fl-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar intern mingħajr ma jsir l-eżami minn qabel tal-kondizzjonijiet ekonomiċi
IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbbilixxi l-arranġamenti ta’ kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 ( 2 ) u b’mod partikolari it-tielet subparafu ta’ l-Artikolu 11 (1) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, ċerti kwantitajiet ta’ ċerti prodotti bażiċi skond l-Artikolu 11 ta’ l-imsemmi Regolament jistgħu jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar intern mingħajr ma jsir l-eżami minn qabel tal-kondizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu 117(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 3 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 ( 4 ). L-arranġamenti għandhom jiġu addottati għall-implimentazzjoni ta’ din il-possibiltà u għall-ivverifikar u l-ippjanar tal-kwantitajiet ta’ prodotti bħal dawk. |
|
(2) |
Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ l-imsemmija kwantitajiet waqt li jintuża bilanċ għandha għalhekk tkun stabbilita. Din il-proċedura għandha tkun trasparenti billi jiġi pprovdut li l-imsemmi bilanċ għandu jintbagħat biex jiġi eżaminat mill-Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet orizzontali rigward il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li ma mhumiex elenkati fl-Anness I, u l-kwantitajiet għandhom jiġu ppublikati fi żmien xieraq. |
|
(3) |
Għall-għanijiet ta’ l-għoti ta’ dawn kwantitajiet, ċertifikat speċifiku għandu jiġi pprovdut sabiex tkun tista’ tinkiseb l-awtorizzazzjoni xierqa tad-dwana. |
|
(4) |
Billi l-proċedura f'dan il-każ għandha tippermetti li jiġi assigurat li l-industrija ta’ l-ipproċessar tal-Komunità jkollha aċċess għall-materja prima agrikola taħt kondizzjonijiet kompetittivi u għalhekk ma tistax tiġi pprovduta garanzija mis-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni minħabba li l-ogħla limiti stabbiliti fl-arranġamenti konklużi bis-saħħa ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat, din il-proċedura għandha tiġi mmirata lejn dawk l-operaturi li l-ħtiġiet tagħhom għar-rifużjoni m’humiex jitħarsu, sew kollha kemm huma, sew parti minnhom. |
|
(5) |
Ir-regoli għall-applikazzjoni ta’ l-għoti, l-użu u r-rilaxx ta’ dawn iċ-ċertifikati, flimkien mal-karatteristiċi tekniċi tagħhom, għandhom jiġu definiti sabiex il-proċedura relevanti tkun flessibbli u tippermetti amministrazzjoni prudenti. Għandu għalhekk isegwi, f’ambitu aktar wiesa’, li l-proċedura diġà fis-seħħ għal ċerti ċertifikati agrikoli, li hija stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li tistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta' arranġament minn qabel għall-prodotti agrikoli ( 5 ). |
|
(6) |
Inkwantu l-Kummissjoni tieħu kont tal-kumpaniji kollha li jipproċessaw prodotti agrikoli, l-oġġetti kollha li ma humiex koperti fl-Anness I għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-intier tagħhom. Il-proċedura deskritta hawn fuq għandha għalhekk tipprovdi għall-produzzjoni permezz tal-proċedura ta’ l-ipproċessar intern f’żewġ stadji, kull wieħed minnhom imwettaq minn kumpanija differenti. |
|
(7) |
Għandu jiġi pprovdut li dawn iċ-ċertifikati jkunu jistgħu jitwasslu fi tliet sezzjonijiet. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut il-ħruġ b'emerġenza ta' wieħed jew aktar sezzjonijiet biex jiġu ttrattati avvenimenti mhux mistennija, partikolarment dawk tas-suq, u d-drittijiet li jirrelataw ma’ dawn iċ-ċertifikati għandhom ikunu trasferibbli. |
|
(8) |
Sabiex ikun possibbli li ssir verifika u l-pjan tal-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi kkonċernati, għandha ssir disposizzjoni għall-komunikazzjoni ta’ statistika dwar l-użu taċ-ċertifikati li għandhom ikunu pprovduti. |
|
(9) |
Il-Kumitat Amministrattiv dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli li ma humiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat ma kienx ta’ opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Skop tar-Regolament
1. It-tqegħid ta’ ċerti kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi elenkati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 permezz ta' l-arranġamenti tal-ipproċessar intern mingħajr ma jsir l-eżami minn qabel tal-kondizzjonijiet ekonomiċi, huma suġġetti, matul il-perjodu ta’ validità tagħhom, għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-ipproċessar intern (minn hawnhekk ’il quddiem imsejjaħ “Ċertifikat IP”).
2. Żewġ awtorizzazzjonijiet suċċessivi ta’ l-ipproċessar intern jistgħu jingħataw - waħda għat-tqegħid tal-prodott bażiku u l-oħra għat-tqegħid ta’ prodott intermedjarju li jikkorrispondi għall-prodott bażiku. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi għandhom għalhekk ukoll jitqiesu li jkunu sodisfatti minn kull waħda minn dawn-l-awtorizzazzjonijiet, sakemm kull waħda mill-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tintbagħat fuq il-bażi ta’ l-istess ċertifikat IP.
L-Artikolu 2
Bilanċ
1. Mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tħejji l-bilanċ deskritt fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 u tibagħtu biex jiġi eżaminat mill-Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati li m’humiex elenkati fl-Anness I (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Grupp ta’ Esperti”).
2. Jekk l-ammont ikkalkolat li huma meħtieġ għar-rifużjonijiet jeċċedi l-fondi disponibbli, il-kwantitajiet tad-diversi prodotti, kif identifikati bil-kodiċi tagħhom tat-tmien-figuri fin-Nomeniklatura Magħqudha, għandhom ikunu ddeterminati, bi qbil ma l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, bl-għajnuna tal-bilanċ.
L-Artikolu 3
Pubblikazzjoni inizjali tal-kwantitajiet disponibbli
Il-kwantitajiet totali għal kull prodott bażiku stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) għandhom ikunu ppubblikati mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Ċertifikati jistgħu jingħataw għal dawk il-kwantitajiet fi tliet sezzjonijiet bi qbil ma’ l-Artikoli 21, 22 u 23.
L-Artikolu 4
Applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati IP
1. Jista’ japplika biss għal ċertifikat IP, operatur li jkun id-detentur titolari ta’ ċertifikat validu ta’ rifużjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 ( 6 ) jew li kien id-detentur titolari ta’ ċertifikat maħruġ matul is-sena preċedenti tal-budget.
B'dana kollu, meta t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000 jkun japplika, kull operatur li jkun ingħata rifużjoni matul is-sena tal-budget kurrenti jew preċedenti jista’ wkoll japplika għal ċertifikat IP.
2. Għandha ssir applikazzjoni separata għal kull kwantità ta’ prodott bażiku, wieħed, disponibbli, identifikat bil-kodiċi tiegħu tan-nomenklatura ta’ tmien numri. Applikazzjoni waħda biss għal kull sezzjoni tista’ ssir minn kwalunkwe operatur wieħed għal kull prodott bażiku.
L-awtorità għandha taċċetta biss applikazzjonijiet għal ċertifikati li għalihom l-applikant ikun ipprovda dikjarazzjoni bil-miktub, għas-sezzjoni konċernata, li ma jkunx għamel u jintrabat li ma jagħmilx applikazzjonijiet oħra għal ċertifikati IP għall-istess prodott bażiku fl-Istat Membru fejn ikun applika, u lanqas f’xi Stat Membru ieħor. Jekk issir aktar minn applikazzjoni waħda għall-istess prodott bażiku, l-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu miċħuda.
3. Il-kwantità totali applikabbli għal kull operatur u għal kull sezzjoni għal kull prodott bażiku m’għandhix teċċedi l-5 000 tunnellata metrika għall-prodotti bażiċi koperti bl-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tal-ħalib, zokkor u ross, u 20 000 tunnellata metrika għall-prodotti bażiċi koperti bl-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali.
L-Artikolu 5
Preżentazzjoni ta l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati
1. L-ebda applikazzjoni għal ċertifikat m’għandha tiġi aċċettata sakemm ma tintbagħatx lil jew ma tiġix ippreżentata lill-korp kompetenti fuq formoli stampati u/jew mimlija skond l-Artikolu 9.
B'dana kollu, l-korpi kompetenti jistgħu jaċċettaw bħala applikazzjonijiet validi telekomunikazzjonijiet miktuba jew messaġġi elettroniċi, sakemm jkun fihom it-tagħrif kollu li kien ikun ġie inkluż fil-formola kieku din ġiet użata. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li telekomunikazzjoni miktuba u/jew messaġġ elettroniku għandhom jiġu segwiti b’applikazzjoni fuq il-formola stampata jew mimilja skond l-Artikolu 9, mibgħuta u mwassla direttament għand il-korp kompetenti; f’dawn il-każi id-data li fiha t-telekomunikazzjoni miktuba jew il-messaġġ eletroniku jkun wasal għand il-korp kompetenti għandha titqies bħala l-jum li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. Din il-kondizzjoni meħtieġa m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ l-applikazzjonijiet mibgħuta permezz ta’ telekomunikazzjoni miktuba jew messaġġ elettroniku.
Meta applikazzjonijiet għal ċertifikati jintbagħtu elettronikament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jistabbilixxu kif il-firma bil-miktub għandha tiġi ssostitwita b’metodu ieħor, li jista’ jiġi bbażat fuq l-użu ta’ kodiċi.
2. Applikazzjonijiet għal ċertifikati jistgħu jiġu kkanċellati biss b’ittra, telekomunikazzjoni miktuba jew messaġġ elettroniku li jasal għand l-awtorità kompetenti sas-1 p.m. tal-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, barra minn f’’każi ta’ force majeure.
L-Artikolu 6
Proċedura tal- preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet
1. Il-jum li fih tiġi ppreżentata applikazzjoni għal ċertifikat hu dak il-jum li fih tasal għand il-korp kompetenti, basta li tasal mhux aktar tard mis-1 p.m., irrispettivament jekk l-applikazzjoni titwassalx direttament għand il-korp kompetenti jew tintbagħat lilu permezz ta’ ittra jew telekomunikazzjoni miktuba jew messaġġ elettroniku.
2. Applikazzjoni għal ċertifikat li tasal għand il-korp kompetenti jew nhar ta’ Sibt, jew nhar ta' Ħadd jew f’ġurnata ferjali jew wara s-1 p.m. ta’ jum tax-xogħol għandha titqies li tkun intbagħtet fl-ewwel jum tax-xogħol li jiġi wara l-jum li fih tkun fil-fatt waslet.
3. Meta perjodu ta’ numru speċifikat ta’ jiem jiġi stabbilit biex jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jew meta l-aħħar jum tal-perjodu jkun s-Sibt, il-Ħadd jew ġurnata ferjali, il-perjodu kkonċernat għandu jintemm fis-1 p.m ta’ l-ewwel jum tax-xogħol segwenti..
Iżda, dawn l-estensjonijiet m’għandhomx jiġu kkonsidrati biex jiġi ddeterminat il-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat.
4. Il-limiti taż-żmien speċifikati f’dan ir-Regolament huma fil-ħin lokali tal-Belġju.
L-Artikolu 7
Rifjut ta’ l-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet li jkun fihom kondizzjonijiet li ma hemmx provvediment dwarhom fir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu rrifjutati.
L-Artikolu 8
Estratti
Estratti minn ċertifikati għandu jkollhom l-istess effetti legali bħaċ-ċertifikati li minnhom ikunu ġew estratti, fil-limiti tal-kwantità li għalihom ikunu nħarġu dawk l-estratti.
L-Artikolu 9
Speċifikazzjonijiet għall-użu u disinn tal-formoli:
1. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 11(1), applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati, iċ-ċertifikati u l-estratti minnhom għandhom isiru fuq il-formoli li jkunu konformi mal-kampjuni elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 taħt l-intestatura “Ċertifikat ta’ Importazzjoni AGRIM”, bla ħsara għall-bidliet li ġejjin:
(a) jew it-titolu “Ċertifikat ta’ importazzjoni AGRIM” għandu jitneħħa jew jitħassar, jew inkella “ċertifikat IP” għandu jiġi ittimbrat fuqu. Dan jista’ jinkiseb b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi;
(b) is-sezzjonijiet 7 u 8 huma mħassra;
(ċ) it-titolu tas-sezzjoni 11 huwa mħassar;
(d) is-sezzjoni 19 tal-mudell taċ-ċertifikat hija mħassra;
(e) id-daħla “ċertifikat IP għall-manifattura ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I u li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000” għandha ssir jew bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi, fis-sezzjoni 20 tal-mudell ta’ l-applikazzjoni għal ċertifikat u fis-sezzjoni 24 tal-mudell taċ-ċertifikat.
Dawk il-formoli għandhom jimtlew skond l-istruzzjonijiet mogħtija fihom.
2. Il-formoli taċ-ċertifikati għandhom ikunu magħmula minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji żejda taċ-ċertifikat, f’dak l-ordni.
B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikanti jimlew formola ta’ l-applikazzjoni biss, minflok is-settijiet li dwarhom hemm provvediment fis-subparagrafu preċedenti.
Meta l-kwantità li għaliha jinħareġ ċertifikat tkun anqas mill-kwantità li tkun inizjalment saret applikazzjoni għaliha, il-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għandhom jiddaħħlu biss fuq il-formola ta’ l-applikazzjoni.
Il-formoli għall-estratti minn ċertifikat għandhom ikunu magħmula minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f’dak l-ordni.
3. Il-formoli, inklużi paġni ta’ estensjoni, għandhom jiġu stampati fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, tajba għall-kitba u tiżen ta’ l-anqas 40 gramma kull metru kwadru. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta’ 210 x 297 mm, bid-daqs tagħhom ivarja bejn 5 mm taħt il-figura msemmija l-aħħar sa 8 mm aktar; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (parti minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1 u n-naħa tal-paġni ta’ l-estenzjoni li fuqhom għandhom jidhru l-attribuzzjonijiet għandu jkollhom ukoll disinn guilloche stampat fl-isfond sabiex tinkixef kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi. L-isfond guilloche għandu jkun aħdar.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġi stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li jkunu stabbiliti fih. Fil-każ ta’ l-aħħar, għandha tidher referenza għall-approvazzjoni mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandha jkollha indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li tkun tippermetti li l-istampatur jiġi identifikat u, ħlief għall-formoli ta’ l-applikazzjoni u paġni ta’ l-estensjoni, numru tas-serje individwali. ►M3 The number shall be preceded by the following letters according to the Member State issuing the document: ‘BE’ for Belgium, ‘BG’ for Bulgaria, ‘CZ’ for the Czech Republic, ‘DK’ for Denmark, ‘DE’ for Germany, ‘EE’ for Estonia, ‘GR’ for Greece, ‘ES’ for Spain, ‘FR’ for France, ‘IE’ for Ireland, ‘IT’ for Italy, ‘CY’ for Cyprus, ‘LV’ for Latvia, ‘LT’ for Lithuania, ‘LU’ for Luxembourg, ‘HU’ for Hungary, ‘MT’ for Malta, ‘NL’ for the Netherlands, ‘AT’ for Austria, ‘PL’ for Poland, ‘PT’ for Portugal, ‘RO’ for Romania, ‘SI’ for Slovenia, ‘SK’ for Slovakia, ‘FI’ for Finland, ‘SE’ for Sweden, ‘UK’ for the United Kingdom. ◄
Fil-waqt tal-ħruġ tagħhom, iċ-ċertifikati u l-estratti jistgħu jkollhom numru ta’ ħruġ allokat mill- korp tal-ħruġ.
5. L-applikazzjonijiet, iċ-ċertifikati u l-estratti għandhom jimtlew b’mezzi stampati jew kompjuterizzati: Għandhom jiġu stampati u mimlija f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità, kif speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-applikazzjonijiet jinkitbu biss bl-idejn bil-linka u b’ittri kbar.
6. It-timbri tal-korpi tal-ħruġ u ta' l-awtoritjiet li jattribwixxu għandhom jiġu applikati permezz ta’ timbru tal-metall, preferibbilment, magħmul ta’ l-azzar. B'dana kollu, stampa b’tipa bbuzzata flimkien ma’ ittri jew figuri miksuba permezz ta’ perforazzjoni jistgħu’ jintużaw minflok t-timbu tal-korp tal-ħruġ.
7. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, meta jkun hemm bżonn, jirrikjedu li ċ-ċertifikati u l-estratti minnhom jiġu tradotti fl-ilsien uffiċjali jew xi wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.
L-Artikolu 10
Proċedura għall-ħruġ ta’ estratti
1. Meta ssir applikazzjoni mid-detentur titolari taċ-ċertifikat jew minn dak li jitrasferixxi, mal-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 tad-dokument, estratt wieħed jew aktar tiegħu, jistgħu jinħarġu mill-korp tal-ħruġ jew mill-aġenzija jew aġenziji nominati minn kull Stat Membru.
L-estratti għandhom jitħejjew f'mill-anqas f’żewġ kopji, li minnhom l-ewwel waħda, imsejħa “il-kopja tad-detentur” u mmarkata “Nru 1”, għandha tkun ipprovduta u indirizzata lill-applikant u t-tieni, imsejħa “il-kopja tal-korp tal-ħruġ” u mmarkata “Nru 2”, għandha tinżamm mill-korp tal-ħruġ.
Il-korp li joħroġ l-estratt għandu, fuq il-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat, idaħħal il-kwantità li għaliha jkun inħareġ l-estratt. Il-kelma “estratt” għandha tiddaħħal ħdejn il-kwantità mdaħħla fuq il-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat.
2. Ma jistgħu jsiru l-ebda estratti oħra ta’ l-estratt minn ċertifikat.
3. Il-kopja Nru 1 ta’ estratt li tkun intużat jew li tkun skadiet għandha tintbagħat lura mid-detentur titolari lejn il-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat, flimkien mal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat li minnu tkun inħarġet, sabiex il-korp ikun jista’ jaġġusta d-dħul fuq il-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat fid-dawl ta’ dak li jidher fuq il-kopja Nru 1 ta’ l-estratt.
L-Artikolu 11
Ċertifikati elettroniċi
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, jistgħu jinħarġu ċertifikati u jiġu użati permezz ta’ sistemi kompjuterizzati skond ir-regoli ddettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Minn hawn il-quddiem dawn iċ-ċertifikati msejħa “ċertifikati elettroniċi”.
Il-kontenut taċ-ċertifikati elettroniċi għandu jkun identiku ma’ dak taċ-ċertifikati maġħmula fuq karta.
2. Meta d-detenturi titulari jew dawk li għandhom ċertifikati trasferiti lilhom ikollhom bżonn jużaw il-forma elettronika ta' dawn fi Stat Membru li ma jkunx imqabbad mas-sistema kompjuterizzata tal-ħruġ, għandhom jitolbu estratt minnu.
Dawk l-estratti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien u mingħajr -ebda nefqa addizzjonali fuq il-formola kif ipprovdut fl-Artikolu 9(1).
Fl-Istati Membri imqabbdin ma’ sistema ta’ ħruġ kompjuterizzata, dawk l-estratti għandhom jinħarġu fuq il-formola ta’ l-estratt tal-karta.
L-Artikolu 12
Numru ta’ kopji taċ-ċertifikati IP
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, iċ-ċertifikati għandhom jitħejjew ta’ l-anqas f’żewġ kopji, li l-ewwel waħda imsejħa “il-kopja tad-detentur” u mmarkata “Nru 1”, għandha tkun ipprovduta mingħajr dewmien u indirizzata lill-applikant u t-tieni, imsejħa “il-kopja tal-korp tal-ħruġ” u mmarkata “Nru 2”, għandha tinżamm mill-korp tal-ħruġ.
L-Artikolu 13
Validità taċ-ċertifikat IP
1. Iċ-ċertifikati IP għandhom ikunu validi sat-tmiem tat-tielet xahar li jiġi wara dak li fih tkun saret l-applikazzjoni għalihom.
2. Sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu tagħhom ta’ validità, iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu fil-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, b’dak il-jum jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ dak il-perjodu ta’ validità. B'dana kollu, ċ-ċertifikati ma jistgħux jintużaw qabel ma jinħarġu fil-fatt.
3. Matul il-perjodu ta’ validità, mal-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat IP jew ta’ estratt minnu, l-operatur jista’, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nr 2454/93 ( 7 ) jagħmel applikazzjoni waħda lill-awtoritajiet tad-dwana fi Stat Membru għall-awtorizzazzjoni ta’ l-użu tal-proċedura ta’ l-ipproċessar intern għall-kwantità tal-prodott bażiku li tkun anqas jew daqs il-kwantità li jkun hemm referenza għaliha fiċ-ċertifikat jew l-estratt. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi li hemm referenza ġħalihom fl-Artikolu 117(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom għalhekk jitqiesu li jkunu ġew sodisfatti.
Madanakollu, it-tieni applikazzjoni tista’ tiġi sussegwentement aċċettata skond it-termini ta’ l-Artikolu 14.
L-awtorità tad-dwana għandha tiddikjara fit-taqsima 2 ta’ l-ewwel sezzjoni tal-kolonna 29 u fl-ewwel sezzjoni tal-kolonna 30 tal-kopja Nru 1 il-kwantità li attwalment tkun saret l-applikazzjoni għaliha.
L-awtorità tad-dwana għandha tiffirma l-ewwel Sezzjoni tal-kolonna 32 ta’ l-oriġinal tal-kopja Nru 1 u tittimbraha biex tiċċertifika d-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.
L-awtorità tad-dwana għandha imbagħad tibgħat l-oriġinal tal-kopja Nru 1 debitament mimlija lejn il-korp tal-ħruġ speċifikat fis-sezzjoni 1 fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Jekk, b'dana kollu jiġi applikat, l-Artikolu 14(1), għandha tibgħat kopja mimlija tal-kopja Nru 1 lill-korp tal-ħruġ u żżomm l-oriġinali.
Jekk iċ-ċertifikat ikun elettroniku, il-proċedura tista’ ssir elettronikament.
L-Artikolu 14
It-tieni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni
1. Fuq it-talba ta’ l-operatur, u qabel ma l-applikazzjoni għall-ewwel awtorizzazzjoni ta’ l-ipproċessar intern tkun intbagħtet, il-korp tal-ħruġ jew il-korp innominat minn kull Stat Membru (jew xi wieħed minn dawn il-korpi, jekk aktar mnn wieħed ikun ġie nnominat) għandu jdaħħal dan li ġej, debitament komplut, fis-sezzjoni 20 taċ-ċertifikat jew, meta xieraq ta’l-estratt:
—
Искане от … за второ разрешение за поставяне на продукта с код по КН … в съответствие с член 1, параграф 2 на Регламент (ЕО) № 1488/2001
—
Solicitud de segunda autorización prevista por […] para la admisión del producto de código NC […] con arreglo al apartado 2 del artículo 1 del Reglamento (CE) no 1488/2001
—
Žádost o druhé povolení k převozu zboží (vložte kód KN) podle článku 1 odstavce 2 nařízení (EK) č. 1488/2001
—
Påtænkt ansøgning om anden tilladelse fra … med henblik på henførsel af produktet … (KN-koden anføres) i henhold til artikel 1, stk. 2, i forordning (EF) nr. 1488/2001
—
Antrag auf eine zweite Bewilligung vorgesehen von …, zwecks Überführung des Erzeugnisses der KN-Position … gemäß Artikel 1 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1488/2001
—
…taotlus toote, mille CN-kood on …., lubamise teise loa saamiseks vastavalt määruse (EÜ) nr 1488/2001 artikli 1 lõikele 2
—
Αίτηση παροχής δεύτερης άδειας πού ζητήθηκε από τον … για την εμπορία του προϊόντος του κώδικα ΣΟ … σύμφωνα με το άρθρο 1 παράγραφος 2 του κανονισμού (EK) αριθ. 1488/2001
—
Application by … for a second authorisation for the placement of the product … [insert CN code] in accordance with Article 1(2) of Regulation (EC) No 1488/2001
—
Demande de deuxième autorisation envisagée par … pour le placement de produit de code NC … conformément à l'article 1 paragraphe 2 du règlement (CE) no 1488/2001
—
Domanda di seconda autorizzazione, richiesta da … per l'iscrizione del prodotto del codice NC … ai sensi dell'articolo 1, paragrafo 2, del regolamento (CE) n. 1488/2001
—
Pieteikums otrās atļaujas saņemšanai … [ieraksta KN kodu] produkta ievešanai saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 1488/2001 1. panta 2. punktu
—
Antroji … paraiška išduoti leidimą produkto KN kodas … pateikimui pagal Reglamento (EB) Nr. 1488/2001 1 straipsnio 2 dalį
—
Kérelem … részéről a(z) … termék (KN-kód) kihelyezésére vonatkozó második engedély iránt az 1488/2001/EK rendelet 1. cikkének (2) bekezdésének megfelelően
—
Applikazjoni minn… għat-tieni awtoriżżazzjoni għat-tqegħid tal-prodott… [niżżel il-kodiċi KN] skond l-Artiklu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1488/2001
—
Aanvraag voor een tweede vergunning van … voor de plaatsing van het product met GN-code … overeenkomstig artikel 1, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1488/2001
—
Wniosek składany przez … o drugie upoważnienie na objęcie produktu … (zamieścić kod CN) w związku z artykułem 1(2) Rozporządzenia (WE) nr 1488/2001
—
Pedido de segunda autorização previsto por … para a colocação do produto do código NC … em conformidade com o n.o 2 do artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 1488/2001
—
Solicitare făcută de către … pentru o a doua autorizație de plasare a produsului … (introduceți codul NC) în conformitate cu Articolul 1(2) al Regulamentului (CE) nr. 1488/2001
—
Použitie pri … pre druhé schválenie umiestnenia výrobku … [vložiť KN kód] podľa článku 1 ods. 2 nariadenia (ES) č. 1488/2001
—
Vlogo za drugo dovoljenje predložil … zaradi aktivnega oplemenitenja proizvoda s tarifno oznako … (vpisati KN kodo) v skladu s členom 1(2) Uredbe (ES) št. 1488/2001
—
Toinen lupahakemus, jonka tekee …, tuotteen, jonka CN-koodi on …, saattamiseksi sisäiseen jalostusmenettelyyn asetuksen (EY) N:o 1488/2001 1 artiklan 2 kohdan mukaisesti
—
En andra tillståndsansökan planeras av … för aktiv förädling av en produkt med KN-kod … enligt artikel 1.2 i förordning (EG) nr 1488/2001.
L-operatur jista’ jaħtar applikant wieħed biss għat-tieni awtorizzazzjoni u għal prodott wieħed biss, u jista’ jirrikjedi biss daħla waħda.
Barra minn hekk, il-korp f'dak il-każ għandu jistampa d-daħla biex jiċċertifika id-data li fiha tkun saret.
2. L-operatur - detentur ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni - għandu jinnotifika lill-awtorità tad-dwana bil-kwantità tal-prodott li hemm referenza għalih fid-daħla mogħtija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
Meta tirċievi n-notifika li hemm referenza għaliha fis-subparagrafu preċedenti, l-awtorità tad-dwana għandha żżid fis-sezzjoni 20 taċ-ċertifikat, dan li ġej, debitament komplut, wara d-daħla li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1:
—
За … kg
—
Por una cantidad de … kg
—
Za kg
—
For … kg
—
Für eine Menge von … kg
—
Kogusele …kg
—
Για ποσότητα … Κg
—
For … kg
—
Pour une quantité de … kg
—
Per una quantità di … kg
—
Par … kg
—
… kg
—
kg-ra
—
Għal … kg
—
Voor een hoeveelheid van … kg
—
Na … kg
—
Para uma quantidade de … kg
—
Pentru… kg
—
Pre … kg
—
Za … kg
—
Määrälle … kg
—
För en kvantitet på … kg.
15-il jum tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità tad-dwana għandha tibgħat l-oriġinal tal-kopja Nru 1 lill-korp tal-ħruġ speċifikat fis-sezzjoni 1.
3. Malli jirċievi l-kopja Nru 1 skond il-paragrafu 2, il-korp konċernat għandu jikkalkola n-numru ta’ jiem kalendarji li jikkorrispondu mal-perjodu ta’ validità li jkun baqa’, b’referenza għad-data li fha l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(3). Xahar sħiħ jiġi meqjus li għandu 30 jum.
4. Id-detentur taċ-ċertifikat għandu, fil-jum li fih joħroġ in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jitlob li d-drittijiet jiġu ttrasferiti jew, skond il-każ, jiġu trasferiti lura lill-operatur msemmi fil-paragrafu 1, skond l-Artikolu 15.
5. Fuq it-talba ta’ l-operatur msemmi fid-daħla tal-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, il-korp konċernat għandu jibgħat lura ċ-ċertifikat wara li jagħmel t-trasferiment jew, skond il-każ, it-trasferiment lura msemmi fil-paragrafu 4, u wara li jagħmel id-daħla, debitament mimlija, fis-sezzjoni 11:
—
Нова крайна дата на валидност: …
—
Nueva fecha de fin de validez: …
—
Nové datum konce platnosti: …
—
Ny udløbsdato …
—
Neues Ende der Gültigkeitsdauer: …
—
Uus kehtivusaeg: …
—
Nέα ημερομηνία λήξης ισχύος …
—
New expiry date: …
—
Nouvelle date de fin de validité le …
—
Nuova data di scadenza della validità: …
—
Jaunais derīguma termiņš: …
—
Nauja galiojimo pabaigos data …
—
Az érvényesség lejártának új időpontja
—
Data ġdida meta jiskadi
—
Nieuwe datum waarop geldigheidsduur afloopt: …
—
Nowa data ważności: …
—
Nova data de termo de validade: …
—
Noul termen de expirare: …
—
Nový dátum trvanlivosti: …
—
Novi datum poteka veljavnosti: …
—
Uusi voimassaolon päättymispäivä on …
—
Ny sista giltighetsdag …
Id-data l-ġdida tal-iskadenza għandha tiġi kkalkolata billi jiżdied il-perjodu kkalkolat fil-paragrafu 3 mad-data li fiha tasal l-applikazzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti.
6. Matul il-perjodu ta’ validità, mal-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat IP jew l-estratt, l-operatur jista’ jibgħat lill-awtorità tad-dwana ta’ Stat Membru, skond it-termini stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ pproċessar intern għall-kwantità anqas minn jew ugwali għall-kwantità tal-prodott speċifikat fiċ-ċertifikat jew l-estratt skond il-paragrafu 1. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 117(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom jitqiesu bħala li jkunu ġew sodisfatti.
L-awtorità doganali għandha tiddikjara l-kwantità li għaliha attwalment tkun saret l-applikazzjoni fis-Sezzjoni 2 tal-kolonna 29 u fis-sezzjoni 2 tal-kolonna 30 tal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat.
L-awtorità doganali għandha tiffirma l-oriġinal tal-kopja Nru 1 u tittimbraha biex tiċċertifika d-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni fit-tieni sezzjoni tal-kolonna 32 ta’ l-oriġinal tal-kopja Nru 1.
L-awtoritat tad-dwana għandha tibgħat l-oriġinal tal-kopja Nru 1 debitament mimlija lill-korp tal-ħruġ speċifikat fis-sezzjoni 1 fi żmien 15-il jum tax-xogħol.
7. Jekk iċ-ċertifikat ikun elettroniku, il-proċedura tista’ ssir elettronikament.
L-Artikolu 15
Trasferiment ta’ drittijiet
1. Id-drittijiet li joħorġu minn ċertifikati għandhom ikunu trasferibbli mid-detentur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tagħhom. Dak it-trasferiment jista’ jsir favur persuna waħda biss għal kull ċertifikat jew estratt tiegħu.
2. Persuna li lilha jkunu ġew trasferiti d-drittijiet li joħorġu miċ-ċertifikati ma jistgħux jerġgħu jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom jekk mhux lura lid-detentur titulari.
F’dawk il-każi, għandha ssir waħda mid-daħliet li ġejjin mill-korp tal-ħruġ fis-sezzjoni 6 taċ-ċertifikat:
—
Права, прехвърлени обратно на титулярa на … (дата) …
—
Retrocesión al titular el …
—
Práva převedena zpět na majitele …
—
Tilbageføring til indehaveren den …
—
Rückübertragung auf den Lizenzinhaber am …
—
[kuupäeval] omanikule tagasi antud õigused
—
Εκ νέου παραχώρηση στο δικαιούχο στις …
—
Rights transferred back to the titular holder on … [date]
—
Rétrocession au titulaire le …
—
Retrocessione al titolare in data …
—
… (datums) tiesības nodotas atpakaļ nominālajam īpašniekam
—
Teisės grąžinamos atgal sąvininkui … (data)
—
A jogok … -tól az eredeti jogosultra szálltak vissza
—
Drittijiet trasferiti lura lid-detentur tat-titlu fuq … [data]
—
Aan de titularis geretrocedeerd op …
—
Uprawnienia przywrócone prawowitemu posiadaczowi w dniu …(data)
—
Retrocessão ao titular em …
—
Drepturi transferate înapoi la titular la … (data) …
—
Práva prenesené na držiteľa … [dňa]
—
Pravice, prenesene nazaj na imetnika dne …
—
Palautus todistuksenhaltijalle …
—
Återbördad till licensinnehavaren den …
3. Fil-każ ta’ talba għal trasferiment mid-detentur titulari jew trasferiment lura lid-detentur titulari, mill-korp tal-ħruġ jew l-aġenzija jew aġenziji maħtura minn kull Stat Membru għandha ddaħħal dan li ġej fuq iċ-ċertifikat, jew fejn japplika fuq l-estratt minnu:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ persuna li lilha jkunu ġew trasferiti d-drittijiet li joħorġu miċ-ċertifikati jew id-daħla msemmija fil-paragrafu 2;
(b) id-data ta’ dik id-daħla ċċertifikata bit-timbru tal-korp jew tal-aġenzija.
4. It-trasferiment jew trasferiment lura lid-detentur titulari għandu jkollu effett mid-data tad-daħla.
L-Artikolu 16
Effetti tad-dħul magħmula mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru
Iċ-ċertifikati u l-estratti maħruġa u d-daħliet u l-endorsjar magħmula mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għandu jkolhom effetti legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħala dokumenti maħruġa u dħul u l-endorsjar magħmula mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.
L-Artikolu 17
Dħul żbaljati magħmula fuq ċertifikati
1. Id-dħul magħmula fuq iċ-ċertifikati jew l-estratti ma jistgħux jinbidlu wara l-ħruġ tagħhom.
2. Meta jkun hemm dubju dwar l-eżattezza ta’ dħul fuq ċertifikat jew estratt, dak iċ-ċertifikat jew l-estratt għandu, fuq l-inizjattiva tal-parti kkonċernata jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, jiġi mibgħut lura lill-korp tal-ħruġ.
Jekk il-korp ta’ ħruġ iqis li tkun meħtieġa korrezzjoni, għandu jirtira l-estratt jew iċ-ċertifikat kif ukoll estratti maħruġa qabel għandu joħroġ mingħajr dewmien estratt ikkoreġut jew ċertifikat ikkoreġut u l-estratti kkorreġuti korrispondenti. Fuq dokumenti bħal dawn, li għandhom jinkludu d-daħla “ċertifikat ikkoreġut fi…” jew “estratt ikkoreġut fi…”. Id-dħul kollha ta’ qabel għandu jiġu riprodott fuq kull kopja.
Meta l-korp tal-ħruġ ma jqisx li jkun meħtieġ li ċ-ċertifikat jew l-estratt jiġi kkoreġut, għandu jdaħħal fuqu l-endorsjar “verifikat fi… bi qbil ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1488/2001” u jpoġġi t-timbru tiegħu.
L-Artikolu 18
Ritorn taċ-ċertifikat lill-korp tal-ħruġ
1. Fuq it-talba tal-korp tal-ħruġ, id-detentur titulari għadu jibgħat lura ċ-ċertifikat u l-estratti tiegħu.
2. Meta d-dokument iddisputat jiġi mibgħut lura jew miżmum bi qbil ma’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 17, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jekk mitluba jagħtu riċevuta lill-parti kkonċernata.
L-Artikolu 19
Verifika ta’ awtentiċità
1. Fejn ikun hemm dubju dwar l-awtenċità ta’ ċertifikat jew estratt, jew xi dħul jew endorsajr fuqhom, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jibagħtu lura dan id-dokument dubjuż, jew fotokopja tiegħu, lejn l-awtoritajiet ikkonċernati għall-verifika.
Id-dokumenti jistgħu wkoll jintbagħtu lura għal random check; f’dan il-każ għandha tintbagħat lura biss fotokopja tad-dokument.
2. Meta d-dokument iddisputat jiġi ritornat skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom fuq talba jagħtu riċevuta lill-parti kkonċernata.
L-Artikolu 20
Telf ta’ ċertifikat
Fejn id-detentur jew il-persuna li lilha jkunu ġie trasferit iċ-ċertifikat IP ikunu jistgħu jipprovaw għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li sew ċ-ċertifikat jew l-estratt minnu ma kienx ġie użat kollu kemm hu jew in parti u li ma jistax jintuża aktar, partikolarment għaliex ikun ġie distrutt kollu kemm hu jew parzjalment, il-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat oriġinali għandu joħroġ ċertifikat jew estratt ieħor minn floku għall-kwantità ta’ l-oġġetti ugwali għal dik il-kwantità li jkun fadal.
Ċertifikati jew estratti ta’ bdil għandu jkun fih it-tagħrif u d-dħul li jidhru fuq id-dokument li jkun inħareġ minfloku.
L-Artikolu 21
L-ewwel sezzjoni ta’ l-ħruġ ta’ ċertifikati IP - koeffiċjent ta’ tnaqqis
1. Għall-għanijiet ta’ l-ewwel sezzjoni ta’ ħruġ ta' ċertifikati, il-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi ppubblikati skond l-Artikolu 3 għandhom jiġu koperti sal-limitu ta’ 60 %.
Wara d-data tal-pubblikazzjoni li msemmija fl-Artikolu 3 u mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru ta’ kull sena, kull operatur jista’ japplika għal ċertifikat IP wieħed għal kull prodott bażiku.
2. Sal-21 ta’ Ottubru l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għal kull prodott bażiku, waqt li jiddikjaraw il-kwantità li għaliha tkun saret applikazzjoni u l-isem tal-kumpanija tal-operatur ikkonċernat.
3. Waqt li tuża l-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tistabbilixxi koeffiċjent tat-tnaqqis għal kull prodott bażiku.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-koeffiċjent/i fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data mogħtija fil-paragrafu 2.
Fejn meħtieġ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data mogħtja fil-paragrafu 2, hi għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati bl-applikazzjonijiet li jkunu ġew miċħuda minħabba li jkunu saru mil-istess operatur f’diversi Stati Membri u għall-istess prodott bażiku.
4. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tista’ toħroġ iċ-ċertifikati li għalihom tkun saret applikazzjoni.
5. Jekk ikun ġie stabbilit koeffiċjent ta’ tnaqqis, iċ-ċertifikati maħruġa għal kull applikazzjoni għandhom jinkludu il-kwantità tal-prodott bażiku mitlub immoltiplikat bil-koeffiċjenti ta’ tnaqqis konċernat.
Il-korp tal-ħruġ għandu jindika fis-sezzjonijiet 17 u 18 il-kwantità li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat.
L-Artikolu 22
It-tieni u t-tielet pubblikazzjoni ta’ kwantitajiet disponibbli
Il-Kummissjoni, waqt li tikkonsidra l-volumi prevvisti ta’ l-esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati u s-sitwazzjoni tas-suq għal kull prodott bażiku, għandha regolarment tirrevedi l-bilanċ u tibagħtu għall-eżami tal-Grupp ta’ l-Esperti.
Meta l-ammont ta’ rifużjonijiet dovuti huwa kkalkolat li jkun akbar mir-riżorsi finanzjarju disponibbli, u billi jkunu meqjusa l-kwantitajiet diġa mogħtija b’ċertifikati u l-kwantitajiet mhux użati li dwarhom il-Kummissjoni tkun ġiet informata bi qbil ma l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament, il-kumplament tal-kwantità disponibli għal kull prodott bażiku għandha tkun iddeterminata bi qbil ma l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Dik il-kwantità għandha tkun is-suġġett tat-tieni pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena u tat-tielet pubblikazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.
L-Artikolu 23
It-tieni u t-tielet sezzjonijiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikati IP - koeffiċjent ta’ tnaqqis
1. Għall-għanijiet tat-tieni sezzjoni ta’ ċertifikati maħruġa, il-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi ppubblikati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 22 għandhom jiġu koperti sal-limitu ta’ 60 %.
Għall-għanijiet tat-tielet sezzjoni ta’ ċertifikati maħruġa, il-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi ppubblikati skond t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 22 għandhom jiġu koperti sal-limitu ta’ 100 %.
2. Kull operatur jista’ japplika għal ċertifikat IP għal kull prodott bażiku fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 22.
3. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu deskritt fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali li għalihom tkun saret applikazzjoni għal kull prodott bażiku, waqt li jiddikjaraw il-kwantità li għaliha tkun saret applikazzjoni u l-isem tan-negozju tal-operatur ikkonċernat.
4. Waqt li tuża l-kwantitajiet ippubblikati skond l-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tiffissa koeffiċjent ta’ tnaqqis għal kull prodott bażiku.
5. Il-proċedura stabbilita fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 21(4) u (5) għandha tgħodd.
L-Artikolu 24
Il-ħruġ ta’ ċertikati IP ta’ emerġenza
Matul is-sena tal-budget, billi jkunu meqjusa l-kwantitajiet diġa mogħtija b’ċertifikati u l-kwantitajiet mhux użati li dwarhom il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata bi qbil ma l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament, il-kumplament tal-kwantità disponibbli għal kull prodott bażiku identifikat bil-kodiċi ta’ tmien-figuri tan-nomeiklatura tista, bħala materja ta’ urġenza, tkun iddeterminata bi qbil ma l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93. Dik il-kwantità għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23(2) sa (5) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli.
L-Artikolu 25
Informazzjoni statistika
1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena tal-budget, l-Istati Membri, fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(3), għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali ta’ kull prodott bażiku li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni doganali u li għalihom ikun inħareġ ċertifikat skond l-Artikolu 21.
2. Sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena tal-budget, l-Istati Membri, fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(3), għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali ta’ kull prodott bażiku li għalihon tkun ingħatat awtorizzazzjoni doganali u li għalihom ikun inħareġ ċertifikat skond l-Artikoli 23 u 24.
3. Sa’ l-1 ta’ Mejju tas-sena tal-budget li ssegwi dik li fiha jkunu ngħataw l-awtorizzazzjonijiet doganali skond dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kwantitajiet attwali ta’ kull prodott bażiku importat permezz ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet.
L-Artikolu 26
Assistenza reċiproka u komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni
1. Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tat-tagħrif dwar iċ-ċertifikati u l-estratti minnhom u dwar l-irregolaritajiet u l-ksur tal-liġi dwarhom.
2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni malli jkun jafu b’kull irregolarità jew ksur tal-liġi fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati u l-estratti minnhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
4. L-Istati Membri għandhom ukoll jibagħtu lejn il-Kummissjoni l-impressjonijiet tat-timbri uffiċjali u, fejn xieraq, ta’ l-stampi b’tipa ibbuzzata, użati mill-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jaġixxu. Il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma b’dan lill-Istati Membri l-oħra.
L-Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18.
( 2 ) ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5.
( 3 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.
( 4 ) ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1.
( 5 ) ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.
( 6 ) ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1.
( 7 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.