|
19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10002 — Hoyer/Rhenus/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 347/12)
1.
Fil-5 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cotac Europe GmbH (“Cotac”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Hoyer GmbH Internationale Fachspedition (“Hoyer”, il-Ġermanja), |
|
— |
Contargo GmbH und Co. KG (“Contargo”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Rhenus SE & Co. KG (“Rhenus”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Rethmann SE & Co. KG, |
|
— |
Multimodal Tank Care GmbH (“JV”, il-Ġermanja). |
Hoyer u Rhenus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-joint venture (JV).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hoyer: kumpanija tal-loġistika internazzjonali li, b’mod partikolari ġġorr bit-triq, bil-ferrovija u bil-baħar prodotti likwidi bħalma huma kimiċi, oġġetti tal-ikel, gass u żejt minerali, |
|
— |
Cotac: tħaddem network pan-Ewropew ta’ stazzjonijiet tat-tindif tat-tankijiet u ta’ servizz għat-tankers tat-toroq, il-containers tal-gass u proċessi tas-CIP; |
|
— |
Rhenus: tipprovdi servizzi loġistiċi lil loġistiċi b’kuntratt, tat-trasport, tal-portijiet u tat-trasport pubbliku; |
|
— |
Contargo: tħaddem network ta’ loġistika interna, billi b’mod partikolari tipprovdi mħażen tal-containers u l-faċilitajiet ta’ ħżin temporanju; |
|
— |
il-JV: tipprovdi tindif u tiswija tat-tankijiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10002 — Hoyer/Rhenus/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Europäische Kommission |
|
Generaldirektion Wettbewerb |
|
Registratur Fusionskontrolle |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).