European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2517

23.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2517,

meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,

tad-19 ta’ Settembru 2024

li tadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (5) u l-Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-nuIs-Suru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1989 (2) jintemm fil-31 ta’ Ottubru 2024.

(2)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta’ kull Stat Membru, inkluż il-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jenħtieġ li tinħatar sal-31 ta’ Ottubru 2029.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1862 (3), il-Kunsill Ewropew ippropona lis-Sa Ursula VON DER LEYEN lill-Parlament Ewropew bħala kandidata għal President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew eleġġieha bħala President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tat-18 ta’ Lulju 2024.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2024/2086 (4), il-Kunsill Ewropew, bi qbil tal-President eletta tal-Kummissjoni, ħatar lis-Sa Kaja KALLAS bħala Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

(5)

Jenħtieġ li l-Kunsill jadotta, bi qbil komuni mal-President eletta tal-Kummissjoni, il-lista tal-persuni l-oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2029.

(6)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Settembru 2024, il-President eletta tal-Kummissjoni nnotifikat il-qbil tagħha f’konformità mal-Artikolu 17(7), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(7)

Skont l-Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu, TUE, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala korp għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sa Ursula VON DER LEYEN, il-President eletta tal-Kummissjoni, il-Kunsill b’dan jipproponi l-persuni li ġejjin biex jinħatru Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta’ Ottubru 2029:

 

Is-Sur Magnus BRUNNER

 

Is-Sa Maria Luís CASANOVA MORGADO DIAS DE ALBUQUERQUE

 

Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

 

Is-Sur Raffaele FITTO

 

Is-Sur Christophe HANSEN

 

Is-Sur Wopke Bastiaan HOEKSTRA

 

Is-Sur Dan JØRGENSEN

 

Is-Sur Constantinos KADIS

 

Is-Sa Marta KOS

 

Is-Sur Andrius KUBILIUS

 

Is-Sa Hadja LAHBIB

 

Is-Sur Michael MCGRATH

 

Is-Sur Glenn MICALLEF

 

Is-Sa Roxana MÎNZATU

 

Is-Sa Teresa RIBERA RODRÍGUEZ

 

Is-Sa Jessika ROSWALL

 

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

 

Is-Sur Stéphane SÉJOURNÉ

 

Is-Sur Piotr Arkadiusz SERAFIN

 

Is-Sur Jozef SÍKELA

 

Is-Sa Ekaterina SPASOVA GECHEVA-ZAHARIEVA

 

Is-Sa Dubravka ŠUICA

 

Is-Sur Apostolos TZITZIKOSTAS

 

Is-Sur Olivér VÁRHELYI

 

Is-Sa Henna Maria VIRKKUNEN,

flimkien ma’:

 

Is-Sa Kaja KALLAS, maħtura Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ‘ Sigurtà.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1989 tat-28 ta’ Novembru 2019 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 308, 29.11.2019, p. 100).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2024/1862 tas-27 ta’ Ġunju 2024 li tipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għal President tal-Kummissjoni (ĠU L, 2024/1862, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1862/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2024/2086 tal-24 ta’ Lulju 2024 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ĠU L, 2024/2086, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2086/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2517/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)