|
11.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 715/2010
tal-10 ta’ Awwissu 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2223/96 fir-rigward ta’ adattamenti wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u l-klassifikazzjoni tal-statistiska ta’ prodotti skont l-attività (CPA) f’kontijiet nazzjonali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 3(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistiċi Ewropej, billi jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tibdil strutturali fl-ekonomija. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (2) stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi, li tissejjaħ NACE Reviżjoni 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “NACE Rev.2”). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni ta’ statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (3) stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika ta’ prodotti skont l-attività (minn hawn ’il quddiem imsejħa “CPA 2008”). |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“ESA 95”) jipprovdi metodoloġija ta’ standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabilità għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri. |
|
(5) |
L-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi u klassifikazzjoni riveduta tal-istatistika ta’ prodotti skont l-attività jeħtieġu adattament tar-Regolament (KE) Nru 2223/96. |
|
(6) |
Il-Kumitat dwar l-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ ta’ Pagamenti (CMFB) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (4) ġie kkonsultat. |
|
(7) |
Il-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika ġie kkonsultat, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-terminu “NACE rev. 1” hu sostitwit b’ “NACE Rev. 2” tul it-test ħlief għal paragrafu 8.153. |
|
(2) |
Fil-paragrafu 2.34, “diviżjoni 70” hija sostitwita b’ “diviżjoni 68”. |
|
(3) |
It-test tan-nota f’qiegħ il-paġna (1) sal-paragrafu 2.103 huwa sostitwit b’ “NACE Rev. 2: Klassifikazzjoni tal-Istatistika ta” Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika’. |
|
(4) |
Fin-nota f’qiegħ il-paġna (2) sal-paragrafu 2.106, “ISIC Rev. 3” hija sostitwita b’ “ISIC Rev. 4”. |
|
(5) |
It-test tan-nota f’qiegħ il-paġna sal-paragrafu 2.118 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “CPA: Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Prodotti skont l-Attività b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (CPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93.” |
|
(6) |
Fl-Anness 7.1 għall-Kapitolu 7, id-definizzjoni ta’ “Tagħmir ta” trasport (AN.11131)’ hija sostitwita b’dan li ġej: “Tagħmir għall-ġarr ta’ persuni u oġġetti. L-eżempji jinkludu prodotti għajr il-partijiet inklużi fis-CPA (1) diviżjonijiet 29 u 30, bħal vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers, bastimenti, lokomotivi tal-ferroviji u tat-tramm u materjal ċirkulanti, ajruplani u vetturi spazjali, u muturi, roti, eċċ.”. |
|
(7) |
Fl-Anness 7.1 għall-Kapitolu 7, id-definizzjoni ta’ “Makkinarju u tagħmir ieħor (AN.11132)” hija sostitwita b’dan li ġej: “Makkinarju u tagħmir mhux ikklassifikati x”imkien ieħor. Eżempji jinkludu prodotti għajr partijiet, installazzjoni, servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni inklużi fis-CPA gruppi 28.1, makkinarju għal għanijiet ġenerali; 28.2, makkinarju ieħor għal għanijiet ġenerali; 28.3, makkinarju tal-agrikultura u l-forestrija; 28.4, makkinarju li jifforma l-metall u għodod tal-magni; 28.9 makkinarju ieħor għal għanijiet speċjali; 26.2, kompjuters u tagħmir periferali; 26.3, tagħmir ta’ komunikazzjoni; 26.4 elettroniċi għall-konsumatur; 26.5 tagħmir tal-kejl, ittestjar u navigazzjoni; arloġġi tal-idejn u arloġġi; 26.6 tagħmir tal-irradjazzjoni, elettromedikali u elettroterapewtiku; 26.7 strumenti ottiċi u tagħmir fotografiku; u fis-CPA diviżjoni 27, tagħmir elettroniku. Eżempji oħra huma prodotti għajr partijiet, installazzjoni, servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni inklużi fil-kategorija CPA sottokategorija 20.13.14, elementi tal-fjuwil (cartridges), mhux irradjati, għar-reatturi nukleari; fis-CPA diviżjoni 31, għamara; Fis-CPA gruppi 32.2, strumenti mużikali; 32.3, oġġetti tal-isport; u 25.3, ġeneraturi tal-fwar, ħlief bojlers tal-misħun tat-tisħin ċentrali’. |
|
(8) |
It-test tan-nota f’qiegħ il-paġna (1) sal-Anness 7.1 għall-Kapitolu 7 huwa sostitwit b’ dan li ġej: “Klassifikazzjoni tal-Statistika tal-Prodotti skont l-Attività (CPA)”. |
|
(9) |
Fl-Anness II paragrafu 7, “klassi 70.20 ‘Kiri ta’ proprjetà personali’ hija sostitwita bi “klassi 68.20 ‘Kiri u operazzjoni ta’ proprjetà immobbli tal-individwu jew mikrija lill-individwu’ ”, “diviżjoni 71 “Kiri ta” makkinarju u apparat li jintuża mingħar operatur u ta’ prodotti personali u domestiċi”” hija sostitwita b’ “diviżjoni 77 ‘Attivitajiet ta’ kiri u ta’ kiri fit-tul’ ” u “klassi 60.24” hija sostitwita bi “klassi 49.41”. |
|
(10) |
Fl-Anness II paragrafu 11, “klassi 65.21” hija sostitwita bi “klassi 64.91”. |
|
(11) |
Fl-Anness II paragrafu 14, “klassi 65.22” hija sostitwita bi “klassi 64.92”. |
|
(12) |
Fl-Anness III paragrafu 14, “klassi 75.30” hija sostitwita bi “klassi 84.30”. |
|
(13) |
Fl-Anness III paragrafu 17, “klassi 66.02” hija sostitwita bi “klassi 65.30”. |
|
(14) |
Fl-Anness III paragrafu 32, “klassi 66.01” hija sostitwita bi “klassi 65.11”. |
|
(15) |
Fl-Anness III paragrafu 37, “klassi 66.03” hija sostitwita bi “klassi 65.12”. |
|
(16) |
Fl-Anness III paragrafu 41, “klassi 67.20” hija sostitwita bi “grupp 66.2”. |
|
(17) |
Fit-Tabella 8.22, it-titolu tat-Tabella “INDUSTRIJI (skont it-taqsimiet tan-NACE)” huwa sostitwit b’ “INDUSTRIJI (skont it-taqsimiet ta’ NACE rev. 1)”. |
|
(18) |
Fl-Anness IV, it-titolu tat-taqsima “RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A), PRODOTTI (P) U INVESTIMENTI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS) (PI)” huwa sostitwit b’dan li ġej: “RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A*), PRODOTTI (P*) U ASSI FISSI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS (AN)”. |
|
(19) |
Fl-Anness IV, it-test li jsegwi t-titolu: “RAGGRUPPAR U KKODIFIKAR TA’ INDUSTRIJI (A), PRODOTTI (P) U INVESTIMENTI (FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS) (PI)” huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(20) |
Fl-Anness B, “A3” hija sostitwita b’ “A*3”, “A6” hija sostitwita b’ “A*10”, “A6†” hija sostitwita b’ “A*10”, “A17” hija sostitwita b’ “A*21”, “A31” hija sostitwita b’ “A*38”, u “A60” hija sostitwita b’ “A*64” tul it-test. |
|
(21) |
Fl-Anness B, fit-Tabella “Ħarsa ġenerali tat-tabelli”:
|
|
(22) |
Fl-Anness B, “n = 60” hija sostitwita b’ “n + 64” u “m = 60” hija sostitwita b’ “m = 64” tul it-test. |
|
(23) |
Fl-Anness B, it-Tabella 10 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 10 – Tabelli skont l-industrija u skont ir-reġjun (NUTS II)
|
|
(24) |
Fl-Anness B, it-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 12 – Tabelli skont l-industrija u skont ir-reġjun (NUTS III)
|
|
(25) |
Fl-Anness B, fit-Tabelli 15 u 16, “Prodotti (CPA)” huwa sostitwit minn “Prodotti (P*64)” u “Industriji (NACE A60)” hija sostitwita minn “Industriji (A*64)”. |
|
(26) |
Fl-Anness B, fit-Tabelli 17, 18 u 19, “Prodotti” hija sostitwita minn “Prodotti (P*64)”. |
|
(27) |
Fl-Anness B, fit-taqsima “Derogi mill-Istat Membru”:
|
|
(28) |
Fl-Anness B, dan li ġej huwa miżjud wara t-Tabella 26: “TRAŻMISSJONI TAD-DEJTA
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
(2) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS
“A*3
|
Nru. tas-Sekwenza |
It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
A |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
B, C, D, E u F |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; il-manifatturar; provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni; kostruzzoni |
|
3 |
G, H, I, J, K, L, M, N O, P, Q, R, S, T u U |
Servizzi |
A*10
|
Nru. tas-Sekwenza |
It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
A |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
B, C, D u E |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; il-manifatturar; provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni |
|
2a |
C |
Li minnhom: il-manifatturar |
|
3 |
F |
Kostruzzjoni |
|
4 |
G, H u I |
Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; trasportazzjoni u ħażna; akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel |
|
5 |
J |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
|
6 |
K |
Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
7 |
L |
Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli |
|
8 |
M u N |
Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
|
9 |
O, P, u Q |
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; edukazzjoni; attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali |
|
10 |
R, S, T u U |
Arti, divertiment u rikreazzjoni, tiswija ta’ oġġetti tad-dar u servizzi oħra |
A*21
|
Nru. tas-Sekwenza |
It-taqsima tan-NACE Rev. 2 |
Id-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
A |
01-03 |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
B |
05-09 |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri |
|
3 |
C |
10-33 |
Il-manifatturar |
|
4 |
D |
35 |
Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata |
|
5 |
E |
36-39 |
Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni |
|
6 |
F |
41-43 |
Kostruzzjoni |
|
7 |
G |
45-47 |
Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
8 |
H |
49-53 |
Trasport u ħażna |
|
9 |
I |
55-56 |
Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel |
|
10 |
J |
58-63 |
Informazzjoni u komunikazzjoni |
|
11 |
K |
64-66 |
Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
12 |
L |
68 |
Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli |
|
13 |
M |
69-75 |
Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi |
|
14 |
N |
77-82 |
Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
|
15 |
O |
84 |
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja |
|
16 |
P |
85 |
Edukazzjoni |
|
17 |
Q |
86-88 |
Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali |
|
18 |
R |
90-93 |
Arti, divertiment u rikreazzjoni |
|
19 |
S |
94-96 |
Attivitajiet oħra ta’ servizz |
|
20 |
T |
97-98 |
Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux iddifferenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom |
|
21 |
U |
99 |
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
A*38
|
Nru. tas-Sekwenza |
Id-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
01-03 |
Agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
05-09 |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri |
|
3 |
10-12 |
Manifatturar ta’ prodotti tal-ikel, xorb u tabakk |
|
4 |
13-15 |
Manifatturar ta’ tessuti, ħwejjeġ li jintlibsu, u prodotti tal-ġilda |
|
5 |
16-18 |
Manifatturar ta’ prodotti tal-injam u tal-karti, u stampar |
|
6 |
19 |
Manifatturar ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
7 |
20 |
Manifatturar ta’ kimiċi u prodotti kimiċi |
|
8 |
21 |
Manifatturar ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi |
|
9 |
22-23 |
Manifatturar ta’ prodotti tal-lakstu u tal-plastik, u prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi |
|
10 |
24-25 |
Manifatturar ta’ metalli bażiċi u ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir |
|
11 |
26 |
Manifatturar ta’ kompjuter, ta’ prodotti elettroniċi u ottiċi |
|
12 |
27 |
Manifatturar ta’ tagħmir elettriku |
|
13 |
28 |
Manifatturar ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c. |
|
14 |
29-30 |
Manifatturar ta’ tagħmir għat-trasport |
|
15 |
31-33 |
Manifatturar ta’ għamara; manifatturar ieħor; tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir |
|
16 |
35 |
Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata |
|
17 |
36-39 |
Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni |
|
18 |
41-43 |
Kostruzzjoni |
|
19 |
45-47 |
Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
20 |
49-53 |
Trasport u ħażna |
|
21 |
55-56 |
Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel |
|
22 |
58-60 |
Pubblikazzjoni, attivitajiet awdjoviżivi u dawk marbuta max-xandir |
|
23 |
61 |
Telekomunikazzjonijiet |
|
24 |
62-63 |
Programmar ta’ kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati; attivitajiet ta’ servizz tal-informatika |
|
25 |
64-66 |
Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
26 |
68 |
Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli |
|
26a |
|
Li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien |
|
27 |
69-71 |
Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità; attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta’ konsulenza dwar ġestjoni; attivitajiet ta’ arkitettura u ta’ inġinerija; ittestjar u analiżi tekniċi |
|
28 |
72 |
Riċerka xjentifika u żvilupp |
|
29 |
73-75 |
Reklamar u riċerka dwar is-suq; attivitajiet oħra professjonali, xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet veterinarji |
|
30 |
77-82 |
Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn |
|
31 |
84 |
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja |
|
32 |
85 |
Edukazzjoni |
|
33 |
86 |
Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem |
|
34 |
87-88 |
Attivitajiet ta’ ħidma soċjali |
|
35 |
90-93 |
Arti, divertiment u rikreazzjoni |
|
36 |
94-96 |
Attivitajiet oħra ta’ servizz |
|
37 |
97-98 |
Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux iddifferenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom |
|
38 |
99 |
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
A*64
|
Nru. tas-Sekwenza |
Id-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
01 |
Produzzjoni tal-ħxejjex u tal-annimali, kaċċa u attivitajiet ta’ servizz relatati |
|
2 |
02 |
Forestrija u qtugħ ta’ siġar għall-injam |
|
3 |
03 |
Sajd u akwakultura |
|
4 |
05-09 |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri |
|
5 |
10-12 |
Manifatturar ta’ prodotti tal-ikel, xorb u tabakk |
|
6 |
13-15 |
Manifatturar ta’ tessuti, ħwejjeġ li jintlibsu, u prodotti tal-ġilda |
|
7 |
16 |
Manifatturar ta’ injam u prodotti tal-injam u tas-sufra, ħlief għal għamara; manifatturar ta’ oġġetti tat-tiben u ta’ materjali tat-trizza |
|
8 |
17 |
Manifatturar ta’ karta u prodotti tal-karti |
|
9 |
18 |
Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata |
|
10 |
19 |
Manifatturar ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
11 |
20 |
Manifatturar ta’ kimiċi u prodotti kimiċi |
|
12 |
21 |
Manifatturar ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi |
|
13 |
22 |
Manifatturar ta’ prodotti tal-lakstu u tal-plastik |
|
14 |
23 |
Manifatturar ta’ prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi |
|
15 |
24 |
Manifatturar ta’ metalli bażiċi |
|
16 |
25 |
Manifatturar ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir |
|
17 |
26 |
Manifatturar ta’ kompjuter, prodotti elettroniċi u ottiċi |
|
18 |
27 |
Manifatturar ta’ tagħmir elettriku |
|
19 |
28 |
Manifatturar ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c. |
|
20 |
29 |
Manifatturar ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers |
|
21 |
30 |
Manifatturar ta’ tagħmir ieħor ta’ trasport |
|
22 |
31-32 |
Manifatturar tal-għamara; manifatturar ieħor |
|
23 |
33 |
Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir |
|
24 |
35 |
Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata |
|
25 |
36 |
Il-ġbir, it-trattament u l-provvista tal-ilma |
|
26 |
37-39 |
Sistema ta’ drenaġġi; attivitajiet ta’ ġbir u trattament tal-iskart u disponiment minnu; irkupru ta’ materjali; attivitajiet ta’ rimedjazzjoni u servizzi oħra ta’ ġestjoni tal-iskart |
|
27 |
41-43 |
Kostruzzjoni |
|
28 |
45 |
Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
29 |
46 |
Kummerċ bl-ingrossa, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi |
|
30 |
47 |
Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi |
|
31 |
49 |
Trasport minn fuq l-art u trasport minn ġol-katusi |
|
32 |
50 |
Trasport fuq l-ilma |
|
33 |
51 |
Trasport bl-ajru |
|
34 |
52 |
Il-ħżin tal-merkanzija u attivatijiet ta’ sostenn għat-trasportazzjoni |
|
35 |
53 |
Attivitajiet ta’ posta u dawk ta’ kurjer |
|
36 |
55-56 |
Akkomodazzjoni; attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel u x-xorb |
|
37 |
58 |
Attivitajiet ta’ pubblikazzjoni |
|
38 |
59-60 |
Produzzjoni ta’ films, vidjow u programmi televiżivi, attivitajiet ta’ reġistrazzjoni awdjo u pubblikazzjoni ta’ mużika; attivitajiet ta’ programmazzjoni u xandir |
|
39 |
61 |
Telekomunikazzjonijiet |
|
40 |
62-63 |
Programmar ta’ kompjuter, konsulenza u attivitajiet relatati; attivitajiet ta’ servizz tal-informatika |
|
41 |
64 |
Attivitajiet ta’ servizzi finanzjarji, ħlief għal fondi ta’ assigurazzjoni u pensjoni |
|
42 |
65 |
Assigurazzjoni, assigurazzjoni mill-ġdid u fondi tal-pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja |
|
43 |
66 |
Attivitajiet awżiljarji għal attivitajiet ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
44 |
68 |
Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli |
|
44a |
|
li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien |
|
45 |
69-70 |
Attivitajiet legali u dawk marbuta mal-kontabilità; attivitajiet tal-kwartieri ġenerali; attivitajiet ta’ konsulenza dwar ġestjoni |
|
46 |
71 |
Attivitajiet ta’ arkitettura u ta’ inġinerija ittestjar u analiżi tekniċi |
|
47 |
72 |
Riċerka xjentifika u żvilupp |
|
48 |
73 |
Reklamar u riċerka dwar is-suq |
|
49 |
74-75 |
Attivitajiet oħra professjonali xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet veterinarji |
|
50 |
77 |
Attivitajiet ta’ kiri u ta’ twillija |
|
51 |
78 |
Attivitajiet marbuta mal-impjieg |
|
52 |
79 |
Aġenziji tal-ivjaġġar, operaturi tal-vjaġġi u servizzi ta’ riservazzjoni u attivijitajiet relatati |
|
53 |
80-82 |
Attivitajiet ta’ sigurtà u ta’ investigazzjoni; servizzi fir-rigward ta’ binjiet u attivitajiet marbuta ma’ pajsaġġ; amministrazzjoni ta’ uffiċċji, sostenn għal uffiċċji u attivitajiet oħra ta’ sostenn għal negozju |
|
54 |
84 |
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja |
|
55 |
85 |
Edukazzjoni |
|
56 |
86 |
Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem |
|
57 |
87-88 |
Attivitajiet ta’ ħidma soċjali |
|
58 |
90-92 |
Attivitajiet kreattivi, marbuta mal-arti u divertiment; libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra; attivitajiet tal-logħob tal-flus u l-imħatri |
|
59 |
93 |
Attivitajiet ta’ sport u attivitajiet ta’ mogħdija ta’ żmien u rikreazzjoni |
|
60 |
94 |
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija |
|
61 |
95 |
Tiswija ta’ kompjuters u oġġetti personali u għad-dar |
|
62 |
96 |
Attivitajiet oħra ta’ servizz personali |
|
63 |
97-98 |
Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jimpjegaw; attivitajiet mhux iddifferenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom |
|
64 |
99 |
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
P*3
|
Nru. tas-Sekwenza |
It-taqsimiet tas-CPA 2008 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
A |
Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
B, C, D, E u F |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; prodotti manifatturati; ġestjoni tal-elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni; kostruzzjonijiet u xogħolijiet ta’ kostruzzjoni |
|
3 |
G, H, I, J, K, L, M, N O, P, Q, R, S, T u U |
Servizzi |
P*10
|
Nru. tas-Sekwenza |
It-taqsimiet tas-CPA 2008 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
A |
Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
B, C, D u E |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri; prodotti manifatturati; ġestjoni tal-elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata; provvista tal-ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni |
|
2a |
C |
Li minnhom: prodotti manifatturati |
|
3 |
F |
Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni |
|
4 |
G, H u I |
Servizzi ta’ kummerċ tal-operaturi ekonomiċi u tal-konsumaturi; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ muturi; servizzi ta’ trasportazzjoni u ħażna; akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel |
|
5 |
J |
Servizzi tal-informazzjoni u komunikazzjoni |
|
6 |
K |
Servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
7 |
L |
Servizzi relatati ma’ bini immobbli |
|
8 |
M u N |
Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi; servizzi amministrattivi u ta’ sostenn |
|
9 |
O, P, u Q |
Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali; servizzi ta’ edukazzjoni; servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali |
|
10 |
R, S, T u U |
Servizzi ta’ arti, divertiment u rikreazzjoni, tiswija ta’ oġġetti tad-dar u servizzi oħra |
P*21
|
Nru. tas-Sekwenza |
It-taqsima tas-CPA 2008 |
Id-diviżjonijiet tas-CPA 2008 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
A |
01-03 |
Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
B |
05-09 |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri |
|
3 |
C |
10-33 |
Prodotti manifatturati |
|
4 |
D |
35 |
Elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata |
|
5 |
E |
36-39 |
Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni |
|
6 |
F |
41-43 |
Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni |
|
7 |
G |
45-47 |
Servizzi ta’ kummerċ tal-operaturi ekonomiċi u tal-konsumaturi; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
8 |
H |
49-53 |
Servizzi ta’ trasportazzjoni u ta’ ħażna |
|
9 |
I |
55-56 |
Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel |
|
10 |
J |
58-63 |
Servizzi tal-informazzjoni u komunikazzjoni |
|
11 |
K |
64-66 |
Servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
12 |
L |
68 |
Servizzi relatati ma’ bini mmobbli |
|
13 |
M |
69-75 |
Servizzi prrofessjonali, xjentifiċi u tekniċi |
|
14 |
N |
77-82 |
Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn |
|
15 |
O |
84 |
Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali |
|
16 |
P |
85 |
Servizzi fl-edukazzjoni |
|
17 |
Q |
86-88 |
Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali |
|
18 |
R |
90-93 |
Arti, divertiment u rikreazzjoni |
|
19 |
S |
94-96 |
Servizzi oħra |
|
20 |
T |
97-98 |
Servizzi tal-persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati prodotti mill-persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom |
|
21 |
U |
99 |
Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
P*38
|
Nru. tas-Sekwenza |
Id-diviżjonijiet tas-CPA 2008 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
01-03 |
Prodotti tal-agrikoltura, forestrija u sajd |
|
2 |
05-09 |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri |
|
3 |
10-12 |
Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk |
|
4 |
13-15 |
Tessuti, ħwejjeġ li jintlibsu u prodotti tal-ġilda |
|
5 |
16-18 |
Prodotti tal-injam u tal-karti, u servizzi tal-istampar |
|
6 |
19 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
7 |
20 |
Kimiċi u prodotti kimiċi |
|
8 |
21 |
Prodotti bażiċi farmaċewtiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi |
|
9 |
22-23 |
Prodotti tal-lakstu u tal-plastik, u prodotti minerali oħra li mhumiex metalliċi |
|
10 |
24-25 |
Prodotti ta’ metalli bażiċi u ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir |
|
11 |
26 |
Kompjuter, prodotti elettroniċi u ottiċi |
|
12 |
27 |
Tagħmir tal-elettriku |
|
13 |
28 |
Makkinarju u tagħmir n.e.c. |
|
14 |
29-30 |
Tagћmir ta’ trasport |
|
15 |
31-33 |
Gћamara; oġġetti manifatturati oħrajn; servizzi ta’ tiswija u ta’ installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir |
|
16 |
35 |
Elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata |
|
17 |
36-39 |
Provvista ta’ ilma; sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u servizzi ta’ rimedjazzjoni |
|
18 |
41-43 |
Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni |
|
19 |
45-47 |
Servizzi ta’ kummerċ tal-operaturi ekonomiċi u tal-konsumaturi; servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
20 |
49-53 |
Servizzi ta’ trasportazzjoni u ħażna |
|
21 |
55-56 |
Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel |
|
22 |
58-60 |
Pubblikazzjoni, servizzi awdjoviżivi u dawk marbuta max-xandir |
|
23 |
61 |
Servizzi ta’ telekomunikazzjoni |
|
24 |
62-63 |
Programmar tal-kompjuter, konsulenza u servizzi relatati; servizzi ta’ informazzjoni |
|
25 |
64-66 |
Servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
|
26 |
68 |
Servizzi relatati ma’ bini immobbli |
|
26a |
|
Li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien |
|
27 |
69-71 |
Servizzi legali u ta’ kontabilità servizzi tal-kwartieri ġenerali; servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni; servizzi ta’ arkitettura u inġinerija; servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi |
|
28 |
72 |
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp xjentifiċi |
|
29 |
73-75 |
Servizzi ta’ reklamar u riċerka dwar is-suq; servizzi oħrajn professjonali, xjentifiċi u tekniċi; servizzi veterinarji |
|
30 |
77-82 |
Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn |
|
31 |
84 |
Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali |
|
32 |
85 |
Servizzi fl-edukazzjoni |
|
33 |
86 |
Servizzi mas-saħħa tal-bniedem |
|
34 |
87-88 |
Servizzi ta’ ħidma soċjali |
|
35 |
90-93 |
Servizzi ta’ arti, divertiment u rikreazzjoni |
|
36 |
94-96 |
Servizzi oħra |
|
37 |
97-98 |
Servizzi ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati prodotti mill-persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom |
|
38 |
99 |
Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
P*64
|
Nru. tas-Sekwenza |
Id-diviżjonijiet tas-CPA 2008 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
01 |
Prodotti tal-agrikoltura, il-kaċċa u servizzi relatati |
|
2 |
02 |
Prodotti tal-forestrija, u qtugħ ta’ siġar għall-injam u servizzi relatati |
|
3 |
03 |
Ħut u prodotti tas-sajd oħrajn; prodotti tal-akwakultura; servizzi ta’ sostenn għas-sajd |
|
4 |
05-09 |
Xogħol fil-minjieri u l-barrieri |
|
5 |
10-12 |
Prodotti tal-ikel; xorb; prodotti tat-tabakk |
|
6 |
13-15 |
Tessuti; ħwejjeġ li jintlibsu; prodotti tal-ġilda u oħrajn relatati |
|
7 |
16 |
Injam u prodotti tal-injam u s-sufra, ħlief għal għamara; oġġetti tat-tiben u materjali tat-trizza |
|
8 |
17 |
Karta u prodotti tal-karta |
|
9 |
18 |
Servizzi tal-istampar u tar-reġistrazzjoni |
|
10 |
19 |
Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
11 |
20 |
Kimiċi u prodotti kimiċi |
|
12 |
21 |
Prodotti bażiċi farmaċewtiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi |
|
13 |
22 |
Prodotti tal-lastku u tal-plastik |
|
14 |
23 |
Prodotti oћra minerali li m’humiex metallici |
|
15 |
24 |
Metalli bażiċi |
|
16 |
25 |
Prodotti fabbrikati mill-metall, ħlief għall-makkinarju u tagħmir |
|
17 |
26 |
Kompjuter, prodotti elettroniċi u ottiċi |
|
18 |
27 |
Tagħmir tal-elettriku |
|
19 |
28 |
Makkinarju u tagħmir n.e.c. |
|
20 |
29 |
Vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers |
|
21 |
30 |
Tagħmir ieħor tat-trasport |
|
22 |
31-32 |
Gћamara; oġġetti manifatturati oħrajn |
|
23 |
33 |
Servizzi ta’ tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir |
|
24 |
35 |
Elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata |
|
25 |
36 |
Ilma naturali; trattament tal-ilma u servizzi ta’ provvista |
|
26 |
37-39 |
Servizzi ta’ sistemi ta’ drenaġġi; tajn tad-drenaġġ; servizzi tal-ġbir u trattament tal-iskart u disponiment minnu; servizzi ta’ rkupru ta’ materjali; servizzi ta’ rimedjazzzjoni u servizzi oħrajn tal-ġestjoni tal-iskart |
|
27 |
41-43 |
Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni |
|
28 |
45 |
Servizzi ta’ negozju bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
29 |
46 |
Servizzi fil-qasam tan-negozju bl-ingrossa, ħlief għal vetturi bil-mutur u muturi |
|
30 |
47 |
Servizzi ta’ negozju bl-imnut, ħlief għal vetturi bil-mutur u muturi |
|
31 |
49 |
Servizzi ta’ trasport bl-art u servizzi ta’ trasport permezz ta’ linji ta’ pajpijiet |
|
32 |
50 |
Servizzi ta’ transport fuq l-ilma |
|
33 |
51 |
Servizzi tat-trasport bl-ajru |
|
34 |
52 |
Il-ħżin tal-merkanzija u servizzi ta’ sostenn għat-trasportazzjoni |
|
35 |
53 |
Servizzi ta’ posta u dawk tal-kurjer |
|
36 |
55-56 |
Akkomodazzjoni u servizzi marbuta mal-ikel |
|
37 |
58 |
Servizzi ta’ pubblikazzjoni |
|
38 |
59-60 |
Servizzi ta’ produzzjoni ta’ films vidjow u programmi televiżivi, reġistrazzjoni awdjo u pubblikazzjoni tal-mużika; servizzi tal-ipprogrammar u dawk marbuta max-xandir |
|
39 |
61 |
Servizzi ta’ telekomunikazzjoni |
|
40 |
62-63 |
Programmar tal-kompjuter, konsulenza u servizzi relatati; servizzi ta’ informazzjoni |
|
41 |
64 |
Servizzi finanzjarji, ħlief għal fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjoni |
|
42 |
65 |
Servizzi ta’ assigurazzjoni, assigurazzjoni mill-ġdid u fondi tal-pensjoni, ħlief għas-sigurtà soċjali obbligatorja |
|
43 |
66 |
Servizzi awżiljarji għal servizzi finanzjarji u servizzi tal-assigurazzjoni |
|
44 |
68 |
Servizzi relatati ma’ bini immobbli |
|
44a |
|
li minnhom: kirjiet imputabbli ta’ binjiet okkupati mis-sidien |
|
45 |
69-70 |
Servizzi legali u ta’ kontabilità; servizzi ta’ kwartieri ġenerali; servizzi ta’ konsulenza fil-ġestjoni |
|
46 |
71 |
Servizzi ta’ arkitettura u inġinerija; servizzi ta’ ttestjar u analiżi tekniċi |
|
47 |
72 |
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp xjentifiċi |
|
48 |
73 |
Servizzi ta’ reklamar u riċerka dwar is-suq |
|
49 |
74-75 |
Servizzi oħrajn professjonali, xjentifiċi u tekniċi; servizzi veterinarji |
|
50 |
77 |
Servizzi ta’ kiri u ta’ twillija |
|
51 |
78 |
Servizzi ta’ impjieg |
|
52 |
79 |
Aġenziji tal-ivjaġġar, operaturi tal-vjaġġi u servizzi ta’ riservazzjoni u servizzi relatati |
|
53 |
80-82 |
Servizzi ta’ sigurtà u investigazzjoni; servizzi fir-rigward ta’ binjiet u pajsaġġ; amministrazzjoni ta’ uffiċċji, sostenn għal uffiċċji u negozju ieħor |
|
54 |
84 |
Servizzi ta’ amministrazzjoni u difiża pubblika; servizzi obbligatorji ta’ sigurtà soċjali |
|
55 |
85 |
Servizzi fl-edukazzjoni |
|
56 |
86 |
Servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem |
|
57 |
87-88 |
Servizzi ta’ kura residenzjali; servizzi ta’ ħidma soċjali mingħajr akkomodazzjoni |
|
58 |
90-92 |
Servizzi kreattivi, fl-arti u d-divertiment; servizzi ta’ libreriji, arkivji, mużewijiet u servizzi kulturali oħrajn; servizzi tal-logħob tal-flus u l-imħatri |
|
59 |
93 |
Servizzi sportivi u servizzi ta’ żmien u rikreazzjoni |
|
60 |
94 |
Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet ta’ sħubija |
|
61 |
95 |
Servizzi ta’ tiswija ta’ kompjuters u oġġetti personali u tad-dar |
|
62 |
96 |
Servizzi personali oħrajn |
|
63 |
97-98 |
Servizzi ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati pprodotti minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom |
|
64 |
99 |
Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
AN_F6: Analiżi tal-assi fissi
|
Kategorija tal-assi |
Deskrizzjoni |
|
AN.1111 |
djar |
|
AN.1112 |
bini u l-istrutturi l-oħra |
|
AN.11131 |
tagħmir tat-trasport |
|
AN.11132 |
makkinarju u tagħmir ieħor |
|
AN.1114 |
assi kkultivati |
|
AN.112 |
assi fissi li mhumiex tanġibbli |
AN_F6†: Analiżi tal-assi fissi
|
Kategorija tal-assi |
Deskrizzjoni |
|
AN.1111 |
djar |
|
AN.1112 |
bini u l-istrutturi l-oħra |
|
AN.11131 |
tagħmir tat-trasport |
|
AN.11132 |
makkinarju u tagħmir ieħor |
|
li minnhom: AN.111321 |
makkinarju u tagħmir goff tal-uffiċċju |
|
li minnhom AN.111322 |
tagħmir tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni |
|
AN.1114 |
assi kkultivati |
|
AN.112 |
assi fissi li mhumiex tanġibbli |
|
li minnhom: AN.1122 |
softwer tal-kompjuter” |