8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10611 — GENERALI FRANCE / LA MÉDICALE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 111/04)

1.   

Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Generali France S.A. (“Generali France”), li tappartjeni għall-Generali Group, finalment ikkontrollat minn Assicurazioni Generali S.p.A. (l-Italja),

—

La Médicale S.A. (“La Medicale”, Franza), ikkontrollata minn Crédit Agricole S.A. (“Credit Agricole”, Franza).

Generali France se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ La Médicale u ta’ portafoll ta’ kopertura tal-mewt u telf irriversibbli ta’ awtonomija koperti minn Predica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A., sussidjarja ta’ Crédit Agricole S.A., u kkummerċjalizzata minn La Médicale (il-“Portafoll tal-Assikurazzjoni”) (2).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Generali France hija parti mill-Generali Group, grupp internazzjonali ta’ kumpaniji attivi fis-settur tal-assikrazzjoni u dak finanzjarju madwar id-dinja. Generali France tipprovdi u tiddistribwixxi kemm prodotti tal-assikurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk mhux tal-ħajja,

—

La Médicale hija assikuratur speċjalizzat Franċiż għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa attivi fi Franza u f’Monaco. Hija tipprovdi prodotti tal-assikurazzjoni mhux tal-ħajja u tiffoka fuq l-assikurazzjoni ta’ responsabbiltà medika. La Médicale toffri għadd ta’ prodotti addizzjonali, bħal għall-korrimenti personali, għall-vetturi bil-mutur, għall-proprjetà, għar-responsabbiltà, u assikurazzjoni legali. La Médicale bħalissa tikkummerċjalizza l-Portafoll tal-Assikurazzjoni, u l-Portafoll tal-Assikurazzjoni wkoll se jkun parti mill-akkwiżizzjoni mwettqa minn Generali France.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10611 — GENERALI FRANCE / LA MÉDICALE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-kas jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  L-akkwiżizzjonijiet minn Generali France ta’ La Médicale u l-Portafoll tal-Assikurazzjoni jikkostitwixxu f’konċentrazzjoni unika skont l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(3)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.