|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1313 |
13.3.2025 |
P9_TA(2024)0205
Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport (COM(2023)0441 – C9-0305/2023 – 2023/0266(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/1313)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0441), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 91(1) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0305/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0070/2024), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2024/890, 06.02.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/890/oj.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata f’il-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2023)0266
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-10 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91(1) u 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
|
(1) |
L-appoġġ favur l-isforzi lejn sostenibbiltà u effiċjenza aħjar tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni huwa prerekwiżit biex jinżamm perkors stabbli lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti sal sa mhux aktar tard mill -2050, filwaqt li fl-istess ħin titqies il-ħtieġa li jiġu ppreservati t-tkabbir u l-kompetittività kontinwi tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u inklużiva, jiġi ppreservat it-tkabbir kontinwu u tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea. [Em. 1] |
|
(2) |
Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tintuża f’diversi setturi ekonomiċi – inkluż it-trasport – biex tiġi kkwantifikata d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet speċifiċi ta’ negozji u ta’ individwi. Informazzjoni aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport hija għodda qawwija biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-akkwisti pubbliċi, jinħolqu inċentivi tajbin għall-utenti tat-trasport biex jagħmlu għażliet aktar sostenibbli, u biex tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-organizzaturi u tal-operaturi tat-trasport. Data affidabbli u komparabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija r-rekwiżit sottostanti għall-ħolqien ta’ dawn l-inċentivi, u b’hekk għall-istimulazzjoni tat-tibdil fl-imġiba kemm fost il-konsumaturi kif ukoll in-negozji, għall-kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (3) għat-trasport, u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. [Em. 2] |
|
(3) |
Minkejja l-interess dejjem akbar tal-partijiet ikkonċernati tat-trasport, l-adozzjoni ġenerali tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għadha limitata. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-utenti ma jiksbux informazzjoni akkurata dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, u l-organizzaturi u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport ma jikkalkulawx u ma jiddivulgawx l-emissjonijiet tagħhom. L-adozzjoni sproporzjonata baxxa b’mod sproporzjonat tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija osservata b’mod partikolari fost l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tan-negozji li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-UE. Fil-fatt, l-SMEs jiffaċċaw aktar piżijiet finanzjarji u burokratiċi b’mod sproporzjonat meta jiddeċiedu li jikkontabilizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom. [Em. 3] |
|
(4) |
Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-White Paper dwar it-trasport (4) li ppreżentat viżjoni għall-futur tas-sistema tat-trasport tal-UE u ddefiniet aġenda ta’ politika biex tindirizza l-isfidi futuri tat-trasport, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tinżamm u tiġi żviluppata l-mobilità u li titnaqqas b’mod konsiderevoli l-impronta tal-karbonju mill-operazzjonijiet tat-trasport u tal-loġistika. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti ta’ Diċembru 2020 (5) tirreferi għal inċentivi għall-għażla tal-aktar għażliet ta’ trasport sostenibbli, fi ħdan u bejn il-modi , b’enfasi qawwija fuq bidla għall-ferrovija kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, inklużi miri konkreti għat-tnejn li huma, bħala kontributi konkreti għar-rwol tas-settur tat-trasport fl-ilħuq tal-mira vinkolanti fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni, stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) , biex sal-2030 l-emissjonijiet tal-gassijiet serra netti tal-Unjoni jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990, u tal-objettiv biex tintlaħaq in-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050 . Dawk l-inċentivi jinkludu l-istabbiliment ta’ qafas Ewropew għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport u l-loġistika, ibbażat fuq standards rikonoxxuti globalment, li mbagħad ikun jista’ jintuża biex jipprovdi lin-negozji u lill-utenti aħħarin bi stima tal-impronta tal-karbonju tal-għażliet tagħhom, u jżid id-domanda mill-utenti finali u mill-konsumaturi biex jagħżlu soluzzjonijiet ta’ trasport u mobilità mobbiltà aktar sostenibbli , inklużi l-konsenji ta’ pakketti , filwaqt li jiġi evitat il-greenwashing. [Em. 4] |
|
(5a) |
Il-maġġoranza tal-gassijiet serra relatati mat-trasport u mal-loġistika jiġu rilaxxati matul it-tħaddim ta’ vettura, il-produzzjoni ta’ trasportatur tal-enerġija u l-manifattura ta’ vettura. [Em. 5] |
|
(6) |
Għalhekk, l-istabbiliment ta’ regoli armonizzati għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa xieraq biex jinkisbu ċifri komparabbli għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u biex tiġi evitata informazzjoni qarrieqa dwar il-prestazzjoni tagħhom li tirriżulta mill-possibbiltà li wieħed jagħżel bejn diversi metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet u d-data tal-input. Jenħtieġ li regoli bħal dawn jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-entitajiet tat-trasport tal-UE u l-entitajiet tat-trasport minn pajjiżi terzi, bejn il-modi, is-segmenti, u n-networks nazzjonali tat-trasport tal-Unjoni. Jenħtieġ li jgħinu wkoll biex jinħolqu inċentivi għal bidla fl-imġiba fost il-korpi pubbliċi, in-negozji u l-klijenti klijenti oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. [Em. 6] |
|
(7) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi qafas ta’ referenza għad-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fuq bażi volontarja jew kuntrattwali jew minħabba obbligi skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali. Jenħtieġ li jagħmel disponibbli qafas ta’ referenza għal miżuri oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jistgħu jitwettqu b’mod ulterjuri mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-industrija, inkluż meta jiġu stabbiliti klawżoli dwar it-trasparenza tal-gassijiet serra fil-kuntratti tat-trasport, tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ għażla ta’ vjaġġar jew ta’ kunsinna konsenja lill-passiġġieri jew lill-klijenti, jew jiġu stabbiliti kriterji relatati mal-klima għal proċeduri ta’ akkwist ekoloġiku. Fil-każ tal-kummerċ elettroniku u l-konsenji tal-pakketti, jiffaċilita l-konformità mar-rekwiżit biex, flimkien mal-informazzjoni attwali dwar id-data stmata tal-konsenja, jiġu pprovduti il-prezz assoċjat u l-emissjonijiet assoċjati ta’ kull għażla. [Em. 7] |
|
(8) |
Minkejja l-benefiċċji li jirriżultaw miż-żieda fit-trasparenza dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, l-applikazzjoni obbligatorja ta’ dan ir-Regolament għall-entitajiet kollha li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-Unjoni tkun sproporzjonata u twassal għal kostijiet u għal piż eċċessivi. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal dawk l-entitajiet li jiddeċiedu li jikkalkulaw u jiddivulgaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni, jew li huma obbligati jagħmlu dan minn reġimi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi rilevanti oħra. Konsegwentement, dan jinkludi servizzi li l-punti tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu f’pajjiż terz. Tabilħaqq, sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tat-trasport rilevanti kollha jiġu kkontabilizzati u jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn l-entitajiet tat-trasport tal-UE u l-entitajiet tat-trasport minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għas-servizzi tat-trasport li jibdew u jintemmu barra mit-territorju tal-Unjoni iżda li jieqfu fl-Unjoni sabiex jimbarkaw jew jiżbarkaw il-passiġġieri jew biex titgħabba jew tinħatt il-merkanzija. [Em. 8] |
|
(9) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax japplika għall-intermedjarji tad-data, bħal dawk li joffru servizzi ta’ mobilità mobbiltà diġitali multimodali, kif ukoll servizzi ta’ navigazzjoni diġitali u servizzi tal-ippjanar tar-rotot tal-vjaġġi, meta jikkalkulaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, inkluż meta jikkombinaw informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. L-intermedjarji tad-data, meta meta dawn ma jikkalkulawx direttament l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport iżda jiddivulgaw biss informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. Madankollu, jenħtieġ li l-intermedjarji tad-data jkunu marbutin bir-regoli rilevanti relatati mal-komunikazzjoni u mat-trasparenza tad-data divulgata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, biex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ dik id-data fis-suq u fil-modi tat-trasport kollha . [Em. 9] |
|
(9a) |
L-intermedjarji tad-data li joffru servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali jipprovdu lill-konsumaturi diversi għażliet ibbażati fuq il-ħin tal-ivvjaġġar, il-kostijiet relatati u l-mod tal-ivvjaġġar. Dawk l-intermedjarji tad-data jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jipprovdu lill-konsumaturi l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ vjaġġ partikolari. Għalhekk, l-entitajiet ikkonċernati jew persuni ġuridiċi jew fiżiċi rilevanti oħra jenħtieġ li jkunu obbligati jipprovdu dik l-informazzjoni lill-intermedjarji tad-data. [Em. 10] |
|
(10) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax meta l-kalkolu u d-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitwettqu f’forma aggregata. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom id-divulgazzjonijiet obbligatorji ta’ informazzjoni relatata mal-ambjent għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà u għall-istabbiliment ta’ kontijiet ambjentali għal finijiet statistiċi huma derivati minn regoli oħra tal-Unjoni, bħal dawk definiti skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (7) u r-Regolament dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (8). Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni miksuba abbażi ta’ dan ir-Regolament tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ rapporti konsolidati dwar l-emissjonijiet meħtieġa skont liġijiet applikabbli oħra tal-Unjoni, dment li l-metodoloġiji rispettivi u d-data miġbura jkunu kompatibbli biżżejjed. |
|
(10a) |
Kwalunkwe asserzjoni li ssir abbażi ta’ data tal-output irrapportata f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun f’konformità sħiħa mad-Direttiva (UE) (.....)/(....) dwar is-sostanzjar u l-komunikazzjoni ta’ asserzjonijiet ambjentali espliċiti (id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi) kif ukoll id-Direttiva (.....)/(....) li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/KE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni aħjar minn prattiki inġusti u informazzjoni aħjar. [Em. 11] |
|
(11) |
Metodu xieraq għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport huwa wieħed mill-aspetti ewlenin għall-qafas armonizzat tal-Unjoni stabbilit minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-metodu jiżgura li l-kalkoli tal-emissjonijiet imwettqa tul katina tat-trasport jipprovdu data komparabbli u akkurata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi jsegwi sett wieħed ta’ passi metodoloġiċi. Jenħtieġ li jqis ukoll b’mod adegwat il-ħtiġijiet tas-suq tat-trasport, sabiex jiġu evitati l-kumplessità bla bżonn, il-piż u l-kostijiet eċċessivi, b’mod partikolari għall-SMEs, u biex jiġi aċċettat mill-partijiet ikkonċernati. [Em. 12] |
|
(12) |
L-istandard EN ISO 14083:2023, ippubblikat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (9) f’April 2023, u li jittrasponi l-istandard ISO 14083:2023, intgħażel bħala l-metodoloġija jenħtieġ li jkun il-metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel tas-servizzi tat-trasport skont dan ir-Regolament. L-analiżi wriet li l-istandard ISO 14083:2023 wera li kien l-aktar wieħed rilevanti u proporzjonat fl-indirizzar tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament , inklużi adozzjoni rapida fis-suq u komparabbiltà tad-data . Il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet titwettaq fuq bażi well-to-wheel, li tinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-provvista tal-enerġija u mill-użu tal-vettura matul l-operazzjonijiet tat-trasport u tal-hub. [Em. 13] |
|
(12a) |
L-istandard EN ISO 14083:2023 għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari n-nuqqas li ma jqisx l-emissjonijiet tal-gassijiet serra miċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tas-servizzi tat-trasport. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fil-futur qrib biex tipprevedi l-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizzi tat-trasport. Il-metodoloġija futura jenħtieġ li tqis l-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14, il-paragrafu 5, tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-isforzi eżistenti, bħall-ISO 14067:2018 u r-Regoli tal-Kategorija tal-Prodott, dwar servizzi ta’ trasport stabbiliti fis-Sistema Internazzjonali ta’ Dikjarazzjoni tal-Prodott Ambjentali. [Em. 14] |
|
(12b) |
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni tal-Istati Membri, jenħtieġ li tiżgura li s-settur tat-trasport jkollu aċċess għall-istandard ISO 14083:2023 jew għall-istandard ekwivalenti Ewropew CEN ISO 14083 mingħajr ħlas fir-rigward tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. Jenħtieġ li -istandards ikunu aċċessibbli fil-verżjonijiet awtentiċi tagħhom kif ukoll fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni biex dan ir-Regolament isir aċċessibbli bis-sħiħ għal dawk kollha li huma soġġetti għalih. [Em. 111] |
|
(12c) |
L-Artikolu 2 tat-TUE jipprevedi li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-prinċipju tal-istat tad-dritt, li jimponi aċċess liberu għad-dritt tal-Unjoni għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha tal-Unjoni Ewropea, u li l-individwi jeħtiġilhom ikunu jistgħu jasserixxu mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tagħhom (is-sentenza tat-22 ta’ Frar 2022, Stichting Rookpreventie Jeugd et al., C-160/20, punt 41). Dan l-aċċess liberu jrid b’mod partikolari jippermetti kwalunkwe persuna, li l-leġiżlazzjoni tfittex li tipproteġi, li tivverifika, fil-limiti permessi mil-liġi, li l-persuni destinatarji tar-regoli previsti minn dik il-liġi huma effettivament konformi ma’ dawk ir-regoli. Għaldaqstant, bl-effetti mogħtija lilu mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, standard armonizzat jista’ jispeċifika d-drittijiet mogħtija lill-individwi kif ukoll l-obbligi tagħhom u dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jkunu neċessarji għalihom sabiex jivverifikaw jekk prodott jew servizz partikolari huwiex effettivament konformi mar-rekwiżiti ta’ tali leġiżlazzjoni. [Em. 112] |
|
(12d) |
Fis-sentenza tagħha tas-27 ta’Ottubru 2016 fil-Kawża C-613/14, il-Qorti ddeċidiet li standard armonizzat, adottat abbażi ta’ direttiva u li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jifforma parti mid-dritt tal-UE minħabba l-effetti legali tiegħu. Fis-sentenza tagħha tal-5 ta’ Marzu 2024 fil-Kawża C-588/21 P, il-Qorti sabet l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, fis-sens tal-aħħar klawżola tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jirriżulta mill-prinċipji tal-istat tad-dritt, it-trasparenza, il-ftuħ u l-governanza tajba, u li jiġġustifika l-iżvelar ta’ standards armonizzati speċifiċi, peress li dawk l-istandards jiffurmaw parti mil-liġi tal-Unjoni minħabba l-effetti legali tagħhom. [Em. 113] |
|
(12e) |
L-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ġeneralment jitqiesu li jinkludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel, u l-emissjonijiet tal-produzzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi tal-vetturi, kif ukoll l-infrastruttura, sa fejn ikun rilevanti, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u sabiex jiġu limitati l-kumplessità amministrattiva u l-kostijiet tal-implimentazzjoni, meta jiġu vvalutati l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, l-infrastruttura jenħtieġ li ma tiġix inkluża. [Em. 16] |
|
(13) |
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma jkunx hemm devjazzjoni mill-għażliet metodoloġiċi oriġinali tal-istandard EN ISO 14083:2023, sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fis-suq, speċjalment fil-kuntest tal-ktajjen tat-trasport internazzjonali. Madankollu, minn żmien għal żmien, huwa xieraq li , perjodikament, tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ aġġustament possibbli tal-EN ISO 14083:2023 mill-perspettiva tal-politiki tal-Unjoni, inkluża leġiżlazzjoni futura, kif ukoll ta’ emendi futuri għal dak l-istandard li jistgħu jitwettqu mill-Kumitat Ewropew għalll-Istandardizzazzjoni għall-Istandardizzazzjoni , jew minn korp kompetenti ieħor. F’każ li Jekk dawn il-valutazzjonijiet juru jikkonkludu li hemm riskju li ċerta parti tal-istandard tista’ toħloq żbilanċi bla bżonn fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport f’segmenti speċifiċi tas-suq jew twassal għal diskrepanzi bejn dak l-istandard u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tikkunsidra titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard kif xieraq, jew tiddeċiedi li teskludi dik il-parti tal-istandard mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Emenda tal-istandard jew ta’ komponent li joħloq riskju ovvju ta’ inkompatibbiltà mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u ta’ regoli applikabbli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-objettiv fit-tul dwar il-klima u l-miri intermedjarji tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-klima, jenħtieġ li tiġi eskluża. [Em. 17] |
|
(14) |
Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni mhux akkurata fis-suq, jista’ jkun hemm bżonn li tiġi ċċarata l-metodoloġija ta’ referenza fir-rigward tal-parametri u tas-suppożizzjonijiet rilevanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet qabel ma jiġi pprovdut servizz. L-istess japplika għal parametri tekniċi rilevanti oħrajn relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data f’każ li l-użu ta’ dawk il-parametri ma jiġix iċċarat b’mod espliċitu fil-metodoloġija. |
|
(15) |
Jistgħu jintużaw tipi differenti ta’ data tal-input, inkluża data primarja u sekondarja, għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. L-użu ta’ data primarja jwassal għall-aktar riżultati affidabbli u akkurati, u għalhekk jenħtieġ li jingħata prijorità biex tiġi prevista l-adozzjoni gradwali ta’ din id-data jkun obbligatorju fil-proċessi tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Madankollu, id-data peress li d-data primarja tista’ ma tkunx tista’ tinkiseb jew tkun għalja b’mod projbittiv għal ċerti partijiet ikkonċernati għall-kumpaniji żgħar u medji , speċjalment l-SMEs jenħtieġ li jkunu eżentati . Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ data sekondarja jkun permess taħt kundizzjonijiet ċari il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament . L-OEMs jenħtieġ li jipprovdu lill-SMEs aċċess għal data ta’ ġol-vettura rilevanti għal dan il-fini. [Em. 18] |
|
(15a) |
Meta organizzatur ta’ servizz tat-trasport li jissottokuntratta parzjalment jew kompletament it-twettiq konkret ta’ servizz tat-trasport u jiddeċiedi li jintegra d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-sottokuntrattur fil-kalkolu globali tiegħu, jenħtieġ li jkun jista’ joqgħod fuq data sekondarja fir-rigward tas-servizzi tat-trasport imwettqa mis-sottokuntrattur(i). Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà biex tintuża data sekondarja minn sottokuntrattur wieħed jew aktar, anke jekk id-data primarja tintuża għall-kalkolu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mis-servizzi tat-trasport imwettqa minn sottokuntratturi oħra jew mill-flotta tal-organizzatur tas-servizz tat-trasport stess. [Em. 19] |
|
(15b) |
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu inċentivi ta’ natura amministrattiva, finanzjarja jew operattiva biex jistimulaw l-użu ta’ data primarja u, f’dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta jistabbilixxu tali inċentivi, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. [Em. 20] |
|
(16) |
Fir-rigward tad-data sekondarja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport jistgħu jiġu kkalkolati bl-użu ta’ valuri prestabbiliti jew ta’ data mmudellata. Madankollu, jenħtieġ li l-użu ta’ valuri prestabbiliti u ta’ data mmudellata jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz speċifiku tat-trasport, u għalhekk jenħtieġ li dawk il-valuri prestabbiliti jiġu stabbiliti u d-data mmudellata tiġi żviluppata u aġġornata regolarment b’mod newtrali u oġġettiv, abbażi ta’ sorsi affidabbli u ta’ parametri adegwati. Il-bażijiet tad-data u l-valuri prestabbiliti li jwasslu biex l-emissjonijiet riżultanti jiġu sottodikjarati meta mqabbla ma’ dawk iddikjarati fir-rapportar tad-data primarja jitqiesu bħala li ma għaddewx mill-kontrolli tekniċi tal-kwalità rigward l-akkuratezza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni. Dawk il-kontrolli tekniċi tal-kwalità jenħtieġ li jiġu ripetuti regolarment. [Em. 21] |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex tittejjeb il-komparabbiltà tar-riżultati tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament . Jenħtieġ li din il-bażi tad-data, meta applikabbli, tipprovdi biżżejjed granularità u tirrifletti l-ispeċifiċitajiet settorjali, nazzjonali u reġjonali madwar l-Unjoni, u jenħtieġ li tinkludi tabelli separati għal kull tip ta’ trasport, filwaqt li tiżgura aġġornament regolari u inkorporazzjoni ta’ avvanzi teknoloġiċi tal-ogħla livell fit-tnaqqis tal-emissjonijiet . Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet settorjali, nazzjonali u reġjonali ta’ dawk il-valuri prestabbiliti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jkunu permessi bażijiet tad-data u settijiet tad-data rilevanti oħra operati minn partijiet terzi bil-kundizzjoni li dawn jgħaddu minn kontroll tekniku tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni. [Em. 22] |
|
(18) |
Meta tiġi stabbilita l-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport, il-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport huma meħtieġa li jiksbu stimi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriflettu l-ammont ta’ enerġija użata f’perspettiva well-to-wheel. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra tat-trasportaturi tal-enerġija biex jiġu ggarantiti l-komparabbiltà u l-kwalità tad-data tal-input. |
|
(18a) |
Jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ approċċ ibbażat fuq il-post, abbażi tal-fatt li jiġi żgurat sett ta’ valuri tal-intensità aġġornati u akkurati għall-Istati Membri differenti, meta jiġu kkwantifikati emissjonijiet relatati mal-użu ta’ elettriku abbażi ta’ valuri tal-intensità tal-emissjonijiet aġġornati u akkurati għal kull Stat Membru. Huwa mixtieq ukoll approċċ ibbażat fuq is-suq, dment li tiġi żgurata traċċabbiltà xierqa, permezz ta’ kuntratt akkreditabbli mal-garanziji tal-oriġini. Il-bażijiet tad-data stabbiliti minn dan ir-regolament jenħtieġ li jużaw ċifri bbażati fuq approċċ ibbażat fuq il-post. [Em. 23] |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra stabbiliti minn dan ir-Regolament , kif ukoll il-verifika il-kontroll tekniku tal-kwalità teknika tal-bażijiet tad-data esterni u tas-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi jitwettqu minn korp newtrali u kompetenti li jopera fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-mandat tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ din il-parti tar-Regolament. Meta rilevanti, din il-ħidma tista’ tiddependi fuq il-kontribuzzjoni minn korpi settorjali oħra tal-UE u tiġi appoġġata minnhom, f’konformità mad-dritt separat tal-Unjoni. [Em. 24] |
|
(20) |
Tista’ tintuża data mmudellata jekk tkun ibbażata fuq mudell stabbilit f’konformità mal-metodoloġija ta’ referenza u, meta rilevanti, dispożizzjonijiet oħra dwar l-użu ta’ data sekondarja u ta’ għodod ta’ kalkolu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(21) |
Ir-Regolament (UE) 2015/757 (10) u d-Direttiva 2003/87/KE (11) jirrikjedu l-ġbir, il-kalkolu u r-rappurtar annwali tal-emissjonijiet ta’ CO2 gassijiet serra mill-bastimenti u mill-inġenji tal-ajru, rispettivament. Ir-Regolament (UE) 2015/757 u d-Direttiva 2003/87/KE jistgħu sa ċertu punt ikunu komplementari għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, speċjalment f’termini tal-produzzjoni ta’ data dwar il-fjuwil maħruq bħala input għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ servizzi tat-trasport. Id-data tal-input għall-ġenerazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tista’ toriġina wkoll mill-implimentazzjoni ta’ oqfsa leġiżlattivi oħra, bħar-Regolament (UE) 2019/1242 (12) , ir-Regolament (UE) 2019/631 (13) u r-Regolament (UE) 2019/631 2023/2405 (14). [Em. 25] |
|
(22) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metriki komuni biex tiġi espressa d-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li hija l-bażi tal-komparabbiltà ta’ dik id-data u li tippermetti valutazzjoni komparattiva effettiva ta’ diversi servizzi tat-trasport. Jenħtieġ li l-metriki komuni jippermettu wkoll komunikazzjoni ċara minn fornitur tad-data u fehim akkurat ta’ din il-komunikazzjoni minn riċevitur tad-data. F’dan is-sens, meta jiġu ddeterminati d-distanzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment tal-intensità tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika r-regoli dettaljati dwar l-użu tal-għażla tad-Distanza Ortodromika (“GCD”) fl-ISO14083. Dawk ir-regoli jenħtieġ li ma jipprevjenux l-użu ta’ data primarja dwar id-distanza reali, bħal fis-settur ferrovjarju. [Em. 26] |
|
(23) |
Kwalunkwe informazzjoni diżaggregata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li tiġi ddivulgata lil parti terza għal finijiet kummerċjali jew regolatorji f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi b’mod indispensabbli u prominenti d-data tal-output stabbilita skont ir-regoli speċifiċi għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jistgħu jiżdiedu elementi addizzjonali tad-data, li jservu skopijiet oħra għajr dawk definiti skont dan ir-Regolament, meta rilevanti. |
|
(23a) |
Id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni rigward l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel il-forniment ta’ servizz tat-trasport hija kruċjali biex jiġi mħeġġeġ proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat miċ-ċittadini u tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ entitajiet li jorganizzaw u jipprovdu dawn is-servizzi fis-suq. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatata ma’ servizz tat-trasport speċifiku jenħtieġ li tiġi ddivulgata mill-entitajiet ikkonċernati u l-intermedjarji tad-data, kull meta possibbli, qabel il-forniment tas-servizz tat-trasport. Madankollu, l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tista’ tiġi ddivulgata wara l-forniment tas-servizz tat-trasport, b’mod partikolari meta l-komunikazzjonijiet bejn il-kumpaniji jeħtieġu livell aktar dettaljat ta’ informazzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ktajjen loġistiċi u r-relazzjonijiet kuntrattwali tas-sottokuntrattar. [Em. 27] |
|
(23b) |
L-intermedjarji tad-data jenħtieġ li jkunu obbligati jinkorporaw l-informazzjoni b’mod viżibbli f’kull riżultat tat-tiftix u jinkludu l-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet bħala għażla ta’ klassifikazzjoni prestabbilta, fejn tintwera l-ewwel l-għażla l-aktar ekoloġika, kif ukoll tqabbil faċli bejn għażliet modali differenti, inkluż l-użu ta’ vetturi privati kif ukoll għażliet ta’ roti, meta xieraq. L-operaturi tal-kummerċ elettroniku jenħtieġ li juru wkoll l-emissjonijiet tas-servizz tat-trasport assoċjati mal-għażliet differenti ta’ konsenja tal-pakketti, flimkien mad-data u l-kost stmati attwalment disponibbli. Id-data tal-output relatata mal-emissjonijiet reali tas-servizz tat-trasport jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll wara t-tlestija tagħha. [Em. 28] |
|
(24) |
Sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li entità li tikkalkula u tiddivulga informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport tkun tista’ tipproduċi evidenza biex tissostanzja d-data tal-output rispettiva. Jenħtieġ li l-evidenza titfassal skont ir-regoli dwar ir-rappurtar fil-livell ta’ servizz tat-trasport stabbiliti bl-istandard EN ISO 14083:2023, u għandha tkun disponibbli fuq talba ta’ awtorità kompetenti, bħal qorti, jew kwalunkwe parti terza oħra jekk dan ikun meħtieġ skont arranġamenti separati, inkluż fil-perspettiva minn negozju għal negozju. |
|
(25) |
Sakemm ma japplikawx arranġamenti separati, jenħtieġ li intermedjarju tad-data li jiġbor informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra, u d-divulgazzjoni tagħha fis-suq, ma jitqiesx responsabbli f’każ li din l-informazzjoni tikser xi wieħed mir-rekwiżiti relatati mal-kalkolu u mal-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u maċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu, stabbiliti minn dan ir-Regolament. Madankollu, l-intermedjarju tad-data jenħtieġ li jagħmel sforz biex jipprevjeni milli tiġi ddivulgata informazzjoni mhux akkurata jew mhux korretta, u jenħtieġ li jirrispetta r-regoli relatati mad-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, mal-komunikazzjoni u mat-trasparenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-intermedjarju tad-data jipprovdi s-sors ta’ din l-informazzjoni, biex jippermetti l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-informazzjoni rispettiv. |
|
(26) |
L-għodod ta’ kalkolu esterni li huma pprovduti fis-suq għall-użu kummerċjali u mhux kummerċjali usa’ jistgħu jiffaċilitaw il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u b’hekk jappoġġaw l-adozzjoni tagħha mill-gruppi usa’ ta’ partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-għodod jiġi ċċertifikat biex jiggarantixxi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-metodoloġija ta’ referenza komuni u ta’ sett xieraq ta’ data tal-input. Iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li tispeċifika jekk l-għodda ta’ kalkolu tappoġġax kalkoli bbażati fuq data primarja. [Em. 29] |
|
(26a) |
Sabiex tinħoloq proċedura komuni u li titqabbel faċilment, kif ukoll biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-entitajiet li jixtiequ jikkalkulaw l-emissjonijiet tagħhom, b’mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa għodda ta’ kalkolu li tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, li tiggarantixxi aċċessibbiltà tad-data tal-output u li tkun faċli biex tintuża u aċċessibbli online. Din l-għodda ta’ kalkolu jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ gwida pass pass. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li din l-għodda tgħin biex titqajjem kuxjenza u tinċentiva l-użu tad-data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. [Em. 30] |
|
(27) |
Sistema ta’ verifika mfassla kif xieraq għall-konformità tad-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra divulgata fis-suq u l-proċessi ta’ kalkolu sottostanti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament , hija mistennija għandha żżid sostanzjalment il-fiduċja fl-affidabbiltà u l-akkuratezza ta’ dik id-data. Jenħtieġ li l-entitajiet li jkunu għaddew b’suċċess mill-valutazzjoni tal-konformità jkunu intitolati li jiksbu prova tal-konformità, li għandha jeħtieġ li tiġi rrikonoxxuta b’mod komuni madwar l-Unjoni. Meta tiġi inkluża data primarja, Jenħtieġ li l-prova tal-konformità tirrikonoxxiha, speċjalment biex tispeċifika s-sehem ta’ data primarja użata, sabiex tinċentiva l-ġbir u l-użu ta’ data primarja minn kwalunkwe entità kkonċernata mir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament. [Em. 31] |
|
(28) |
Il-piż amministrattiv marbut mal-verifika jista’ jkun sproporzjonat għal kumpaniji iżgħar u għalhekk jenħtieġ li jiġi evitat. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-SMEs jiġu eżentati mir-rekwiżiti relatati mal-verifika, sakemm dawn l-intrapriżi ma jkunux jixtiequ jiksbu prova rispettiva tal-konformità. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-intrapriżi l-kbar iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità meta jikkunsidraw li jitolbu l-verifika tal-konformità mis-sħab tal-katina tal-valur, b’mod partikolari l-SMEs. |
|
(28a) |
Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bbażata fuq data primarja tista’ tiżvela l-ammont ta’ fjuwil jew enerġija kkonsmati li huwa relatat mal-inkarigi ta’ klijenti speċifiċi, u għalhekk l-emissjonijiet jistgħu jiġu kkonvertiti b’mod invers fil-kost tal-operazzjoni. Speċjalment fis-settur tat-trasport tal-merkanzija, dan jaffettwa b’mod negattiv is-setgħa ta’ negozjar tal-SMEs. Għalhekk, l-intrapriżi l-kbar jenħtieġ li ma jitħallewx jitolbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra abbażi ta’ data primarja mis-sħab tal-katina tal-valur, b’mod partikolari mill-SMEs. [Em. 32] |
|
(29) |
F’każ li l-verifika tal-informazzjoni dwar id-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tiġi organizzata f’konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti tal-kompetizzjoni għat-trasport sostenibbli bl-ajru u implimentat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, dawn ir-regoli għandhom jiġu ttrattati b’mod ekwivalenti, bil-kundizzjoni li l-valutazzjoni tal-verifika tiġi stabbilita b’mod konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
|
(29a) |
Biex jiġu żgurati l-adozzjoni u l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tiegħu, inkluż bl-istabbiliment ta’ sistema ta’ penali. Il-penali finanzjarji jenħtieġ li jkunu proporzjonati u dissważivi, u jqisu kwalunkwe okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ kalkolu u ta’ informazzjoni jew tal-forniment ta’ informazzjoni qarrieqa minn entitajiet ikkonċernati. L-ammonti minimi jew massimi stabbiliti jenħtieġ li bl-ebda mod ma jiġġeneraw xi inċentiv għan-nonkonformità. [Em. 33] |
|
(30) |
Sabiex ikun possibbli l-funzjonament effiċjenti ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni u tal-esklużjoni ta’ ċerti elementi tal-metodoloġija ta’ referenza; is-sottomissjoni ta’ talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, l-istabbiliment ta’ regoli għat-twettiq tal-kontroll tekniku tal-kwalità ta’ bażijiet tad-data esterni ta’ valuri prestabbiliti, l-adattament tal-metriki għad-data tal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-istabbiliment ta’ metodi u ta’ kriterji ulterjuri ta’ akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(31) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu u l-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
|
(32) |
Il-komparabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u l-użu aħjar tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-prattika tan-negozju ma humiex objettivi li jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri mingħajr ma jirriskjaw li jintroduċu burokrazija fis-suq intern u b’kostijiet u b’piż amministrattiv addizzjonali għall-industriji. Minflok, dawk l-objettivi jistgħu, minħabba l-effetti tan-network tal-Istati Membri meta jaġixxu flimkien, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(33) |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq għall-kisba tal-objettiv bażiku li tiġi inċentivata bidla fl-imġiba fost in-negozji u l-klijenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kontabbiltà u d-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni. [Em. 34]
Artikolu 2
Ambitu
Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe entità li tipprovdi jew torganizza servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Unjoni li tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni u li tiddivulga informazzjoni diżaggregata dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza għal finijiet kummerċjali jew regolatorji. :
|
(a) |
entitajiet li jipprovdu jew jorganizzaw servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Unjoni li jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni, u jiddivulgaw informazzjoni diżaggregata dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza; |
|
(b) |
intermedjarji tad-data li jikkalkulaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u mhux biss jiddivulgaw informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. [Em. 35] |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“gass serra” tfisser kostitwent gassuż tal-atmosfera, kemm naturali kif ukoll antropoġeniku, li jassorbi u jarmi radjazzjoni f’tul ta’ mewġa speċifiku fl-ispettru tar-radjazzjoni infraħamra emessa mill-wiċċ tad-dinja, mill-atmosfera u mis-sħab , kif stabbilit fl-aktar Rapport ta’ Valutazzjoni reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) ; [Em. 36] |
|
(2) |
“emissjoni ta’ gassijiet serra” tfisser ir-rilaxx ta’ gass serra fl-atmosfera espress f’massa ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju; |
|
(3) |
“ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e)” tfisser unità għat-tqabbil tal-forza radjattiva ta’ gass serra ma’ dik tad-diossidu tal-karbonju; |
|
(4) |
“kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra” tfisser l-azzjonijiet imwettqa għall-kwantifikazzjoni, permezz ta’ kejl u kalkoli, u użati għar-rapportar, tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; |
|
(5) |
“servizz tat-trasport” tfisser it-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġier minn oriġini għal destinazzjoni; servizz tat-trasport jista’ jimplika element wieħed jew aktar tal-katina tat-trasport li jeħtieġu kemm operazzjoni(jiet) tat-trasport kif ukoll/jew operazzjoni(jiet) tal-hub; |
|
(6) |
“operazzjoni tat-trasport” tfisser it-tħaddim ta’ vettura sabiex jiġu ttrasportati l-passiġġieri u/jew il-merkanzija; |
|
(7) |
“operazzjoni tal-hub” tfisser operazzjoni sabiex jiġu ttrasferiti merkanzija jew passiġġieri minn ġo ċentru; |
|
(8) |
“vettura” tfisser mezz għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tal-merkanzija fil-modi kollha tat-trasport; |
|
(9) |
“katina tat-trasport” tfisser sekwenza ta’ elementi tat-trasport relatati mal-merkanzija jew ma’ (grupp ta’) passiġġier(i) li, meta jittieħdu flimkien, jikkostitwixxu l-moviment tagħha minn oriġini sa destinazzjoni; |
|
(10) |
“element tal-katina tat-trasport” tfisser taqsima ta’ katina tat-trasport li fiha l-merkanzija jew (grupp ta’) passiġġier(i) jinġarr minn vettura waħda jew jgħaddi minn hub wieħed; |
|
(11) |
“divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport” tfisser il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni diżaggregata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati ma’ servizz tat-trasport speċifiku minn entità kkonċernata jew minn intermedjarju tad-data lil kwalunkwe parti terza, fil-kuntest tal-forniment, tal-komunikazzjoni jew tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak is-servizz, jew qabel jew wara l-forniment tas-servizz tat-trasport; |
|
(12) |
“entità kkonċernata” tfisser entità li tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni u li tiddivulga informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza, għal finijiet kummerċjali jew regolatorji; |
|
(13) |
“intermedjarju tad-data” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li tiġbor , tikkalkula jew u tiddivulga informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport abbażi ta’ arranġamenti legali, kuntrattwali jew rilevanti oħra separati; [Em. 37] |
|
(14) |
“attività ta’ gassijiet serra” tfisser attività li tirriżulta f’emissjoni ta’ gassijiet serra; |
|
(15) |
“data dwar attività ta’ gassijiet serra” tfisser kejl kwantitattiv ta’ attività ta’ gassijiet serra; |
|
(16) |
“intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser il-koeffiċjent li jirrelata d-data speċifikata dwar l-attività ta’ gassijiet serra mal-emissjoni ta’ gassijiet serra; |
|
(17) |
“fattur ta’ emissjoni tal-gassijiet serra” tfisser il-koeffiċjent koeffiċjent li jirrelata d-data speċifikata dwar l-attività ta’ gassijiet serra mal-emissjoni ta’ gassijiet serra; [Em. 38] |
|
(18) |
“emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel” tfisser emissjonijiet li jirrappreżentaw l-impatt tal-gassijiet serra li jirriżultaw kemm mill-użu tal-vettura kif ukoll mill-provvista tal-enerġija tal-vetturi , li huma subsett tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ; [Em. 39] |
|
(19) |
“emissjonijiet tank-to-wheel” tfisser emissjonijiet relatati mal-propulsjoni tal-vettura mill-użu tal-enerġija; subsett ta’ emissjonijiet well-to-wheel; |
|
(19a) |
“emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ” tfisser l-emissjonijiet li jirrappreżentaw is-somma tas-sehem korrispondenti ta’ emissjonijiet relatati mal-kostruzzjoni tal-infrastruttura użata mill-vettura, l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni, il-manutenzjoni u t-tmiem tal-ħajja tal-vettura u l-emissjonijiet well-to-wheel; [Em. 40] |
|
(20) |
“trasportatur tal-enerġija” tfisser sustanza jew fenomenu li jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ xogħol mekkaniku jew ta’ tisħin jew biex jiġu operati proċessi kimiċi jew fiżiċi; |
|
(21) |
“data primarja” tfisser valur kwantifikat ta’ proċess jew attività miksuba minn kejl dirett jew ta’ kalkolu bbażat fuq kejl dirett; |
|
(22) |
“data sekondarja” tfisser jew data mmudellata jew valuri prestabbiliti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jitqiesu data primarja, inkluża data minn bażijiet tad-data u letteratura ppubblikata, fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-inventarji nazzjonali, data kkalkulata, stimi jew data rappreżentattiva oħra u data miksuba minn proċessi indikaturi jew minn stimi; |
|
(23) |
“valur prestabbilit” tfisser valur tad-data sekondarja meħud minn sors ippubblikat, u vverifikat minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jitqies bħala prestabbilit f’każ ta’ nuqqas ta’ data primarja jew immudellata; [Em. 41] |
|
(24) |
“data mmudellata” tfisser data stabbilita bl-użu ta’ mudell li jqis id-data primarja u/jew il-parametri rilevanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ operazzjoni tat-trasport jew operazzjoni tal-hub, inkluż bl-użu ta’ mudell ipprovdut permezz ta’ għodda ta’ kalkolu; |
|
(25) |
“data tal-output” tfisser data diżaggregata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport stabbilita bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza u data tal-input kif stabbilit minn dan ir-Regolament; |
|
(26) |
“metriki” tfisser kejl ta’ valutazzjoni kwantitattiva; |
|
(27) |
“evidenza li tissostanzja informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport” tfisser l-istabbiliment fuq talba ta’ rapport fil-livell ta’ servizz tat-trasport, kif stabbilit fl-EN ISO 14083:2023; |
|
(28) |
“għodda ta’ kalkolu” tfisser applikazzjoni, mudell jew software li jippermettu l-kalkolu awtomatiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport; |
|
(29) |
“għodda ta’ kalkolu esterna” tfisser għodda ta’ kalkolu li hija pprovduta fis-suq minn parti terza għall-użu kummerċjali jew mhux kummerċjali usa’; |
|
(30) |
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (17); |
|
(30a) |
“organizzatur ta’ servizzi tat-trasport” tfisser entità li tipprovdi servizzi tat-trasport li fihom l-operazzjoni ta’ xi elementi tal-katina tat-trasport tiġi sottokuntrattata lil entità waħda jew aktar li toperahom; [Em. 42] |
|
(30b) |
“sottokuntrattur tat-trasport” tfisser entità li tipprovdi operazzjonijiet ta’ trasport għal element wieħed jew aktar tal-ktajjen tat-trasport f’isem organizzatur ta’ servizzi tat-trasport, fl-ambitu ta’ arranġamenti kuntrattwali. [Em. 43] |
KAPITOLU II
METODOLOĠIJA
Artikolu 4
Metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport
1. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel tas-servizzi tat-trasport għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-metodoloġija definita fl-istandard EN ISO 14083:2023, fil-verżjoni aġġornata tiegħu, u tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament. [Em. 44]
1a. Sa... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aċċess għall-istandard EN ISO 14083:2023 mingħajr ħlas, permezz ta’ sit web faċilment aċċessibbli. [Em. 45]
2. Mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aġġustament ta’ kwalunkwe komponent tal-istandard imsemmi fil-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari sabiex tiżgura l-konsistenza tiegħu mal-objettiv klimatiku fit-tul u mal-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 u f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija . [Em. 46]
2a. Sa... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-modi kollha tat-trasport, b’mod partikolari l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-manifattura, il-manutenzjoni u r-rimi tal-vetturi. Għandha tqis kif xieraq kwalunkwe metodoloġija għall-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja żviluppata f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolament (UE) 2023/1542 u r-Regolament (UE) 2019/1242. Ir-rapport għandu jivvaluta l-aħjar approċċ biex tiġi implimentata l-metodoloġija komuni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-Unjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament u għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat immedjatament minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 47]
2b. Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-impatti ekonomiċi, ambjentali, tas-saħħa u soċjali tal-inklużjoni tal-kontabbiltà tat-tniġġis tal-arja kkawżat mis-servizzi tat-trasport li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 48]
3. Il-Kummissjoni tista’ tniedi kontroll tal-konformità biex tivvaluta kwalunkwe emenda għall-istandard imsemmi fil-paragrafu 1. Il-kontroll tal-konformità għandu jinbeda mill-Kummissjoni, li, meta xieraq, tista’ taġixxi fuq talba ta’ Stat Membru.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emenda msemmija fil-paragrafu 3 u komponent imsemmi fil-paragrafu 2, jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha, din l-emenda jew dan il-komponent joħolqu riskju ċar ta’ inkompatibbiltà mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u ta’ regoli applikabbli oħra tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż abbażi tar-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u l-kontroll tal-konformità msemmi fil-paragrafu 3.
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni delegati f’konformità mal-Artikolu 17 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tiċċara l-metodoloġija ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 1, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tagħha fis-suq fir-rigward tal-approċċ għad-determinazzjoni ta’ parametri xierqa rilevanti għall-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel ma jiġi pprovdut servizz, u, meta applikabbli, parametri tekniċi oħra relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data li ma humiex spjegati b’mod espliċitu f’dik il-metodoloġija. [Em. 49]
KAPITOLU III
DATA TAL-INPUT U SORSI
Artikolu 5
L-użu ta’ data primarja u sekondarja
1. L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jużaw data primarja biex jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jipprovdu, bl-eċċezzjoni tas-servizzi pprovduti minn intrapriżi mikro, żgħar u medji kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. L-SMEs għandhom jagħtu prijorità lill-użu ta’ data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport. [Em. 50]
1a. Meta l-SMEs joperaw bħala sottokuntratturi tat-trasport, għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq data sekondarja, anki jekk l-organizzatur tat-trasport ikun qed juża data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw minn servizz tat-trasport imwettaq minn sottokuntratturi oħra tat-trasport jew mill-flotta tiegħu stess. [Em. 51]
1b. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu inċentivi amministrattivi, finanzjarji jew operazzjonali biex jistimulaw l-użu ta’ data primarja u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar in-natura u l-iskeda ta’ żmien tagħhom. [Em. 52]
2. L-użu ta’ data sekondarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport għandu jkun permess għall-SMEs fil-qafas tal-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 53]
|
(a) |
il-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma derivati minn:
|
|
(b) |
fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport huma derivati mill-bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, imsemmija fl-Artikolu 8; |
|
(c) |
id-data mmudellata tiddependi fuq mudell stabbilit f’konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 4 u r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(2), il-punt (b) u l-Artikolu 11, meta xieraq. |
2a. Sa... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ esklużjoni u devjazzjonijiet mid-distanza ortodromika (“GCD”). [Em. 54]
2b. Il-Manifatturi tat-Tagħmir Oriġinali (“OEMs”) għandhom jagħtu aċċess adegwat għal data rilevanti ta’ ġol-vettura lill-SMEs, sal-punt li jkun meħtieġ għall-fini tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, u sakemm ikun rilevanti għall-fini li jiġi ffaċilitat il-ġbir akkurat tad-data tagħhom u l-kalkoli sussegwenti. [Em. 55]
Artikolu 6
Bażi tad-data ċentrali tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
1. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, filwaqt li tqis l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u ta’ korpi settorjali oħra tal-UE, għandha tistabbilixxi fi żmien 18-il xahar wara d-dħul tas-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(i) tal-Artikolu 5(2) li tkun disponibbli mingħajr ħlas . [Em. 56]
1a. Meta jistabbilixxu l-bażi tad-data ewlenija tal-UE tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(i), il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandhom jipproduċu tabella separata għal kull mod ta’ trasport. [Em. 57]
1b. Meta tiżviluppa l-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tapplika l-approċċ ibbażat fuq il-post previst fl-istandard imsemmi fl-Artikolu 4 (“l-approċċ ibbażat fuq il-post”); |
|
(b) |
tqis il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001. [Em. 58] |
1c. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-elettriku kkunsmat mit-trasport ikunu jistgħu jiġu kkwantifikati bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-post u l-approċċ ibbażat fuq is-suq skont l-EN ISO 14083:2023, għandha tiġi rrapportata t-taħlita ta’ elettriku bbażata fuq is-suq, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness J tal-istandard imsemmi. [Em. 59]
1d. Sakemm tiġi stabbilita l-bażi tad-data ewlenija tal-UE, l-entitajiet jistgħu jirreferu għal bażijiet tad-data nazzjonali oħra, li jitqiesu li jkunu ġew ivverifikati, skont l-Artikolu 13(8) jew li jkunu ġew ivverifikati skont liġi eżistenti oħra tal-Unjoni dment li tali data tkun disponibbli fl-istess livell ta’ aggregazzjoni bħal dak meħtieġ minn dan ir-Regolament. [Em. 60]
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura , mill-inqas annwalment, il-manutenzjoni l-manutenzjoni, l-aġġornament u , l-iżvilupp kontinwu , u livell xieraq ta’ sigurtà tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Kwalunkwe aġġornament tal-valuri prestabbiliti għandu jiġi nnotifikat lill-pubbliku mingħajr dewmien. Wara tali aġġornament, l-entitajiet ikkonċernati għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli biex jikkalkulaw u jiddivulgaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. [Em. 61]
2a. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u filwaqt li tqis l-għarfien espert tal-persuni kkonċernati rilevanti, għandha tiżgura li jitwettqu kontrolli tekniċi tal-kwalità tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, b’mod simili għal dawk applikabbli għall-bażijiet tad-data jew is-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi. [Em. 62]
3. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet, għandu jkun faċilment aċċessibbli, miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas. [Em. 63]
Artikolu 7
Bażijiet tad-data u settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operati minn partijiet terzi
1. Bażi tad-data jew sett tad-data msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii), jistgħu jintużaw biss biex tinkiseb data sekondarja dment li jipprovdu data aktar granulari jew relatata mas-settur minn dik inkluża fil-bażi tad-data ewlenija tal-UE msemmija fl-Artikolu 6. Żviluppatur ta’ bażi tad-data jew sett tad-data msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii) għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontroll tekniku tal-kwalità tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra inklużi f’dik il-bażi tad-data jew sett tad-data. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha twettaq il-verifika il-kontroll tekniku tal-kwalità teknika f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 ta’ dan ir-Regolament. Il-kontroll tekniku tal-kwalità għandu jsir fi żmien 12-il xahar mill-wasla uffiċjali tal-applikazzjoni. [Em. 64]
1a. Il-kontroll tekniku tal-kwalità tal-bażijiet tad-data u tas-settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi tqabbil bejn l-emissjonijiet kif irrapportati bl-użu tad-data primarja, u l-emissjonijiet kif jiġu rrapportati bl-użu tal-bażi tad-data jew tal-valuri prestabbiliti, għal każijiet ta’ użu rappreżentattiv ekwivalenti. Il-bażijiet tad-data u l-valuri prestabbiliti li jwasslu għal sottodikjarazzjoni tal-emissjonijiet li jirriżultaw meta mqabbla ma’ dawk iddikjarati fir-rapportar tad-data primarja għandhom jirċievu valutazzjoni negattiva mill-kontroll tekniku tal-kwalità. [Em. 65]
1b. Il-kontroll tekniku tal-kwalità għandu jiżgura wkoll li l-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi jikkonformaw mar-regoli dettaljati fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2a tal-Artikolu 5. [Em. 66]
2. Għandhom jintużaw biss il-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet li ġew ivvalutati b’mod pożittiv f’dak il-kontroll tekniku tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1 għall-finijiet tal-użu ta’ data sekondarja f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii). Il-Kummissjoni għandha tippubblika u żżomm lista aġġornata tal-bażijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mħaddma minn partijiet terzi li jkunu ġew ivvalutati b’mod pożittiv. Il-lista aġġornata għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta. [Em. 67]
3. Il-kontroll tekniku tal-kwalità huwa meħtieġ li jsir sa mhux aktar tard minn 24 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament msemmija fil-paragrafu 1 . Rekord ta’ valutazzjoni pożittiva ta’ dak il-kontroll tal-kwalità għandu jkun validu għal sentejn. [Em. 68]
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kontroll tekniku tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1.
4a. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet, għandu jkun miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas għall-SMEs. [Em. 69]
Artikolu 8
Bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
1. Sa... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent , u filwaqt li jitqies l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati u ta’ korpi settorjali oħra tal-UE , għandha tistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b). [Em. 70]
1a. Meta tiżviluppa l-fatturi stabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tapplika l-approċċ ibbażat fuq il-post previst fl-istandard imsemmi fl-Artikolu 4 (“l-approċċ ibbażat fuq il-post”); |
|
(b) |
tqis il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ġew iddeterminati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001. [Em. 71] |
1b. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-elettriku kkunsmat mit-trasport ikunu jistgħu jiġu kkwantifikati bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-post u l-approċċ ibbażat fuq is-suq skont l-EN ISO 14083:2023, għandha tiġi rrapportata t-taħlita ta’ elettriku bbażata fuq is-suq, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness J tal-istandard imsemmi. [Em. 72]
1c. Sakemm tiġi stabbilita l-bażi tad-data ċentrali tal-UE, l-entitajiet jistgħu jirreferu għal bażijiet tad-data nazzjonali oħra, li jitqiesu li jkunu ġew ivverifikati, skont l-Artikolu 13(8) jew li jkunu ġew ivverifikati skont liġi eżistenti oħra tal-Unjoni dment li tali data tkun disponibbli fl-istess livell ta’ aggregazzjoni bħal dak meħtieġ minn dan ir-Regolament. [Em. 73]
2. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżgura , mill-inqas annwalment, il-manutenzjoni l-manutenzjoni, l-aġġornament , u l-iżvilupp kontinwu , u livell xieraq ta’ sigurtà, tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Kwalunkwe aġġornament tal-valuri prestabbiliti għandu jiġi nnotifikat lill-pubbliku mingħajr dewmien. Wara tali aġġornament, l-entitajiet ikkonċernati għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli biex jikkalkulaw u jiddivulgaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. [Em. 74]
3. L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-fatturi prestabbiliti tal-intensità ta’ emissjoni tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport għandu jkun faċilment aċċessibbli, miftuħ għall-pubbliku , u mingħajr ħlas. [Em. 75]
Artikolu 8a
Appoġġ għall-governanza għall-intrapriżi żgħar u medji
1. Sa... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tiżviluppa għodda ta’ kalkolu simplifikat għall-SMEs li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, faċli għall-utent u mingħajr ħlas, f’konformità mal-Artikolu 11. Għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ gwida pass pass, li jispjegaw b’mod ċar kif dik l-għodda ta’ kalkolu tiffunzjona.
2. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-riskju li d-data divulgata mill-SMEs li jaġixxu bħala sottokuntratturi, skont dan ir-Regolament, tista’ tintuża mill-organizzaturi tas-servizzi tat-trasport għal prattiki tas-suq inġusti. Sa... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġu pprovduti miżuri għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ data kummerċjalment sensittiva. [Em. 76]
KAPITOLU IV
DATA TAL-OUTPUT U TRASPARENZA
Artikolu 9
Stabbiliment ta’ data tal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport
1. Id-data tal-output għandha tiġi stabbilita bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza u tad-data tal-input f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8 ta’ dan ir-Regolament.
2. Id-data tal-output tista’ tiġi stabbilita bl-użu ta’ għodod ta’ kalkolu. L-għodod ta’ kalkolu esterni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11.
3. Id-data tal-output bħala minimu għandha tikkonsisti f’massa totali ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e CO2e ) għal kull servizz tat-trasport, u, fir-rigward ta’ tip ta’ servizz tat-trasport ikkonċernat, f’mill-inqas waħda mill-metriki tad-data li ġejjin: [Em. 77]
|
(a) |
massa ta’ CO2e għal kull tunnellata-kilometru, jew unitajiet ekwivalenti, għat-trasport tal-merkanzija; |
|
(b) |
massa ta’ CO2e għal kull tunnellata jew unità ekwivalenti, għat-throughput tal-hub tal-merkanzija; |
|
(c) |
massa ta’ CO2e għal kull kilometru tal-passiġġieri, jew unitajiet ekwivalenti, għat-trasport tal-passiġġieri; |
|
(d) |
massa ta’ CO2e għal kull passiġġier jew unità ekwivalenti, għat-throughput tal-hub tal-passiġġieri. |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tikkomplementa l-lista ta’ metriki għad-data tal-output imsemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 10
Komunikazzjoni u trasparenza
1. L-entitajiet ikkonċernati għandhom jiddivulgaw id-data tal-output b’mod ċar u mhux ambigwu kull meta possibbli qabel il-forniment ta’ servizz tat-trasport jew il-konklużjoni tal-kuntratt . Meta l-entitajiet ikkonċernati jiddivulgaw id-data tal-output, fil-komunikazzjoni li takkumpanja din id-divulgazzjoni, dawn għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja: “Emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel ikkalkulati f’konformità mar-Regolament tal-UE [referenza għal dan ir-Regolament] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, u fejn possibbli, f’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq is-servizz. [Em. 78]
1a. L-entitajiet ikkonċernati jistgħu jagħżlu li juru b’mod viżibbli l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
jekk id-data tagħhom hijiex soġġetta għall-verifika annwali; |
|
(b) |
jekk użawx data primarja, f’liema każ għandhom jiġu pprovduti l-varjabbli derivati minn data primarja; |
|
(c) |
jekk użawx l-għodda ta’ kalkolu tal-UE stabbilita mill-paragrafu 2a tal-Artikolu 9. [Em. 79] |
2. Meta d-data tal-output tinkiseb u tiġi ddivulgata minn intermedjarju tad-data , b’mod partikolari servizzi ta’ navigazzjoni diġitali u ta’ ppjanar tar-rotot tal-vjaġġi, abbażi ta’ arranġamenti separati, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 9(3). Meta jiddivulga d-data tal-output, l-intermedjarju tad-data għandu jinkludi referenza għas-sors ta’ din id-data. [Em. 80]
2a. Informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għandha tiġi pprovduta lil intermedjarji tad-data diġitali minn entità kkonċernata jew persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. Id-data tal-output divulgata minn dawk l-intermedjarji tad-data diġitali għandha tinkorpora l-informazzjoni b’mod viżibbli f’kull riżultat tat-tiftix u tinkludi l-klassifikazzjoni tal-emissjonijiet bħala għażla ta’ klassifikazzjoni prestabbilta, fejn tintwera l-ewwel l-għażla l-aktar ekoloġika, kif ukoll tqabbil faċli bejn għażliet modali differenti, inkluż l-użu ta’ vetturi privati, kif ukoll għażliet ta’ roti, meta xieraq. [Em. 81]
3. Meta tintuża data primarja skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1), l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikunu intitolati jikkomunikaw dan il-fatt lil kwalunkwe parti terza jekk l-użu ta’ data primarja jkun ġie vverifikat f’konformità mal-Artikoli 12 u 13.
4. L-entitajiet ikkonċernati għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu evidenza li tissostanzja kif ġiet stabbilita d-data tal-output. Dik l-evidenza għandha titfassal skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-metodoloġija ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4(1), u:
|
(a) |
għandha sservi bħala bażi għall-valutazzjoni tal-verifika f’konformità mal-Artikoli 12 u 13; |
|
(b) |
din għandha ssir disponibbli fuq talba ta’ awtorità kompetenti , f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 13(9) , jew ta’ parti terza oħra sakemm japplikaw arranġamenti legali jew kuntrattwali separati; [Em. 82] |
|
(c) |
meta l-verifika titwettaq f’konformità mal-Artikoli 12 u 13, din għandha tinkludi referenza għall-prova ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 13(6), u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkun fassal il-prova ta’ konformità; |
|
(d) |
meta d-data tal-output tiġi stabbilita permezz tal-użu ta’ għodda ta’ kalkolu esterna msemmija fl-Artikolu 9(2), din għandha tinkludi referenza għal dik l-għodda għall-kalkolu. |
5. Id-data tal-output u l-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 4 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u mhux ambigwu, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Meta jkun possibbli, Dawn għandhom ikunu disponibbli f’forma armonizzata u sempliċi, fil-forma ta’ weblink, kodiċi QR jew ekwivalenti , filwaqt li jippermettu l-interoperabbiltà tad-data tal-output u l-evidenza fost fornituri differenti ta’ servizzi tat-trasport . [Em. 83]
6. Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).
7. Kwalunkwe riċevitur tad-data tal-output u tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 4 għandu jieħu miżuri biex jiżgura l-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali rilevanti li tiġi pproċessata u kkomunikata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u jiżgura li tali data tkun tista’ tiġi aċċessata, ipproċessata u ddivulgata biss meta tkun awtorizzata. [Em. 84]
KAPITOLU V
MIŻURI KOMPLEMENTARI
Artikolu 11
Ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu
1. L-għodod ta’ kalkolu esterni msemmija fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2, għandhom jiġu ċċertifikati minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14.
2. L-iżviluppatur tal-għodda ta’ kalkolu għandu jissottometti applikazzjoni lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandu jivvaluta l-konformità tal-għodda ta’ kalkolu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9. Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità tal-għodda ta’ kalkolu ma’ dan ir-Regolament billi jispeċifika jekk l-għodda tappoġġax kalkoli bbażati fuq data primarja . Fil-każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi r-raġunijiet għall-valutazzjoni negattiva lill-applikant. [Em. 85]
2a. L-għodod ta’ kalkolu li jintużaw internament minn entità biex tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu allinjati wkoll mar-rekwiżiti stabbiliti mill-metodoloġija ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4(1). [Em. 86]
3. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jżomm lista aġġornata tal-għodod ta’ kalkolu li huwa jkun iċċertifika u li għalihom ikun irtira jew issospenda ċ-ċertifikazzjoni. Huwa għandu jagħmel din il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu u għandu jikkomunika l-indirizz ta’ dak is-sit web lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
4. Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal sentejn.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web uffiċjali tagħha lista faċilment aċċessibbli tal-għodod kollha ta’ kalkolu li huma ċċertifikati f’konformità mal-paragrafu 1 u mal-paragrafu 2 , kif ukoll link għas-siti web imsemmija fil-paragrafu 3 . [Em. 87]
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 biex tistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu, iċ-ċertifikat ta’ konformità relatat, inklużi regoli dwar it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni.
KAPITOLU VI
VERIFIKA TAD-DATA TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA U TAL-PROĊESSI TA’ KALKOLU
Artikolu 12
Kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika
1. Id-data tal-output imsemmija fl-Artikolu 9 għandha tkun soġġetta għall-verifika tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament. Il-verifika għandha titwettaq mill-inqas annwalment f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(9). Il-verifika tista’ tintalab ukoll mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, minn entità kkonċernata oħra jew mill-klijenti tagħha. [Em. 88]
2. Ir-rekwiżiti ta’ verifika annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-entitajiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (19). L-intrapriżi mikro, żgħar u medji tista’ ssirilhom il-verifika fuq talba tagħhom. [Em. 89]
Artikolu 13
Attivitajiet u proċess ta’ verifika
1. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 għandu jivverifika l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-aderenza u l-akkuratezza tad-data tal-output divulgata minn entità kkonċernata. Il-verifika għandha titwettaq mill-inqas annwalment, u f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(9). [Em. 90]
2. Il-verifika għandha titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9, u abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5). Din il-verifika għandha tindirizza:
|
(a) |
il-metodoloġija tal-kalkolu użata; |
|
(b) |
is-sors(i) tad-data tal-input użati għall-kalkolu , u s-sehem ta’ data primarja użata ; [Em. 91] |
|
(c) |
il-korrettezza tal-kalkolu mwettaq; |
|
(d) |
il-metriki applikati. |
2a. L-intermedjarji tad-data għandhom jiġu vverifikati abbażi ta’ jekk l-algoritmi tagħhom jinkorporawx u jippermettux il-wiri ta’ informazzjoni sseparata b’mod affidabbli skont l-emissjonijiet billi jinkluduha bħala għażla prestabbilita, kif ukoll il-filtri jew il-punti ewlenin differenti relatati mal-kwalità tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2a). [Em. 92]
3. Meta jintużaw għodod ta’ kalkolu esterni, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jqis iċ-ċertifikat ta’ konformità rispettiv tiegħu msemmi fl-Artikolu 11.
3a. Meta l-entità tuża l-għodod ta’ kalkolu tagħha stess għad-data tal-output imsemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(1), il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jivvaluta l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-metodoloġija ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4(1). [Em. 93]
4. Meta l-valutazzjoni tal-verifika tidentifika kalkoli skorretti jew nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-entità kkonċernata dwar dan f’waqtu mingħajr dewmien . Imbagħad dik l-entità għandha tikkoreġi l-kalkolu jew tirranġa n-nuqqasijiet ta’ konformità sabiex il-proċess ta’ verifika jkun jista’ jitlesta. [Em. 94]
4a. Jekk l-entità, wara mill-inqas żewġ notifiki mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, tirrifjuta li tikkoreġi l-kalkoli jew li tirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità fir-rigward tal-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, fuq talba tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, għandha tibda proċedura ta’ penali f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 9. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jqisu, fost aspetti oħra, il-benefiċċji ekonomiċi ġġenerati jew mistennija li jiġu ġġenerati mill-entità kkonċernata min-nuqqas ta’ konformità, meta applikabbli. [Em. 95]
5. L-entità kkonċernata għandha tipprovdi , fi żmien 30 jum, lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika , f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu (9), biex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-kalkoli. [Em. 96]
6. Mat-tlestija tal-verifika, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jfassal, meta xieraq, prova tal-konformità li tikkonferma li d-data tal-output tikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament u li tispeċifika jekk l-entità tużax data primarja . [Em. 97]
7. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jfassal u jżomm lista aġġornata tal-entitajiet li jkunu għaddew mill-verifika annwali skont il-paragrafi 1 sa 6. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinnotifika dik il-lista lill-Kummissjoni. [Em. 98]
8. Meta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-valutazzjoni tal-verifika tad-data tal-output, dawk ir-regoli għandhom jiġu ttrattati b’mod ekwivalenti, bil-kundizzjoni li l-valutazzjoni tal-verifika tiġi stabbilita b’mod konsistenti ma’ dan ir-Regolament.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni delegati f’konformità mal-Artikolu 17 16 li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-verifika tad-data tal-output u l-prova , il-prova ta’ konformità relatata u l-proċedura ta’ penali . Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5), u d-drittijiet ta’ komunikazzjoni assoċjati mal-użu ta’ data primarja msemmija fl-Artikolu 10(4). [Em. 99]
KAPITOLU VII
AKKREDITAZZJONI
Artikolu 14
Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità
1. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13.
2. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti minn kwalunkwe entità li tapplika għall-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13. [Em. 100]
3. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ verifika ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew mal-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni.
4. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-verifika jew taċ-ċertifikazzjoni bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-verifika tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew ta’ gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
5. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni li b’rabta magħhom ikun ġie akkreditat.
6. Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni.
7. Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissottokuntratta kompiti speċifiċi konnessi mal-verifika jew maċ-ċertifikazzjoni, jew jirrikorri għal sussidjarja, huwa għandu jieħu responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa minn sottokuntratturi jew minn sussidjarji jkunu fejn ikunu stabbiliti, inkluż billi jivvaluta u jimmonitorja l-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarja u l-ħidma mwettqa minnhom.
Artikolu 15
Proċeduri ta’ akkreditazzjoni
1. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14(1) għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 765/2008.
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità li għandha żżomm lista aġġornata tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali nominati għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq sit web uffiċjali tal-gvern.
3. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-lista ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati, flimkien mal-informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti kollha.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u kriterji ulterjuri ta’ akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.
KAPITOLU VIII
SETGĦAT DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotti l-atti ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati kif imsemmija msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 5(2a), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 13(9) 9(4) u fl-Artikolu 15(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn indeterminat minn: [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 101]
3. Id-delega tas-setgħa ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu 5(2a), fl-Artikolu 9(4), fl-Artikolu 13(9) 9(4) u fl-Artikolu 15(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din Għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex għandha taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 102]
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(2a), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 13(9) 9(4) u l-Artikolu 15(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 103]
Artikolu 17
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Rapport u rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [OP: jekk jogħġbok daħħal data: 5 snin 36 xahar wara li r-Regolament isir applikabbli].
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi
|
(a) |
valutazzjoni tal-impatti għall-entitajiet ikkonċernati rigward il-piż burokratiku maħluq mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
valutazzjoni tal-impatti tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-operazzjonijiet sottokuntrattati; |
|
(c) |
valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-inċentivi amministrattivi, finanzjarji jew operazzjonali nazzjonali introdotti mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1b; |
|
(d) |
valutazzjoni tal-impatti ta’ rekwiżit obbligatorju għall-kwantifikazzjoni u d-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, f’konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament applikabbli għall-entitajiet kollha li jorganizzaw u jipprovdu servizzi tat-trasport. [Em. 104] |
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: 42 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 105]
3. Madankollu, l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(1) 7(4), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 13(9) u l-Artikolu 15(4) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 106]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) [ĠU C,, p.]
(2) [ĠU C,, p.]
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019) 640 final
(4) Il-WHITE PAPER Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti; COM/2011/0144 final
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur; COM(2020) 789 final
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15–80)
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1–16)
(10) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55–76)
(11) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32–46)
(12) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019) .
(13) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.) (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13–53) .
(14) Ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal transport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2405/oj)
(15) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1)
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008)
(18) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data); (ĠU L 119, 4.5.2016, p.1)
(19) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1313/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)