29.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10416 — Stellantis/FIH/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 393/11)

1.   

Fl-20 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Stellantis N.V. (“Stellantis”, in-Netherlands),

—

FIH Mobile Limited (“FIH”, il-Gżejjer Cayman), ikkontrollata minn Hon Hai Precision Industry Co. Ltd. (it-Tajwan),

—

Mobile Drive Netherlands B.V. (“JV”, in-Netherlands), impriża konġunta maħluqa ġdida.

Stellantis u FIH jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Stellantis: grupp tal-karozzi globali attiv fid-disinn, l-inġinerija, il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ vetturi, komponenti u sistemi ta’ produzzjoni tal-karozzi madwar id-dinja,

—

għal FIH: kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipalment attiva globalment fid-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura, l-assemblaġġ u s-servizzi ta’ wara l-bejgħ għal kumpaniji tal-kompjuters, tal-komunikazzjoni u tal-elettronika għall-konsumaturi,

—

għal JV: se tiżviluppa kabina tal-ekwipaġġ diġitali u servizzi konnessi personalizzati u għandha l-għan li taċċellera l-iskedi ta’ żmien tat-tqegħid fis-suq għal teknoloġiji avvanzati fil-karozzi u konnessi mal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10416 — Stellantis/FIH/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).