<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-41/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0041</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:132">EU:C:2020:132</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C‑41/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">FX (Oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ manteniment)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑41/19</HT></P><P>FX</P><P>v</P><P>GZ, irrappreżentata minn ommha</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 4/2009</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar manteniment</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-każ preżenti hija tifla dipendenti residenti fil-Polonja. Hija kisbet deċiżjoni mill-qrati Pollakki li stabbilixxiet l-obbligi ta’ manteniment ta’ missierha (ir-rikorrent), li jirrisjedi fil-Ġermanja. Wara li kisbet dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tad-deċiżjoni Pollakka dwar manteniment fil-Ġermanja, il-konvenuta issa qiegħda tfittex li dik id-deċiżjoni tiġi eżegwita f’dak l-Istat Membru. Ir-rikorrent jopponi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni abbażi tar-raġunament li l-obbligi ta’ pagament tiegħu ġew il-biċċa l-kbira ssodisfatti. Huwa jsostni li huwa stess wettaq pagamenti ta’ manteniment u li benefiċċji tal-Istat ġew imħallsa f’ismu wkoll lill-konvenuta permezz tal-fond ta’ manteniment Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-każ preżenti jikkonċerna l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni abbażi ta’ kwittanza ta’ dejn, ippreżentata mir-rikorrent quddiem il-qrati Ġermaniżi. Il-kwistjoni prinċipali mqajma permezz ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija jekk il-qrati Ġermaniżi għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq dik l-azzjoni abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat‑<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 7, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="131" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 131, p.26</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="008" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 8, p. 19</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 281, p. 29</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 4/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 4/2009, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-obbligi ta’ manteniment li ġejjin minn relazzjonijiet tal-familja, parentela, żwieġ jew affinità<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 4/2009, għall-għanijiet ta’ dak ir-regolament: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>: għandha tfisser deċiżjoni fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija minn ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, tkun xi tkun id-denomenazzjoni, jiġifieri digriet, ordni, sentenza jew mandat ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll id-deċiżjoni minn uffiċjal tal-qorti li tiddetermina l-infiq jew l-ispejjeż. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009 jiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, fl-Istati Membri, il-ġurisdizzjoni għandha tkun f’idejn:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-qorti tal-post fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu, […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Limiti fuq il-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, il-paragrafu 1 tiegħu jistabbilixxi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Meta tingħata deċiżjoni fi Stat Membru jew fi Stat Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 fejn il-kreditur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, il-proċedimenti għall-emenda tad-deċiżjoni jew biex tingħata deċiżjoni ġdida ma jistgħux jitressqu mid-debitur fi kwalunkwe Stat Membru ieħor dment li l-kreditur jibqa’ jkollu r-residenza abitwali tiegħu fl-Istat fejn tkun ingħatat id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009 jikkonċerna r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>rikonoxximent, eżekutorjetà u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Dak il-kapitolu għandu tliet taqsimiet: it-Taqsima 1 tapplika fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħuda fi Stat Membru marbut bil-Protokoll ta’ Den Haag tal‑2007 (Artikoli 17 sa 22)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ħadu sehem fin-negozjati fil-kuntest tal-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja, konkluża f’Den Haag fit‑<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE>, approvata, f’isem l-Unjoni Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/432/UE tad‑<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="192" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 192, p. 39</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) u l-Protokoll ta’ Den Haag tat‑<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 331, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Protokoll ta’ Den Haag tal-2007<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Il-premessa 8 tar-Regolament Nru 4/2009 tiddikjara li dawk iż-żewġ strumenti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ dak ir-regolament.</P></NOTE>; it-Taqsima 2 tapplika fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru mhux marbut bil-Protokoll ta’ Den Haag tal‑2007 (Artikoli 23 sa 38); u t-Taqsima 3 tinkludi dispożizzjonijiet komuni (Artikoli 39 sa 43).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ċaħda jew sospensjoni tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, inkluż fit-Taqsima 1 imsemmija iktar ’il fuq, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-raġunijiet għal rifjut jew sospensjoni tal-eżekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandhom japplikaw dment li ma jkunux inkompatibbli mal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq it-talba tad-debitur, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha, tiċħad, totalment jew parzjalment, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti tal-oriġini jekk id-dritt biex tiġi eżegwita d-deċiżjoni tal-qorti tal-oriġini jintemm bl-effett ta’ preskrizzjoni [jew tal-limitazzjoni ta’ azzjoni] skont il-liġi tal-Istat Membru tal-oriġini jew skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, skont liema waħda tipprevedi l-itwal limitazzjoni ta’ żmien.</ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni tista’, permezz ta’ applikazzjoni mid-debitur, tiċħad, totalment jew parzjalment, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti tal-oriġini jekk hi tkun irrikonċiljabbli ma’ deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni jew ma’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membri tal-eżekuzzjoni.</ALINEA><ALINEA>Deċiżjoni li għandha l-effett li timmodifika deċiżjoni li ttieħdet qabel dwar manteniment abbażi ta’ ċirkostanzi li nbidlu m’għandhiex titqies bħala deċiżjoni rrikonċiljabbli fis-sens tat-tieni subparagrafu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009 jaqra kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni. Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha tiġi eżegwita hemmekk skont l-istess kondizzjonijiet bħal deċiżjoni mogħtija f’dan l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 4/2009: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru [...] tkun riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha fl-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent, l-eżekutorjetà jew l-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 4/2009 fih id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Dan jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="075.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti istitwiti, transazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi, u għal strumenti awtentiċi stabbiliti wara d-data ta’ applikazzjoni tiegħu, soġġetti għall-paragrafi 2 u 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="075.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu wara dik id-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>[Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ir-Regolament tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</P></NOTE>] jibqa’ applikabbli għall-proċeduri ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1215/2012</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-premessa 10 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>(10)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali prinċipali kollha barra ċerti kwistjonijiet definiti sew, partikolarment l-obbligi ta’ manteniment, li għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara l-adozzjoni tar-[Regolament Nru 4/2009]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 1215/2012:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjonijiet tal-familja, ta’ parentela, ta’ żwieġ jew ta’ affinità;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jifforma parti mit-Taqsima 6 tal-Kapitolu II, iddedikat għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ġurisdizzjoni esklużiva<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-qrati tal-Istat Membru li fih is-sentenza kienet jew għandha tiġi eżegwita<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 66 tal-Gesetz zur Geltendmachung von Unterhaltsansprüchen mit ausländischen Staaten, jew l-Auslandsunterhaltsgesetz (il-Liġi dwar l-Irkupru ta’ Manteniment fir-Rigward ta’ Stati Barranin, jew il-Liġi dwar Manteniment Barrani, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>AUG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>BGBl. 2011 I, p. 898, kif sussegwentement emendata.</P></NOTE>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="066.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk titolu barrani huwa eżegwibbli skont [ir-Regolament Nru 4/2009] mingħajr proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> jew huwa ddikjarat eżegwibbli skont dak ir-regolament […], id-debitur jista’ jqajjem eċċezzjonijiet fir-rigward tal-pretensjoni nnifisha fil-kuntest ta’ proċedura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 120(1) tal-[Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit (il-Liġi dwar il-Proċedura fil-Qasam ta’ Kawżi tal-Familja u ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>FamFG<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>)], u tal-Artikolu 767 taz-[Zivilprozessordnung (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ZPO<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>)]. Jekk titolu huwa deċiżjoni ġudizzjarja, dan għandu japplika biss sa fejn ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati l-eċċezzjonijiet irriżultaw biss wara li d-deċiżjoni ngħatat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="066.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni hija awtorizzata skont waħda mill-metodi msemmija fl-inċiż 2 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1), id-debitur jista’ jqajjem eċċezzjonijiet kontra t-talba nnifisha fi proċeduri skont l-Artikolu 120(1) tal-[FamFG], flimkien mal-Artikolu 767 taz-[ZPO], biss jekk ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati l-eċċezzjonijiet tiegħu jew tagħha ma rriżultawx:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>sa wara li jiskadi ż-żmien li fih huwa jew hija setgħu jressqu r-rikors, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>jekk ir-rikors tressaq, wara t-tmien ta’ dawk il-proċeduri.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="066.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-azzjoni magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 120(1) tal-[FamFG] u tal-Artikolu 767 taz-[ZPO], għandha titressaq quddiem il-qorti li kienet ġiet adita bl-azzjoni tal-ħruġ ta’ titolu li jikkonstata dritt għall-eżekuzzjoni. F’każijiet li jaqgħu taħt is-subparagrafu (1), il-ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 35(1) u (2)<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 767 taz-ZPO:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="767.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-debituri huma meħtieġa jqajmu l-eċċezzjonijiet li jikkonċernaw il-pretensjoni nnifisha stabbilita mis-sentenza billi jġibu azzjoni korrispondenti quddiem il-qorti tal-ewwel istanza inkarigata mill-każ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="767.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Eċċezzjonijiet bħal dawn bħala azzjoni huma ammissibbli biss sakemm ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati rriżultaw wara l-għeluq tal-proċedura orali, li kienet l-aħħar opportunità, skont l-istipulazzjonijiet tal-preżenti kodiċi, sabiex jitqajmu eċċezzjonijiet, u allura sakemm ma jistgħux jitqajmu billi jitressaq rikors.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="767.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Fl-azzjoni li huwa għandu jġib, id-debitur għandu jqajjem l-eċċezzjonijiet kollha li seta’ jqajjem fil-waqt li fih ippreżenta r-rikors<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 120(1) tal-FamFG jgħid li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-eżekuzzjoni f’każijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ tilwim matrimonjali jew tal-familja għandha sseħħ skont id-dispożizzjonijiet [taz-ZPO] li jikkonċernaw eżekuzzjoni forzata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-każ preżenti jirrisjedi fil-Ġermanja. Huwa l-missier ta’ tifla dipendenti li tirrisjedi fil-Polonja,</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20090526">26 ta’ Mejju 2009</DATE> tal-Qorti Reġjonali ta’ Kraków, ir-rikorrent ġie ordnat iħallas kull xahar manteniment fl-ammont ta’ 500.00 zloty Pollakk (PLN) għal bintu mill‑<DATE ISO="20080901">1 ta’ Settembru 2008</DATE>, kif ukoll PLN 430.00 kull xahar b’lura għaż-żmien ta’ bejn id‑<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE> u l‑<DATE ISO="20080831">31 ta’ Awwissu 2008</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-konvenuta ppreżentat quddiem l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju, azzjoni fejn talbet ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment u tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tagħha fil-Ġermanja skont ir-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’digriet tas‑<DATE ISO="20160727">27 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet, skont l-Artikolu 23 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. u l-Artikolu 75(2) tar-Regolament Nru 4/2009, li titolu li jikkonstata dritt għal eżekuzzjoni kellu jinħareġ fir-rigward tad-deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment. Abbażi ta’ dak it-titolu, il-konvenuta issa qiegħda titlob l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment kontra r-rikorrent fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>B’azzjoni mressqa fil‑<DATE ISO="20180405">5 ta’ April 2018</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrent oppona l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar manteniment. Skont ir-rikorrent, it-talba għal manteniment tal-konvenuta li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment ġiet issodisfatta permezz tal-ħlas. Ir-rikorrent jgħid li huwa nnifsu wettaq ħlasijiet ta’ manteniment li jammontaw għal PLN 6 640.05 mill‑2008 sa u inkluż l‑2010 u li, minn Diċembru 2010, benefiċċji tal-Istat li jammontaw għal PLN 500 kull xahar tħallsu lill-konvenuta permezz tal-fond ta’ manteniment Pollakk. Ir-rikorrent jispjega li l-fond ta’ manteniment kien f’kuntatt miegħu u li huwa ta lura s-somom imħallsa lill-konvenuta minn dak il-fond skont il-kapaċità ekonomika tiegħu. Skont ir-rikorrent, it-talba għal manteniment tal-konvenuta ġiet fi kwalunkwe każ fil-biċċa l-kbira ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li hija tikkunsidra l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bħala azzjoni relatata ma’ obbligi ta’ manteniment skont it-tifsira tar-Regolament Nru 4/2009. Madankollu, dik il-qorti tikkunsidra li, skont dak ir-regolament, hija ma għandhiex ġurisdizzjoni. Dan għaliex il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-regolament ma humiex issodisfatti. Minkejja dan, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra lilha nnifisha bħala prekluża milli tiddikjara minn jeddha li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 4/2009 minħabba li, b’differenza mill-proċeduri sabiex tiġi mmodifikata deċiżjoni dwar manteniment skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-regolament, azzjonijiet li jopponu l-eżekuzzjoni ma humiex imsemmija espressament fir-Regolament Nru 4/2009 jew fir-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln) issospendiet il-proċeduri u għamlet id-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>(1)</NO.P><TXT>Meta tkun diretta kontra titolu barrani li jikkonstata dritt għall-manteniment, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 767 [taz-ZPO] hija azzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment fis-sens tar-[Regolament Nru 4/2009]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 767 taz-ZPO, meta tkun diretta kontra titolu barrani li jikkonstata dritt għall-manteniment, hija azzjoni f’materji ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenzi fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament […] Nru 1215/2012 […]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-konvenuta, il-Gvern Ġermaniż, Pollakk u Portugiż, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, issottomettew osservazzjonijiet bil-miktub. Ir-rikorrent, il-Gvern Ġermaniż u Pollakk, u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw sottomissjonijiet orali matul is-seduta tas‑<DATE ISO="20191127">27 ta’ Novembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet huma mqassmin kif ġej. L-ewwel nett, ser noffri xi kjarifiki preliminari dwar il-portata u t-tifsira taż-żewġ domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja (A). It-tieni nett, jien ser nidentifika l-kuntest legali rilevanti għaċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti. Għal dak il-għan, jien ser niffoka fuq jekk ir-Regolament Nru 4/2009 huwiex applikabbli fil-fażi tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar manteniment u x’jista’ jinġibed minn dak ir-regolament fir-rigward tal-ġurisdizzjoni f’materji relatati ma’ eżekuzzjoni (B). Fl-aħħar nett, jien ser nindirizza d-domanda speċifika dwar jekk azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni abbażi ta’ kwittanza ta’ dejn tifformax parti mill-proċedura ta’ eżekuzzjoni, sabiex il-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkollhom ġurisdizzjoni (C).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Iż-żewġ domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju fil-każ preżenti, li, fil-fehma tiegħi, ikun aħjar jekk jiġu kkunsidrati flimkien, essenzjalment għandhom l-għan li jiżguraw jekk dik il-qorti għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fir-rigward ta’ azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment fil-Ġermanja. Madankollu, id-domandi ma humiex magħmula f’dak is-sens. L-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-azzjoni għal oppożizzjoni tikkostitwixxix materja relatata ma’ obbligi ta’ manteniment fis-sens tar-Regolament Nru 4/2009. It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fil-każ li dik id-domanda tingħata risposta fin-negattiv, jekk azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni hijiex koperta mill-kunċett ta’ proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fis-sens tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-metodu ta’ tfassil tal-ewwel domanda huwa bbażat fuq is-segwenti ipoteżi. Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tikkostitwixxi materja relatata ma’ obbligi ta’ manteniment fis-sens tar-Regolament Nru 4/2009, dan ikun ifisser li l-qorti tar-rinviju ma għandhiex ġurisdizzjoni. Dan għaliex il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, f’dak ix-xenarju, il-kriterji ġenerali sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, kif imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009, għandhom jiġu ssodisfatti, inkluż fir-rigward tal-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni, li ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-qrati fil-Polonja huma f’pożizzjoni aħjar sabiex jittrattaw it-talba tar-rikorrent li huwa ssodisfa l-obbligu tiegħu, skont l-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament Nru 4/2009. Għaldaqstant, bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, jekk il-ġurisdizzjoni tagħha tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem, jidher li l-qorti tar-rinviju tifhem li hemm żewġ possibbiltajiet li jeskludu lil xulxin. Jekk ir-Regolament Nru 4/2009 jkun applikabbli, dak ikun ifisser li l-qorti tar-rinviju ma għandhiex ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dak ir-regolament. Huwa biss jekk ir-Regolament Nru 4/2009 ma jistax jiġi applikat li jkun possibbli li l-ġurisdizzjoni tiġi bbażata fuq l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012, skont liema l-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandhom ġurisdizzjoni fi proċeduri li jikkonċernaw tali eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-raġunament deskritt fil-punt ta’ qabel dan huwa bbażat fuq ipoteżi żbaljata. Fil-fatt, kif ser jiġi spjegat hawn taħt, l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 4/2009 ma twassalx għan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju. Fil-fehma tiegħi, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, huwa neċessarju li jiġi identifikat fl-ewwel lok jekk ir-Regolament Nru 4/2009 huwiex applikabbli fil-fażi ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar manteniment u x’jista’ jinftiehem minn dak ir-regolament fir-rigward tal-ġurisdizzjoni f’dik il-fażi. Jien ser inwettaq dik l-analiżi fit-taqsima li jmiss ta’ dawn il-konklużjonijiet (B). Wara li nikkonkludi li r-Regolament Nru 4/2009 huwa applikabbli fil-fażi ta’ eżekuzzjoni u li huwa inerenti fis-sistema ta’ dak ir-regolament li l-ġurisdizzjoni taqa’ fuq il-qrati tal-Istati Membri ta’ eżekuzzjoni, jien ser nanalizza l-kwistjoni speċifika li fuqha huwa bbażat il-każ preżenti, li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu (C).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 4/2009 u l-ġurisdizzjoni dwar eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar manteniment</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Brussell u r-Regolament Nru 44/2001 kien fihom dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="1978">ĠU 1978, L 304, p. 36</REF.DOC.OJ>), kif emendata b’konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda, kif ukoll l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 44/2001.</P></NOTE>. Ir-Regolament Nru 4/2009 emenda r-Regolament Nru 44/2001 billi ssostitwixxa d-dispożizzjonijiet applikabbli għal materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment tal-imsemmi Regolament Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-premessa 44 u l-Artikolu 68(1) tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE>. Ir-Regolament Nru 4/2009 jikkostitwixxi allura <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fil-qasam speċifiku ta’ obbligi ta’ manteniment. Ir-Regolament Nru 1215/2012 ħassar ir-Regolament Nru 44/2001. B’differenza minn dawk li ppreċedewh – ir-Regolament Nru 44/2001 u l-Konvenzjoni ta’ Brussell – ir-Regolament Nru 1215/2012 issa jeskludi espressament l-obbligi ta’ manteniment mill-portata tiegħu, li huma koperti mir-Regolament Nru 4/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-premessa 10 u l-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament Nru 1215/2012.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li r-Regolament Nru 4/2009 jinkludi kapitoli speċifiċi ddedikati għall-ġurisdizzjoni (Kapitolu II) u r-rikonoxximent, in-natura eżekuttiva u l-eżekuzzjoni (Kapitolu IV), dan ma jinkludix regola espliċita dwar il-<HT TYPE="ITALIC">ġurisdizzjoni</HT> li tirrigwarda l-<HT TYPE="ITALIC">eżekuzzjoni</HT> ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ <HT TYPE="ITALIC">manteniment</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Dik is-sitwazzjoni tikkuntrasta mar-Regolament Nru 1215/2012, li fih, fl-Artikolu 24(5), regola espliċita li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva fi proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi lill-qrati tal-Istat Membru li fih is-sentenza ġiet jew għandha tiġi infurzata. L-istess regola kienet inkluża wkoll fir-Regolament Nru 44/2001 u fil-Konvenzjoni ta’ Brussell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-Artikolu 16(5) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, li jirrikonoxxi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-qrati ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-ġudizzju kien jew li għandu jiġi eżegwit<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għandhom ġurisdizzjoni esklużiva. L-istess huwa pprovdut fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 44/2001.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Ibbażati fuq dak il-kuntest legali, il-partijiet fil-kawża li ppreżentaw osservazzjonijiet f’dan il-każ waslu għal konklużjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż, skont l-approċċ ippreferut mill-qorti tar-rinviju, jikkunsidra li, minħabba l-għan ta’ protezzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 fir-rigward ta’ kredituri ta’ manteniment, azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala azzjoni li tikkonċerna obbligi ta’ manteniment irregolata minn dak ir-regolament. Għalkemm mhux espliċitament imqiegħda f’dawk it-termini, jidher li l-Gvern Portugiż jargumenta, skont l-approċċ adottat mill-qorti tar-rinviju, li r-regoli tal-ġurisdizzjoni fl-Artikoli 3 u 4 tar-regolament għandhom japplikaw. Il-konvenuta tadotta approċċ simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Gvern Pollakk, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, jibbaża ruħu fuq l-ipoteżi li r-Regolament Nru 4/2009 ma jirregolax il-ġurisdizzjoni fil-fażi ta’ eżekuzzjoni. Dak il-gvern jisħaq, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li, peress li d-drittijiet u l-obbligi rrikonoxxuti fid-deċiżjoni dwar manteniment ma humiex affettwati, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ma tirrigwardax manteniment u hija allura rregolata mill-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012. B’risposta għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Pollakk biddel il-pożizzjoni tiegħu rigward ir-regola <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> li hija applikabbli u ssottometta matul is-seduta li d-dispożizzjoni rilevanti hija l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni ssottomettew, essenzjalment, li r-Regolament Nru 4/2009 huwa applikabbli. Madankollu, għall-kuntrarju tal-fehmiet espressi mill-qorti tar-rinviju, huma jikkunsidraw li, jekk ir-Regolament Nru 4/2009 huwa applikabbli, dan ma jfissirx li l-qorti tar-rinviju ma għandhiex ġurisdizzjoni, iżda pjuttost li l-qorti <HT TYPE="ITALIC">għandha</HT> ġurisdizzjoni fil-każ preżenti. Ir-rikorrent huwa, fil-biċċa l-kbira, tal-istess fehma. Skont il-Gvern Ġermaniż kif ukoll il-Kummissjoni, la r-Regolament Nru 1215/2012 u lanqas ir-Regolament Nru 44/2001 ma huma applikabbli fil-każ preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Jien naqbel ma’ din l-aħħar fehma: ir-Regolament Nru 4/2009 biss huwa applikabbli. Madankollu, dan ma jwassalx għal sejba li l-qorti tar-rinviju ma għandhiex ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma hemmx dubju li d-deċiżjoni dwar manteniment inkwistjoni fil-każ, li l-eżekuzzjoni tagħha hija issa mitluba mill-konvenuta, tirrigwarda obbligu ta’ manteniment li jirriżulta minn relazzjonijiet tal-familja fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 4/2009. Id-deċiżjoni Pollakka dwar il-manteniment taqa’ eżatt fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009. Il-każ preżenti jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-fażi proċedurali fil-każ preżenti hija dik ta’ eżekuzzjoni ma twassalx għal konklużjoni li s-suġġett prinċipali li fuqu huwa bbażat il-każ ma jirrigwardax iktar obbligi ta’ manteniment. Is-suġġett prinċipali tal-każ jibqa’ l-istess. Fil-fatt, ir-Regolament 4/2009 fih, fil-Kapitolu IV, regoli speċifiċi ddedikati għar-rikonoxximent u l-<HT TYPE="ITALIC">eżekuzzjoni</HT> ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>It-tieni nett, huwa veru li l-Kapitolu IV, li jirrigwarda rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar manteniment, ma fihx regola espliċita li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni fil-fażi ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li jidher li jinvokaw il-qorti tar-rinviju u l-Gvern Portugiż, ma jsegwix minn dak il-fatt li r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament Nru 4/2009 huma applikabbli. Kif jirrileva ġustament il-Gvern Ġermaniż, il-Kapitolu II u, partikolarment, l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 4/2009, jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">proċedura</HT> prinċipali <HT TYPE="ITALIC">dwar il-merti</HT>, iżda mhux fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">eżekuzzjoni</HT> ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tielet nett, anki jekk il-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009 ma fihx regola espliċita dwar il-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ eżekuzzjoni, dik ir-regola tista’ tiġi kkunsidrata li hija inerenti fis-sistema ta’ dak ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’termini ġenerali, il-ġurisdizzjoni internazzjonali għall-eżekuzzjoni tappartjeni lill-qrati tal-Istat Membru fejn saret it-talba. Kif jirrileva l-Gvern Pollakk, dik ir-regola hija espressjoni ta’ dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala prinċipju ġenerali tad-dritt internazzjonali konness mas-sovranità tal-Istat: huma biss l-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li għandhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet, peress li miżuri ta’ eżekuzzjoni jistgħu jitwettqu biss mill-awtoritajiet tal-Istat jew tal-Istati Membri fejn jinsabu l-assi jew il-persuni li fir-rigward tagħhom saret it-talba. Dik ir-regola hija valida, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, fejn deċiżjoni diġà ġiet rikonoxxuta bħala eżegwibbli fl-Istat Membru fejn saret it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Allura, ma huwiex neċessarju li wieħed jirrikorri għall-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 bħala dispożizzjoni supplimentari sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit li l-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandhom ukoll ġurisdizzjoni fir-rigward tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar manteniment fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009. Fil-fatt, dak l-artikolu jista’ jiġi kkunsidrat bħala espressjoni tal-prinċipju ġenerali li għadu kif issemma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, pereżempju, de Lima Pinheiro, L., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Exclusive jurisdiction. Article 24<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, f’Ulrich Magnus, <HT TYPE="ITALIC">et al., Brussels Ibis Regulation – Commentary</HT>, Verlag Otto Schmidt KG, 2016, p. 581.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, applikazzjoni supplimentari tar-Regolament Nru 1215/2012 f’dan il-kuntest tirriżulta pjuttost problematika, peress li obbligi ta’ manteniment huma espliċitament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Mill-ispjegazzjonijiet inklużi fl-abbozz tal-AUG fir-rigward tal-Artikolu 66 tiegħu, kif riprodott mid-deċiżjoni tar-rinviju, jidher li l-leġiżlatur Ġermaniż ibbaża ruħu fuq l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 44/2001 bħala liġi supplimentari fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment. Dak ir-regolament fil-fatt ma kienx fih l-esklużjoni li bħalissa hija inkluża fir-Regolament Nru 1215/2012. Madankollu, l-Artikolu 22(5) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jistax jiġi kkunsidrat bħala applikabbli, anki b’mod supplimentari, fil-każ preżenti. Fil-fatt, skont l-Artikolu 75(2) tar-Regolament Nru 4/2009, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[ir-Regolament Nru 44/2001] jibqa’ applikabbli għall-proċeduri ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni li jkunu għadhom għaddejjin fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Dik id-data hija, skont l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 4/2009, it‑<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Il-proċedura ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni fil-każ preżenti ma kinitx fis-seħħ f’dak il-mument, peress li din inbdiet fis‑<DATE ISO="20160727">27 ta’ Lulju 2016</DATE>, f’liema data, f’kull każ, ir-Regolament Nru 1215/2012 kien ikun ukoll applikabbli f’dak iż-żmien (peress li, skont l-Artikolu 81 ta’ dak ir-regolament, dan japplika mill‑<DATE ISO="20150110">10 ta’ Jannar 2015</DATE>). Ara, fuq il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ dak ir-regolament, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pula Parking</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑551/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:193">EU:C:2017:193</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’kull każ, filwaqt li jitqies li l-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012 fih regola li tista’ tiġi kkunsidrata bħala inerenti fis-sistema tar-Regolament Nru 4/2009, wieħed jaf jistaqsi xi jkun il-valur miżjud ta’ din l-applikazzjoni supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-ebda konklużjoni valida ma tista’ tinġibed mill-fatt li r-Regolament Nru 1215/2012 fih regola espliċita f’dan ir-rigward filwaqt li ma huwiex il-każ fir-rigward tar-Regolament Nru 4/2009: kif enfasizzat il-Kummissjoni waqt is-seduta, il-fatt li dik ir-regola hija espliċitament rikonoxxuta fir-Regolament Nru 1215/2012 huwa konness mal-istruttura ta’ dak ir-regolament, li fih diversi kapi ta’ ġurisdizzjoni esklużiva. Dak ma huwiex il-każ fir-rigward tar-Regolament Nru 4/2009, li ma joħloqx ġurisdizzjoni esklużiva. Jien naqbel mal-Kummissjoni li l-leġiżlatur tal-Unjoni jaf ikkunsidra bħala mhux neċessarju li jerġa’ jirriproduċi dik ir-regola fil-kuntest tar-Regolament Nru 4/2009. Fejn iktar tista’ tkun stabbilita l-ġurisdizzjoni rigward l-eżekuzzjoni jekk mhux fl-Istat Membru fejn saret it-talba?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[s]uġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Skont dik id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[d]eċiżjoni mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha tiġi eżegwita hemmekk skont l-istess kondizzjonijiet bħal deċiżjoni mogħtija f’dan l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Ikun diffiċli li wieħed jispjega dik id-dispożizzjoni li kieku l-ġurisdizzjoni għall-eżekuzzjoni ma taqax f’idejn il-qrati tal-Istat Membru fejn l-eżekuzzjoni hija mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa issa neċessarju li jiġi kkjarifikat jekk azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu tifformax parti mill-proċeduri ta’ eżekuzzjoni, bir-riżultat li taqa’ wkoll fil-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Azzjonijiet għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni prinċipali li tqum allura hija jekk azzjoni li tfittex li topponi eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li tappartjeni għall-għanijiet ta’ ġurisdizzjoni, għal proċeduri ta’ eżekuzzjoni. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonċerna l-Konvenzjoni ta’ Brussell u r-Regolament Nru 44/2001 tissuġġerixxi li d-domanda għandha tingħata risposta fl-affermattiv (1). Il-konklużjoni li ntlaħqet f’dik il-ġurisprudenza hija valida fir-rigward tar-Regolament Nru 4/2009, b’kunsiderazzjoni xierqa għal-limitazzjonijiet speċifiċi stabbiliti kemm bil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’dak ir-regolament (2). Dan iwassalni għall-konklużjoni li l-qrati tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni jgawdu ġurisdizzjoni rigward azzjonijiet li jfittxu li jopponu eżekuzzjoni fuq ir-raġuni li debitu ġie ssodisfatt, anki jekk l-intervent tal-fond ta’ manteniment Pollakk fil-pagament tad-debitu fil-fatt iżid ċertu livell ta’ kumplessità (3).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-Konvenzjoni ta’ Brussell u rigward ir-Regolament Nru 44/2001</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Jekk hux abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni fil-Konvenzjoni ta’ Brussell jew fir-Regolament Nru 44/2001, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-ġurisdizzjoni fir-rigward tar-rimedji kontra l-eżekuzzjoni, bħal azzjonijiet għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni, jaqgħu, bħala prinċipju, taħt il-qrati tal-Istat Membru fejn saret it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Is-sentenza AS-Autoteile Service kienet tikkonċerna azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija minn qorti Ġermaniża li imponiet l-ispejjeż fil-proċeduri tal-qorti, abbażi tal-istess dispożizzjoni nazzjonali li hija inkwistjoni fil-każ preżenti (l-Artikolu 767 taz-ZPO). L-azzjoni invokat tpaċija bejn id-dritt li l-eżekuzzjoni tiegħu kienet mitluba (id-dritt għall-ispejjeż) u t-talba li kienet tifforma l-bażi tal-proċeduri tal-bidu, li fir-rigward tagħhom il-qrati Ġermaniżi kienu diġà ddikjaraw li ma għandhomx ġurisdizzjoni. Bħala prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li proċeduri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bħal dawk inklużi fl-Artikolu 767 taz-[ZPO] għaldaqstant, jaqgħu taħt id-dispożizzjoni dwar il-ġurisdizzjoni [inkluża fil-Konvenzjoni ta’ Brussell] minħabba r-rabta mill-qrib tagħhom mal-proċedura ta’ eżekuzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE> (<NO.CASE>220/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:302">EU:C:1985:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet f’Hoffmann, wara li għarfet li l-Konvenzjoni ta’ Brussell ma kienx fiha regoli speċifiċi dwar l-eżekuzzjoni, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>sentenza barranija li għaliha nħareġ digriet ta’ eżekuzzjoni hija eżegwita skont ir-<HT TYPE="ITALIC">regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali tal-qorti li fiha l-eżekuzzjoni hija mitluba</HT>, inklużi dawk dwar rimedji legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880204">4 ta’ Frar 1988</DATE> (<NO.CASE>145/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:61">EU:C:1988:61</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Dak l-approċċ ġie iktar tard ikkonfermat fi Prism Investments. Dik is-sentenza kienet tikkonċerna azzjoni għall-annullament mibdija minn debitur kontra dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva magħmula minn qorti Olandiża fir-rigward ta’ sentenza mogħtija fil-Belġju, fuq il-bażi li s-sentenza kienet diġà ġiet imħarsa permezz ta’ arranġament finanzjarju. Il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li r-Regolament Nru 44/2001 ma kienx jippermetti r-rifjut jew ir-revoka ta’ dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva ta’ sentenza fuq dik il-bażi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE> (<NO.CASE>C‑139/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:653">EU:C:2011:653</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, hija kkonfermat li raġuni bbażata fuq ħarsien tal-obbligu tista’ titressaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għall-evalwazzjoni tal-qorti tal-eżekuzzjoni tal-Istat Membru li fih saret it-talba<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>skont ġurisprudenza stabbilita, ladarba din id-deċiżjoni tiġi integrata fis-sistema legali tal-Istat Membru li fih saret it-talba, ir-regoli nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni ta’ dan l-aħħar Stat japplikaw bl-istess mod bħad-deċiżjonijiet adottati mill-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>. (punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, minn dik il-ġurisprudenza ma għandux jinftiehem li kull tip ta’ azzjoni ppreżentata fl-istadju ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq kwalunkwe xorta ta’ raġuni għandha tkun ikkunsidrata bħala ammissibbli quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni. Fil-fatt, il-ġurisprudenza stabbilixxiet espliċitament ukoll il-limiti għall-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni bbażati fuq id-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni inklużi fil-Konvenzjoni ta’ Brussell, kif ukoll fir-Regolament Nru 44/2001 u r-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, f’AS Autoteile Service, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-fatt li proċeduri li jopponu l-eżekuzzjoni, bħal dawk inklużi fl-Artikolu 767 taz-ZPO, jaqgħu taħt l-Artikolu 16(5) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ma jweġibx il-kwistjoni dwar <HT TYPE="ITALIC">liema oġġezzjonijiet jistgħu jitqajmu</HT> mingħajr ma jinqabżu l-limiti ta’ dik id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE> (<NO.CASE>220/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:302">EU:C:1985:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Sabiex tiġi mwieġba dik il-kwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni l-iskema ġenerali tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, partikolarment, tar-relazzjoni bejn id-dispożizzjoni speċifika dwar il-ġurisdizzjoni li tikkonċerna l-eżekuzzjoni u r-regola ġenerali li skontha persuni ddomiċiljati fi Stat kontraenti għandhom jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak<?PAGE NO="12"?> l-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>. (punti 14 u 15).</P></NOTE>. Peress li l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn is-sentenza għandha tiġi eżegwita hija bbażata fuq il-konnessjoni speċifika bejn il-proċeduri u dak l-Istat Membru, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li parti ma tistax tuża dak il-kap ta’ ġurisdizzjoni esklużiva sabiex iġġib quddiem dawk il-qrati kawża li taqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat ieħor skont l-applikazzjoni tar-regoli ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>. (punti 16 u 17).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, f’Hoffmann, fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-limiti għar-rimedji kontra eżekuzzjoni li huma disponibbli quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, waqt li ddikjarat li dawn ir-rimedji huma preklużi meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>rikors kontra l-eżekuzzjoni ta’ sentenza barranija li għaliha nħareġ digriet ta’ eżekuzzjoni, huwa ppreżentat mill-istess persuna li setgħet tappella kontra d-digriet ta’ eżekuzzjoni u huwa bbażat fuq argument li seta’ tqajjem f’tali appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880204">4 ta’ Frar 1988</DATE> (<NO.CASE>145/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:61">EU:C:1988:61</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-limiti tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ ċerti azzjonijiet li jfittxu li jopponu eżekuzzjoni ġew ikkonfermati reċentement f’Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat raġuni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fejn kienet mitluba dikjarazzjoni li t-talba ma kinitx teżisti iktar minħabba kontrotalba, minħabba li tali azzjoni fil-verità marret lil hinn minn mistoqsijiet li jirrigwardaw eżekuzzjoni u, allura, ma kinitx tippreżenta l-livell ta’ qrubija ma’ eżekuzzjoni meħtieġ sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament Nru 1215/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑722/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:577">EU:C:2019:577</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jidher allura mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, <HT TYPE="ITALIC">bħala prinċipju</HT>, il-ġurisdizzjoni rigward azzjonijiet għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni taqa’ taħt il-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, abbażi ta’ żewġ elementi: l-ewwel element, minħabba r-rabta mill-qrib mal-proċedura ta’ eżekuzzjoni; it-tieni element, abbażi tar-regola li tipprovdi li, ladarba ġew inkorporati fis-sistema legali ta’ Stat Membru, deċiżjonijiet li oriġinaw fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal deċiżjonijiet nazzjonali. Fl-assenza ta’ regoli speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sentenzi ta’ Stat Membru wieħed rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu eżegwiti skont ir-regoli proċedurali tad-dritt nazzjonali tal-qorti li fiha eżekuzzjoni hija mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, hemm <HT TYPE="ITALIC">limitazzjonijiet</HT> rigward ix-xorta ta’ rimedji legali li jistgħu jiġu mitluba f’dak l-istadju quddiem dawk il-qrati. L-ewwel nett, il-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma għandhomx ġurisdizzjoni rigward kawżi li ma jippreżentawx livell suffiċjenti ta’ qrubija ma’ eżekuzzjoni jew li, li kieku tqajmu indipendentement kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati ta’ Stat ieħor. It-tieni nett, parti ma tistax tinvoka quddiem dawk il-qrati raġunijiet li setgħu tqajmu permezz ta’ rikors kontra d-deċiżjoni dwar l-azzjoni għal dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, raġunijiet li setgħu tqajmu fil-proċeduri inizjali għandhom jiġu preklużi wkoll waqt l-istadju ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ġurisdizzjoni dwar azzjonijiet għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fil-kuntest tar-Regolament Nru 4/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni sussegwenti li għandha tiġi indirizzata hija jekk il-prinċipji li joħorġu mill-ġurisprudenza analizzata fit-taqsima ta’ qabel humiex ugwalment validi għall-għanijiet ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesprimi l-fehma li kieku l-kreditur tal-manteniment kellu jiddefendi ruħu jew ruħha kontra l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-għan ta’ protezzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 ma jiġix issodisfatt. Il-kreditur tal-manteniment li, skont il-prinċipji dwar il-ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 4/2009, jikseb titolu li jikkonstata dritt għall-manteniment fl-Istat Membru fejn huwa jew hija huma abitwalment residenti, għalhekk ikun meħtieġ jiddefendi dak it-titolu fi Stat Membru differenti kontra l-attakk mid-debitur tal-manteniment li inizjalment ma kellux suċċess. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-qrati tal-Istat li fih it-talba ġiet oriġinarjament deċiża huma f’pożizzjoni aħjar sabiex jevalwaw l-oġġezzjonijiet sostantivi kontra t-talba, mill-qrati ta’ Stat Membru differenti li fih it-titolu għandu biss jiġi eżegwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Dik hija, essenzjalment, il-fehma sostnuta wkoll mill-Gvern Portugiż, li tefa’ xi ftit tad-dubju fuq ir-rilevanza tal-ġurisprudenza preċedenti fil-kuntest tar-Regolament Nru 4/2009 minħabba l-għan speċifiku tiegħu li jipproteġi l-kreditur tal-manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, il-ħsieb prinċipali li jsegwi mill-ġurisprudenza msemmija fil-qosor fit-taqsima preċedenti huwa ugwalment applikabbli fir-rigward ta’ azzjonijiet għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fil-kuntest tar-Regolament Nru 4/2009. Anki jekk l-għan li jiġi protett i-kreditur tal-manteniment bħala l-parti l-iktar dgħajfa huwa rikonoxxut b’mod ċar fir-Regolament Nru 4/2009, dak ma għandux, fl-opinjoni tiegħi, iwassal għall-abbandun ta’ wieħed mill-prinċipji bażiċi komuni għall-miżuri kollha ta’ kooperazzjoni ċivili, prinċipalment li miżuri relatati ma’ eżekuzzjoni huma materja li taqa’ f’idejn l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, b’konferma ta’ din il-loġika, l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009 jirrikonoxxi l-premessa prinċipali li fuqha hija bbażata l-ġurisprudenza msemmija hawn fuq, peress li dan jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>[s]uġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>[d]eċiżjoni mogħtija fi Stat Membru li hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni għandha tiġi eżegwita hemmekk skont l-istess kondizzjonijiet bħal deċiżjoni mogħtija f’dan l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-konstatazzjoni li l-qrati tal-Istat Membru fejn eżekuzzjoni hija mitluba għandhom, bħala prinċipju, igawdu l-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ azzjonijiet għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ma tnaqqas bl-ebda mod mill-garanziji speċifiċi dwar il-ġurisdizzjoni inklużi fir-Regolament Nru 4/2009, u dan filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet diġà stabbiliti mill-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għan speċifiku tar-Regolament Nru 4/2009 li jiġi protett il-kreditur tal-manteniment bħala l-parti l-iktar dgħajfa, ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni inklużi fl-istess regolament huma mfassla sabiex jagħmluha eħfef għal dik il-parti sabiex jiddefendi jew tiddefendi t-talba tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Sanders u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Huber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/13 u C‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2461">EU:C:2014:2461</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għal dik ir-raġuni, ladarba deċiżjoni ngħatat fl-Istat Membru fejn il-kreditur tal-manteniment huwa residenti, huma l-qrati ta’ dak l-Istat Membru li jistgħu jieħdu azzjonijiet li jimmodifikaw jew jirrevedu dik id-deċiżjoni. Żewġ regoli fir-Regolament Nru 4/2009 jinkorporaw dan l-għan ta’ protezzjoni. L-ewwel nett, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 4/2009, proċeduri sabiex tiġi mmodifikata deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru fejn il-kreditur huwa abitwalment residenti ma tistax tiġi istitwita mid-debitur fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, sakemm il-kreditur jibqa’ fl-Istat Membru fejn ingħatat id-deċiżjoni. It-tieni nett, l-Artikolu 42 jipprojbixxi r-reviżjoni tas-sustanza tad-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel Stat Membru fl-Istat Membru li fih l-eżekuzzjoni hija mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Madankollu, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma jipprekludux azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">li ma tinvolvix modifika jew reviżjoni ta’ deċiżjoni dwar manteniment mogħtija fl-ewwel Stat Membru</HT> milli tiġi kkunsidrata taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi nnotat li, fil-każ preżenti, id-deċiżjoni dwar manteniment ġiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>inkorporata<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sistema legali tal-Ġermanja — l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni — permezz ta’ dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva maħruġa skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 4/2009. X’sens ikun fih li wieħed ikollu jmur lura, fl-istadju sussegwenti li jikkonċerna l-eżekuzzjoni nnifisha, għall-Istat Membru li ħareġ id-deċiżjoni dwar manteniment? Fil-fehma tiegħi, din is-soluzzjoni tkun qiegħda tirrispetta l-għan ta’ protezzjoni tar-regolament bil-kliem biss. Anzi tkun pjuttost riċetta għal inċertezza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-għan speċifiku tar-Regolament Nru 4/2009 li jipproteġi l-kreditur tal-manteniment ma għandux ikollu l-effett li jalloka l-ġurisdizzjoni f’materji konnessi mill-qrib ma’ eżekuzzjoni lil qrati tal-Istat li fih il-kreditur tal-manteniment jirrisjedi. Huwa vera li l-għan tar-Regolament Nru 4/2009 huwa li jiffaċilita, kemm jista’ jkun possibbli, l-irkupru ta’ talbiet internazzjonali ta’ manteniment. Madankollu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jiffaċilita<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ma jfissirx li jaqleb il-loġika kollha li fuqha hija bbażata s-sistema ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar manteniment. Għall-kuntrarju ta’ dak li l-qorti tar-rinviju, il-Gvern Portugiż u l-konvenuta jidhru li jemmnu, l-għan ta’ protezzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 ma għandux iwassal għal sejba li l-azzjoni inkwistjoni fil-każ preżenti hija azzjoni indipendenti li tiftaħ kwistjoni ġdida li tirrigwarda manteniment, li l-ġurisdizzjoni tagħha għandha tiġi allokata mill-ġdid skont il-kriterji tal-Artikolu 3 tar-regolament. B’mod partikolari, dak jista’ jkollu impatt detrimentali fuq l-irkupru effettiv tat-talba għal manteniment billi jdewwem bla raġuni valida l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fuq nota sussidjarja, kif argumenta l-Gvern Ġermaniż waqt is-seduta, ir-Regolament Nru 1215/2012 jelenka r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni mfassla sabiex jipproteġu diversi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>partijiet iktar dgħajfa<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> (kif imsemmija fil-premessa 18, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, tal-konsumatur u ta’ impjieg). Madankollu, ir-regola dwar il-ġurisdizzjoni rigward l-<HT TYPE="ITALIC">eżekuzzjoni</HT> (u rimedji kontra eżekuzzjoni) ma hijiex immodifikata mill-fatt li l-ġurisdizzjoni fil-proċeduri oriġinali kienet iddeterminata skont waħda mis-sistemi speċifiċi mmirati biex jipproteġu waħda minn dawk il-partijiet iktar dgħajfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Hija allura l-opinjoni tiegħi li s-sejba li l-ġurisdizzjoni għal azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni taqa’, bħala prinċipju, f’idejn il-qrati tal-Istat Membru fejn l-eżekuzzjoni hija mitluba, hija wkoll valida fil-kuntest tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-każ preżenti: azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fil-każ preżenti hija bbażata fuq it-talba tar-rikorrent li d-debitu stabbilit mid-deċiżjoni dwar il-manteniment diġà ġie, għall-inqas fil-biċċa l-kbira tiegħu, issodisfatt. Huwa ħallas parti mill-ammont dovut direttament lill-konvenuta. Il-fond ta’ manteniment Pollakk ħallas ukoll parti mid-debitu ta’ manteniment, u b’hekk effettivament assuma r-rwol tar-rikorrent. Ir-rikorrent isostni wkoll li huwa ħallas lura dawk is-somom lill-fond ta’ manteniment Pollakk sal-limitu tal-kapaċitajiet finanzjarji tiegħu. Kif ir-rikorrent spjega waqt is-seduta, il-kawża fil-każ preżenti tqum minħabba li l-konvenuta ma tirrikonoxxix li l-ammonti mħallsa mill-fond ta’ manteniment Pollakk jikkorrispondu għad-debitu dovut mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq ir-raġuni msemmija iktar ’il fuq tidher li tħares il-limiti, elenkati fir-Regolament Nru 4/2009 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tar-regola ġenerali skont liema ġurisdizzjoni għal azzjonijiet relatati mill-qrib ma’ eżekuzzjoni taqa’ f’idejn il-qrati tal-Istat Membru fejn l-eżekuzzjoni hija mitluba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-raġuni li fuqha hija bbażata l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fil-każ preżenti hija marbuta mill-qrib ma’ proċeduri għall-eżekuzzjoni u ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tammonta għall-azzjoni li tfittex li timmodifika deċiżjoni dwar manteniment skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 4/2009, u lanqas li tfittex li tirrevedi s-sustanza tad-deċiżjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 42 ta’ dak ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Id-dubji tal-qorti tar-rinviju jqumu preċiżament peress li hija tikkunsidra li l-applikazzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fil-każ preżenti taf tkun ekwivalenti għal azzjoni li tfittex li timmodifika d-deċiżjoni dwar manteniment, skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 4/2009. Il-Gvern Portugiż u l-konvenuta għandhom essenzjalment l-istess pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Jien ma jiniex tal-istess opinjoni. Kif jisħaq il-Gvern Ġermaniż, hemm distinzjoni importanti li għandha ssir bejn l-azzjonijiet rigward eżekuzzjoni u dawk immirati lejn il-modifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-manteniment. Għalkemm dawn tal-aħħar jafu fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal modifikazzjoni tas-sustanza tad-deċiżjoni li tistabbilixxi d-debitu ta’ manteniment, tal-ewwel ma għandhomx impatt fuq il-merti tad-deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Is-sodisfazzjon ta’ talba huwa waħda mir-raġunijiet għal oppożizzjoni tipikament rikonoxxuta fl-istadju ta’ eżekuzzjoni. Kif jisħqu kemm il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni, azzjoni għal oppożizzjoni għal eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu la timmodifika u lanqas tfittex li tirrevedi s-sustanza jew il-valur legali tad-deċiżjoni li tiddikjara d-debitu li fuqha hija bbażata l-azzjoni, iżda din tal-aħħar hija esklużivament diretta kontra n-natura eżekuttiva ta’ dik id-deċiżjoni. Iktar preċiżament, kif innota l-Gvern Pollakk, dak li hemm f’riskju huwa l-ammont ta’ flus sa liema d-deċiżjoni dwar manteniment tista’ tiġi eżegwita. Sussegwentement, fl-opinjoni tiegħi, azzjoni bħal din hija konnessa mill-qrib ma’ eżekuzzjoni, u la tammonta għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>proċeduri għall-emenda tad-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> taħt l-Artikolu 8 u lanqas għal reviżjoni tas-sustanza tad-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Madankollu, jidher li l-involviment tal-fond ta’ manteniment Pollakk jaf ikun fil-bażi tal-evalwazzjoni tal-qorti tar-rinviju li l-qrati Pollakki huma f’pożizzjoni aħjar sabiex jiddeċiedu fuq il-kwittanza ta’ debitu. Jien ma naħsibx li l-involviment tal-fond ta’ manteniment Pollakk ibiddel il-konklużjoni li ssegwi mill-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-Gvern Pollakk spjega waqt is-seduta li l-fond ta’ manteniment Pollakk jintervjeni <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT>, u jsir id-debitur li jissostitwixxi lill-kreditur: id-debitu jispiċċa fir-rigward tas-somom imħallsa mill-fond minflok id-debitur tal-manteniment, li mbagħad għandu jħallas lura dawk l-ammonti direttament lill-fond. Din is-sistema hija konsistenti mar-rwol ta’ entitajiet pubbliċi li sikwit jipprovdu benefiċċji lil kreditur ta’ manteniment minflok id-debitur tal-manteniment. Dak ir-rwol huwa rikonoxxut mill-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 4/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Din id-dispożizzjoni tirregola d-dritt applikabbli għall-entitajiet pubbliċi sabiex jaġixxu minflok il-kreditur ta’ manteniment u sabiex ifittxu r-rimbors, kif ukoll ir-regoli applikabbli għar-rikonoxximent, id-dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija kontra debituri ta’ manteniment.</P></NOTE>. Mill-perspettiva tad-debitu dovut mid-debitur tal-manteniment, l-intervent tal-fond jikkonċerna l-mod ta’ kif id-debitu jiġi mħallas, u ma għandux impatt fuq is-sustanza tad-deċiżjoni dwar manteniment, li tibqa’ intatta. Allura, dak li jidher li ġara huwa kwittanza parzjali tad-debitu minn parti terza li kienet qiegħda taġixxi f’isem id-debitur, li tikkonferma li l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni fil-kawża prinċipali hija waħda mill-oġġezzjonijiet komuni għall-eżekuzzjoni ta’ debitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-involviment ta’ entitajiet pubbliċi bħall-fond ta’ manteniment Pollakk fi proċeduri transkonfinali dwar manteniment jaf verament iwassal għal kumplessità addizzjonali fir-rigward ta’ evidenza. F’dan ir-rigward, jaf ikun utli li jitfakkar li l-Artikolu 64(4) tar-Regolament Nru 4/2009 espliċitament jipprovdi, fir-rigward ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni li fihom dawn l-entitajiet huma direttament involuti, li huma għandhom jipprovdu ladarba jiġu mitluba kwalunkwe dokument<?PAGE NO="16"?> neċessarju sabiex jiġi stabbilit li benefiċċji ġew mogħtija lill-kreditur. Jien tal-opinjoni li, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tar-Regolament Nru 4/2009, obbligu bħal dan min-naħa ta’ entitajiet pubbliċi jeżisti wkoll fir-rigward ta’ proċeduri skont dak ir-regolament fejn dawn taw benefiċċji minflok pagament għal manteniment mid-debitur u fejn id-debitur ta’ manteniment isostni li huwa ħallas lura dawk is-somom ta’ flus lil fond ta’ manteniment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>It-tieni nett, kif jinnota l-Gvern Ġermaniż, jidher mill-premessa 30 tar-Regolament Nru 4/2009 li l-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra b’mod espliċitu li d-debitur tal-manteniment għandu jkun jista’ jinvoka l-kwittanza tad-debitu taħt il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Istat Membru fejn l-eżekuzzjoni hija mitluba. Fil-fatt, dik il-premessa toffri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>liberazzjoni mid-dejn min-naħa tad-debitur fil-mument tal-infurzar<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> bħala eżempju ta’ raġuni għal rifjut ta’ eżekuzzjoni li hija ammissibbli taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 4/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Din id-dispożizzjoni tiddikjara li r-raġunijiet għal rifjut jew sospensjoni ta’ eżekuzzjoni taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandhom japplikaw sakemm ikunu kompatibbli mal-applikazzjoni ta’ paragrafi oħra ta’ dak l-artikolu.</P></NOTE>. Huwa veru li l-Artikolu 21 ma huwiex applikabbli fiċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Kif innotat fil-punt 7 iktar ’il fuq, ir-Regolament Nru 4/2009 jistabbilixxi sistema b’żewġ binarji fil-Kapitolu IV. It-Taqsima 1, li tinkludi l-Artikolu 21, tneħħi l-<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru marbut bil-Protokoll ta’ Den Haag tal-2007. Madankollu, it-Taqsima 2 iżżomm is-sistema tal-<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru li ma huwiex marbut bil-Protokoll ta’ Den Haag tal‑2007. Anki jekk il-Polonja u l-Ġermanja huma marbuta bil-Protokoll ta’ Den Haag, it-Taqsima 1 ma tapplikax fil-każ preżenti minħabba dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament Nru 4/2009. Skont l-Artikolu 75(2)(a), it-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV japplikaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu mid-data<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Skont l-Artikolu 76, ir-Regolament Nru 4/2009 sar applikabbli fit‑<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>. B’riżultat ta’ dan, it-Taqsima 1 ma hijiex applikabbli għall-każ preżenti, peress li d-deċiżjoni dwar manteniment li l-eżekuzzjoni tagħha hija mitluba ngħatat fil-Polonja fis‑<DATE ISO="20090526">26 ta’ Mejju 2009</DATE>, u r-rikonoxximent ġie mitlub mill-konvenuta fl‑<DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>.</P></NOTE>. Madankollu, il-fatt li l-Artikolu 21 jinsab fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV jista’ jiġi spjegat fil-kuntest tat-tneħħija tas-sistema ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT>, minħabba l-bżonn li jiġu stabbiliti limitazzjonijiet għar-raġunijiet ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni disponibbli taħt id-dritt nazzjonali. F’dak il-kuntest, jekk il-kwittanza ta’ debitu fil-mument ta’ eżekuzzjoni hija kkunsidrata bħala waħda mir-raġunijiet ammissibbli għal rifjut ta’ eżekuzzjoni, jekk ipprovdut mid-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni fil-kuntest tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV, l-istess għandu japplika, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, fir-rigward tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV, fejn l-ebda limitazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għal rifjut ta’ eżekuzzjoni, bħal dawk inklużi fl-Artikolu 21, ma tapplika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-fatt li r-Regolament Nru 4/2009 ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni espliċita li tirregola dik il-kwistjoni fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV, fejn is-sistema tal-<HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> tibqa’ fis-seħħ, ma hijiex sorprendenti. Id-diversi regolamenti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ċivili li għadhom jiddependu fuq sistema ta’ <HT TYPE="ITALIC">exequatur</HT> jinkludu raġunijiet għal rifjut ta’ rikonoxximent iżda ġeneralment ma jinkludu l-ebda regola rigward raġunijiet għal rifjut ta’ eżekuzzjoni, u għalhekk huma jiddependu għal dak il-għan fuq ir-regoli interni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. Ara, pereżempju, Jimenez Blanco, P., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>La ejecución forzosa de las resoluciones judiciales en el marco de los reglamentos europeos<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fir-<HT TYPE="ITALIC">Revista Española de Derecho Internacional</HT>, Vol. 70 (2018) pp. 101 sa 125.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-limitazzjonijiet ipprovduti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fil-każ preżenti jiżguraw li raġunijiet li setgħu tqajmu quddiem il-qrati Pollakki ma jistgħux jinġiebu b’dan il-mod quddiem il-qrati Ġermaniżi. Kif ikkjarifika l-Gvern Ġermaniż, l-Artikolu 66(1) tal-AUG iħalli biss lid-debitur tal-manteniment iqajjem oġġezzjonijiet ibbażati fuq ċirkustanzi li rriżultaw <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-ħruġ ta’ deċiżjoni dwar manteniment. It-talbiet li fuqhom hija bbażata l-azzjoni inkwistjoni, ibbażati fuq il-ħlas ta’ pagamenti ta’ manteniment, ma setgħux jitqajmu fil-proċeduri prinċipali ta’ manteniment. Ta’ min jinnota wkoll li dawk it-talbiet ma setgħux tqajmu permezz ta’ appell kontra d-deċiżjoni dwar l-azzjoni għal dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva quddiem il-qrati Ġermaniżi. Dawk il-qrati jistgħu jirrifjutaw jew jirrevokaw dikjarazzjoni bħal dik biss abbażi ta’ raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 4/2009, u l-kwittanza ta’ debitu ma hijiex waħda minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 4/2009.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jien allura nikkonkludi li azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu tappartjeni għal proċedura ta’, u kundizzjonijiet għal, eżekuzzjoni, li, skont l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 4/2009, għandhom ikunu rregolati mid-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet bħad-deċiżjonijiet mogħtija f’dak l-Istat Membru. L-ewwel nett, azzjoni bħal dik hija intrinsikament konnessa ma’ eżekuzzjoni. It-tieni nett, azzjoni bħal dik ma tfittixx li timmodifika<?PAGE NO="17"?> jew tirrevedi d-deċiżjoni dwar il-manteniment fuq il-merti. It-tielet nett, hija ma tqajjem l-ebda talba li setgħet ġiet magħmula quddiem il-qrati Pollakki waqt il-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni dwar manteniment (lanqas, għaldaqstant, ebda raġuni għal rifjut jew revoka tad-dikjarazzjoni dwar in-natura eżekuttiva quddiem il-qrati Ġermaniżi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, hija l-opinjoni tiegħi li l-ġurisdizzjoni sabiex tingħata deċiżjoni dwar azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu taqa’ f’idejn il-qrati tal-Istat Membru fejn l-eżekuzzjoni hija mitluba. Għall-finijiet ta’ kompletezza, nixtieq nenfasizza żewġ punti minflok konklużjoni. L-ewwel nett, id-diskussjoni fil-konklużjonijiet preżenti u l-konklużjoni milħuqa jikkonċernaw biss ir-raġuni ta’ oppożizzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu. It-tieni nett, lil hinn minn din ir-raġuni speċifika, l-ebda pożizzjoni ma hija tittieħed fuq il-konformità b’mod ġenerali tal-Artikolu 767 taz-ZPO mad-dritt tal-UE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jien nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari tal-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat‑<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, u, b’mod partikolari, l-Artikolu 41(1) tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru fejn l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar manteniment mogħtija fi Stat Membru ieħor hija mitluba għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni sa fejn hija intrinsikament konnessa ma’ proċeduri dwar eżekuzzjoni, ma tfittixx il-modifika jew ir-reviżjoni tad-deċiżjoni dwar il-manteniment, u hija bbażata fuq raġunijiet li ma setgħux jitqajmu quddiem il-qorti li tat id-deċiżjoni dwar manteniment. Dawn il-kundizzjonijiet jidhru ssodisfatti mill-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq il-kwittanza ta’ debitu inkwistjoni fil-preżenti każ, li huwa madankollu fl-aħħar mill-aħħar għall-qorti tar-rinviju sabiex tivverifika.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>