<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-716/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0716</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:598">EU:C:2019:598</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190711">11.7.2019</DATE> – Kawża C‑716/17</HT></P><P>A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Ftuħ ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Effett dirett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑716/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171219">19 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">A</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, K. Jürimäe, D. Šváby, S. Rodin u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal A, minn C. T. Hermann, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, M. S. Wolff u P. Z. L. Ngo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn A intiża sabiex jinkiseb ħelsien mid-dejn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 84(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE> dwar proċedimenti ta’ insolvenza (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 141, p. 19</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 349, p. 9</REF.DOC.OJ>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal proċedimenti ta’ insolvenza miftuħa wara s-<DATE ISO="20170626">26 ta’ Ġunju 2017</DATE>. Atti kommessi minn debitur qabel dik id-data għandhom jibqgħu jiġu rregolati bil-liġi li kienet applikabbli għalihom fiż-żmien ta’ meta saru.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-konkursloven (il-Liġi dwar il-Falliment):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull rikors li għandu bħala suġġett l-aġġustament, falliment jew tħassir ta’ krediti għandu jiġi indirizzat lill-qorti stralċarja tal-post fejn hija eżerċitata l-attività ekonomika tad-debitur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-debitur ma jeżerċitax attività ekonomika [fir-Renju tad-Danimarka], ir-rikors għandu jiġi indirizzat lill-qorti stralċarja tad-distrett ġudizzjarju fejn huwa jkollu l-ġurisdizzjoni ġenerali tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 197(2) tal-Liġi dwar il-Falliment jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="197.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ebda digriet ta’ ħelsien mid-dejn ma jista’ jingħata jekk:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>is-sitwazzjoni ekonomika tad-debitur ma tkunx ġiet ikkjarifikata,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 229(1) tal-Liġi dwar il-Falliment:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Id-digriet ta’ ħelsien mid-dejn jista’, fuq talba ta’ kreditur, jiġi rrevokat mill-qorti stralċarja:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>jekk jiġi stabbilit li d-debitur aġixxa b’mod frawdolenti matul il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jekk id-debitur iwettaq nuqqas gravi ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu imposti fid-digriet ta’ ħelsien mid-dejn.”<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 235 tad-diretsplejeloven (il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja) jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="235.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull rikors għandu jiġi ppreżentat quddiem il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-konvenut, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="235.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ġurisdizzjoni ġenerali għandha tkun fid-distrett ġudizzjarju fejn il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu. Jekk il-konvenut ikun iddomiċiljat f’diversi distretti ġudizzjarji, il-ġurisdizzjoni ġenerali għandha tkun f’xi wieħed minnhom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="235.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-konvenut ma għandux domiċilju, il-ġurisdizzjoni ġenerali għandha tkun fid-distrett ġudizzjarju fejn huwa jirrisjedi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="235.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-konvenut ma għandux id-domiċilju jew il-post ta’ residenza magħruf, il-ġurisdizzjoni ġenerali għandha tkun fid-distrett ġudizzjarju fejn ikunu jinsabu l-aħħar domiċilju jew residenza tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>A huwa ċittadin Daniż iddomiċiljat fl-Isvezja, li jaħdem bħala impjegat fid-Danimarka, pajjiż li fih huwa suġġett, skont il-leġiżlazzjoni Daniża, għat-taxxa b’mod illimitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>, A ressaq talba għall-ħelsien mid-dejn quddiem is-Sø-og Handelsretten (il-Qorti tal-Affarijiet Marittimi u Kummerċjali, id-Danimarka).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-talba tiegħu kienet tikkonċerna djun ikkuntrattati mis-sena 1999 mingħand kredituri Daniżi, li wieħed minnhom huwa persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku u l-oħrajn huma individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>, is-Sø-og Handelsretten (il-Qorti tal-Affarijiet Marittimi u Kummerċjali) ċaħdet din it-talba għar-raġuni li l-qrati Daniżi ma kinux kompetenti sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn ippreżentat minn A, li ma jeżerċitax, fis-sens tad-dritt Daniż, attività ekonomika fid-Danimarka u li lanqas ma hija l-ġurisdizzjoni ġenerali tiegħu. Għaldaqstant, din il-qorti ma eżaminatx jekk il-kundizzjonijiet materjali li għalihom il-Liġi dwar il-Falliment tissuġġetta tħassir ta’ dejn kinux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), li tiddeċiedi bħala qorti tat-tieni istanza fil-kawża prinċipali, tqis li qorti Daniża tista’ tkun kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba ta’ A intiża sabiex jinkiseb tħassir ta’ krediti jekk ir-regoli Daniżi ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati fil-qasam tat-tħassir ta’ djun huma kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont il-leġiżlazzjoni Daniża applikabbli, il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn tippresupponi eżami approfondit tas-sitwazzjoni ekonomika u tal-istil ta’ ħajja tal-applikant. L-imsemmija leġiżlazzjoni tipprovdi li din l-evalwazzjoni għandha tkun iggwidata minn regoli preċiżi, imfassla b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi soċjoekonomiċi li jipprevalu fid-Danimarka u intiżi li jiggarantixxu livell ta’ ħajja modesta aċċettabbli matul it-tul tal-miżura ta’ tħassir. Issa, dawn ir-regoli jistgħu jirriżultaw mhux xierqa fil-każ ta’ applikant li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, li s-sitwazzjoni soċjali u pekunjarja tiegħu hija differenti u mhux magħrufa mill-qrati Daniżi kompetenti, li ma jkollhom ebda possibbiltà li jivverifikaw l-informazzjoni kkomunikata f’dan ir-rigward mill-applikant innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq id-domandi preliminari segwenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE, kif interpretat fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Radziejewski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-461/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:704">EU:C:2012:704</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati li, bħal fil-każ ta’ dik prevista fid-dritt Daniż, għandha l-għan li tiggarantixxi li l-qorti li tiddeċiedi dwar it-talba għal tħassir ta’ dejn ikollha għarfien ta’ u tkun ħadet inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tagħha, is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika li d-debitur u l-familja tiegħu jkunu qegħdin jgħixu fiha fil-prattika u li jistgħu jkunu għadhom qegħdin jgħixu fiha fil-futur, u li l-imsemmija evalwazzjoni tista’ tiġi affettwata skont kriterji stabbiliti minn qabel li jiddeterminaw dak li jista’ jitqies li huwa standard ta’ għajxien modest aċċettabbli matul it-tul tal-miżura ta’ tħassir?</TXT><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fis-sens li r-restrizzjoni ma tistax titqies li hija ġġustifikata, l]-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa għandu wkoll, f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik fil-kawża preżenti, effett dirett fir-relazzjonijiet bejn individwi b’tali mod li l-kredituri privati jkollhom jaċċettaw it-tnaqqis jew it-tmiem tad-djun dovuti lilhom minn debitur li jkun stabbilixxa ruħu barra mill-pajjiż?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 45 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għall-kundizzjoni li d-debitur ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kundizzjoni ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-persuni huma intiżi li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Istati Membri, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kwalunkwe natura fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jqiegħdu fi żvantaġġ lil dawn iċ-ċittadini meta jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Radziejewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:704">EU:C:2012:704</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dispożizzjonijiet li jipprekludu jew jiddisswadu lil ċittadin ta’ Stat Membru milli jħalli l-Istat ta’ oriġini tiegħu sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu jikkostitwixxu ostakoli għal din il-libertà, anki jekk japplikaw indipendentement min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Radziejewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:704">EU:C:2012:704</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza, tista’ tiddiswadi lil ħaddiem insolventi, milli jeżerċita d-dritt għall-moviment liberu tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Radziejewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:704">EU:C:2012:704</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat, hekk kif irrilevaw il-qorti tar-rinviju, A, il-Gvern Daniż u l-Kummissjoni Ewropea, li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tissuġġetta t-tressiq ta’ talba għal ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza, tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-ħaddiema pprojbita, fil-prinċipju, mill-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni ma tistax tiġi aċċettata ħlief jekk hija tfittex għan leġittimu kompatibbli mat-Trattat FUE u jekk hija ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Xorta, f’każ bħal dan, ikun meħtieġ li l-applikazzjoni tagħha tkun adattata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan inkwistjoni u ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Jacob u Lennertz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:205">EU:C:2019:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa leġittimu għal Stat Membru li jkun irid jikkontrolla s-sitwazzjoni finanzjarja u personali tad-debitur qabel ma jimplimenta miżura intiża sabiex teħilsu totalment jew parzjalment mid-djun tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Radziejewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:704">EU:C:2012:704</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Dan l-għan leġittimu jista’ jimplika li l-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq tali talba twettaq evalwazzjoni, bħal dik prevista mil-leġiżlazzjoni applikabbli u deskritta fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, abbażi ta’ kriterji stabbiliti minn qabel imfassla fid-dawl taċ-ċirkustanzi prevalenti fl-Istat Membru tat-tressiq tal-imsemmija talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-motiv li jintlaħaq dan l-għan jikkonsisti fl-iffissar ta’ kundizzjoni ta’ residenza relatata esklużivament mad-data tat-tressiq tat-talba ta’ ħelsien mid-dejn, tali kundizzjoni ma tistax titqies li hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dan l-għan (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121108">8 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Radziejewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑461/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:704">EU:C:2012:704</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali tkun adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan mixtieq biss jekk verament tirrifletti l-intenzjoni li dan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hartlauer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-169/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:141">EU:C:2009:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Grupo Itevelesa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-168/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:685">EU:C:2015:685</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sokoll-Seebacher u Naderhirn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-634/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:510">EU:C:2016:510</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali kompetenti hija bbażata fuq kriterji li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni soċjali u pekunjarja tad-debitur u tal-familja tiegħu mhux biss fil-mument tat-tressiq tat-talba ta’ ħelsien mid-dejn, iżda wkoll fi stadju sussegwenti, sal-mument li din il-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha, approċċ koerenti jimplika ċ-ċaħda obbligatorja tat-talba għal aġġustament ta’ djun fil-każ ta’ trasferiment tar-residenza tal-applikant mir-Renju tad-Danimarka lejn Stat Membru ieħor fil-mori tal-kawża, qabel ma l-qorti kompetenti tiddeċiedi b’mod definittiv fuq din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li t-trasferiment tad-domiċilju tad-debitur tar-Renju tad-Danimarka lejn Stat Membru ieħor, matul il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn jew wara li tintemm, ma għandux l-effett immedjat li jċaħħad lil dan id-debitur mid-dritt li jibbenefika minn miżura ta’ ħelsien mid-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li din il-leġiżlazzjoni tipprevedi r-revoka tad-digriet ta’ ħelsien mid-dejn ħlief meta d-debitur ikun aġixxa b’mod frawdolenti jew ikun naqas b’mod sinjifikattiv milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dan id-digriet u mhux meta jkun sempliċement ittrasferixxa r-residenza tiegħu barra mill-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li persuna li teżerċita, fis-sens tad-dritt Daniż, attività ekonomika fit-territorju Daniż tista’ tressaq talba għal ħelsien mid-dejn quddiem il-qorti stralċjarja li fil-ġurisdizzjoni tagħha hija teżerċita din l-attività mingħajr, madankollu, ma tissodisfa l-kundizzjoni ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-kundizzjoni ta’ residenza fid-Danimarka prevista mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax, bħala tali, tiġi kkunsidrata bħala li tissodisfa b’mod koerenti u sistematiku għall-għan li jintlaħaq l-għan imsemmi fil-punt 22 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-issuġġettar tal-ħelsien mid-dejn għall-komunikazzjoni mid-debitur, iddomiċiljat fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru tat-tressiq tat-talba għat-tħassir ta’ djun, ta’ informazzjoni kredibbli dwar is-sitwazzjoni soċjali u pekunjarja tiegħu u dik tal-familja tiegħu, kif ukoll taċ-ċirkustanzi soċjali fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom, jirrappreżenta, jekk din l-informazzjoni kienet meħtieġa mill-qorti nazzjonali, miżura inqas restrittiva mill-projbizzjoni assoluta li titressaq din it-talba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, hekk kif ikkonferma l-Gvern Daniż waqt is-seduta, il-leġiżlazzjoni Daniża tipprevedi li l-qorti Daniża tista’ tirrifjuta li tagħti digriet ta’ ħelsien mid-dejn jekk hija tqis li s-sitwazzjoni soċjoekonomika tad-debitur ma tistax tiġi ddeterminata iktar bi preċiżjoni suffiċjenti, u dan jista’ jseħħ f’każ ta’ trasferiment tar-residenza ta’ dan id-debitur mir-Renju tad-Danimarka lejn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, din il-leġiżlazzjoni tippermetti li tali talba tiġi miċħuda meta l-evalwazzjoni deskritta fil-punt 13 ta’ din is-sentenza tirriżulta li hija impossibbli, minħabba t-trasferiment tar-residenza tal-applikant barra mir-Renju tad-Danimarka qabel it-tressiq tat-talba tiegħu jew fil-mori tal-kawża. Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li tiġi prevista impossibbiltà assoluta li tiġi ppreżentata tali talba, għal applikant li ma jkunx residenti, fil-mument tal-preżentata tagħha, fid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-iffissar ta’ kundizzjoni ta’ residenza, bħal dik prevista fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-punt 22 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-Gvern Daniż, invokat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, ibbażat fuq il-fatt li l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament Nru 2015/848 tkun ostakolata jekk l-Artikolu 45 TFUE kellu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa ineffettiv fil-kuntest tal-kawża prinċipali peress li, skont l-Artikolu 84(1) ta’ dan ir-regolament, id-dispożizzjonijiet tiegħu huma applikabbli biss għall-proċeduri ta’ insolvenza miftuħa mis-<DATE ISO="20170626">26 ta’ Ġunju 2017</DATE>, jiġifieri wara t-tressiq tat-talba għal tħassir ta’ krediti minn A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għall-kundizzjoni li d-debitur ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 45 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-qorti nazzjonali ma tapplikax il-kundizzjoni ta’ residenza prevista minn regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, ukoll prevista minn din il-leġiżlazzjoni, twassalx eventwalment biex jiġu affettwati l-krediti miżmuma minn individwi skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, preliminarjament, li l-Artikolu 45 TFUE jagħti lill-individwi drittijiet li huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati u li l-qrati nazzjonali għandhom jissalvagwardjaw (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>ITC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:16">EU:C:2007:16</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju ta’ supremazija, fin-nuqqas li wieħed ikun jista’ jagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, kull qorti nazzjonali, adita fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha għandha, bħala korp ta’ Stat Membru, l-obbligu li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett fil-kawża li tressqet quddiemha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan l-obbligu ma huwiex suġġett għall-fatt li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ eventwalment tbiddel is-sitwazzjoni legali tal-individwi ladarba l-qorti tar-rinviju ma tapplikax dispożizzjoni nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni u tiddeċiedi dwar it-talba għal tħassir ta’ djun imressqa minn debitur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-qorti nazzjonali ma tapplikax il-kundizzjoni ta’ residenza prevista minn regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, ukoll prevista minn din il-leġiżlazzjoni, twassal eventwalment biex jiġu affettwati l-krediti miżmuma minn individwi skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għall-kundizzjoni li d-debitur ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-qorti nazzjonali ma tapplikax il-kundizzjoni ta’ residenza prevista minn regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, ukoll prevista minn din il-leġiżlazzjoni, twassal eventwalment biex jiġu affettwati l-krediti miżmuma minn individwi skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>