8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

16


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIETTA’ L-ISTATI MEMBRI TA’ L-UNJONI EWROPEA

ta' l-1 ta’ Jannar 2007

li tinnomina imħallfin fil-Qorti ta' Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/8/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u l-adattamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) u (2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 46(1) u (2), it-tieni subparagrafu, ta' l-Att ta' Adeżjoni msemmi hawn fuq jipprevedi n-nomina ta' żewġ imħallfin għall-Qorti ta' Prim'Istanza. Il-mandat ta' wieħed minn dawn l-imħallfin għandu jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2007. Dan l-imħallef għandu jintgħażel fuq bażi każwali. Il-mandat ta' l-imħallef l-ieħor għandu jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2010.

(2)

Huwa meħtieġ għalhekk, konformement ma' l-Artikolu msemmi u wara li tkun saret l-għażla fuq bażi każwali prevista fih, li jiġu nominati żewġ imħallfin supplimentari għall-Qorti ta' Prim'Istanza,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Theodore CHIPEV huwa b'dan nominat bħala imħallef fil-Qorti ta' Prim'Istanza, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Awwissu 2007.

Artikolu 2

Is-Sur Valeriu CIUCĂ huwa b'dan nominat bħala imħallef fil-Qorti ta' Prim'Istanza, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Awwissu 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Jannar 2007.

Il-President

W. SCHÖNFELDER