Official Journal L 340 , 06/12/1990 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0110
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0110
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 1990 li temenda d-Deċiżjoni 89/196/KEE, Euratom, KEFA li tistabbilixxi regoli dettaljati għad-deklassifikazzjoni ta' dokumenti protetti bis-sigriet professjonali jew kummerċjali (90/631/Euratom, KEFA, KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 ta' l-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika [1], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 359/83/KEFA tat-8 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, taħt ir-regoli dwar il-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunitajiet, dokumenti u rekords protetti bl-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali jew kummerċjali ma jistgħux jiġu rilaxxati għall-pubbliku kemm-il darba l-persuna jew l-impriża kkonċernata ma tqajjimx oġġezzjoni; billi, biex dan iseħħ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-intenzjoni li tirrilaxxa d-dokumenti u r-rekords lill-pubbliku; Billi bil-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji tal-Komunità Ekonomika Ewropea, in-numru ta' dokumenti li jistgħu jiġu deklassifikati ser jiżdiedu konsiderevolment; Billi in-notifikazzjoni qabel tal-persuni individwali jew imprizi kkonċernati ta' spiss tkun diffiċli, speċjalment fl-eventwalità ta' tibdil fl-indirizz jew fl-istat legali; Billi, biex tassigura li l-proċedura għall-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunitajiet titħaddem b'mod effiċjenti provizzjoni għandha tkun magħmula biex tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tinforma l-persuna jew l-impriża kkonċernata permezz ta' avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, IDDEĊIEDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/196/KEE, Euratom, KEFA [3] huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 Bil-għan li jiġi applikat l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 jew l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 359/83/KEFA, il-Kummissjoni ser tippubblika avviż fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej biex tinforma l-persuni jew l-impriżi konċernati li għandha l-intenzjoni li tirrilaxxa għall-pubbliku dokument jew rekord protett bl-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali jew kummerċjali u tistieden il-persuna jew l-impriża konċernata biex tissottometti xi oġġezzjonijiet f'perjodu ta' tmien ġimgħat. Jekk ma titqajjem ebda oġġezzjoni f'dan il-perjodu, id-dokument jew rekord jiġi rilaxxat lill-pubbliku." Artikolu 2 Din id-Deċżjoni għandha applika b'effett mit-30 ta' Novembru 1990. Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Novembru 1990. Għall-Kummissjoni Jacques Delors Il-President [1] ĠU L 43, tal-15.2.1983, pġ. 1. [2] ĠU L 43, tal-15.2.1983, pġ. 14. [3] ĠU L 73, tas-17.3.1989, p. 52. --------------------------------------------------