|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2023 |
3.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2023
tat-2 ta’ Ottubru 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 4 ta’ dak il-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000. |
|
(2) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jinkludi l-Protokoll 4 li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“Protokoll 4”), li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 78 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (il-“Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4. Skont l-Artikolu 80, it-tieni paragrafu, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw dawk id-deċiżjonijiet. |
|
(4) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, fil-laqgħa li jmiss tiegħu jew permezz ta’ skambju ta’ ittri, għandu jadotta deċiżjoni dwar proposta għal emenda tal-Protokoll 4. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni peress li d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollha effetti legali. |
|
(6) |
Bħala konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti”) fil-kawża C-104/16 P (2) tal-21 ta’ Diċembru 2016, sabiex tiġi stabbilita bażi legali għall-għoti tal-preferenzi tariffarji previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-oġġetti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent, l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk ikkonkludew Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emenda tal-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (3) (il-“Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”), li ġie ffirmat fil-25 ta’ Ottubru 2018. |
|
(7) |
Bħala konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti fil-Kawżi Magħquda C-779/21 P u C-799/21 P (4) tal-4 ta’ Ottubru 2024, biex jiġi żgurat li l-flussi kummerċjali li żviluppaw matul is-snin ma jiġux imfixkla, u li l-preferenzi tariffarji skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni japplikaw għall-oġġetti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent, l-Unjoni Ewropea u l-Marokk innegozjaw Ftehim ġdid fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li jissostitwixxi l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri (il-“Ftehim il-ġdid”). Il-Ftehim il-ġdid ġie ffirmat fit-3 ta’ Ottubru 2025 u ilu japplika b’mod proviżorju mill-4 ta’ Ottubru 2025. |
|
(8) |
Id-Dikjarazzjoni Konġunta li tinsab fil-Ftehim il-ġdid, imdaħħla wara l-Protokoll 4, tispeċifika li l-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent li huma soġġetti għall-kontroll tal-awtoritajiet doganali tar-Renju tal-Marokk jibbenefikaw mill-istess preferenzi kummerċjali bħal dawk mogħtija mill-Unjoni għall-prodotti koperti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u li l-Protokoll 4 japplika mutatis mutandis għall-finijiet tad-definizzjoni tal-istatus tal-oriġini ta’ dawk il-prodotti, inkluż fir-rigward tal-provi tal-oriġini. |
|
(9) |
Fil-qafas tal-Ftehim il-ġdid, jenħtieġ li l-Protokoll 4 jiġi emendat biex jiġu żgurati kemm l-applikabbiltà ta’ dak il-Protokoll għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent kif ukoll il-kontinwazzjoni tal-kummerċ, b’mod partikolari għas-settur tal-frott u l-ħaxix u għas-settur tas-sajd. |
|
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa laħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 4 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/204/oj.
(2) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropew vs Front Polisario, C-104/16 P, ECLI:EU:C:2016:973.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 34, 6.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/217/oj).
(4) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2024, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Front Polisario, ECLI:EU:C:2024:835.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU… TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK
ta’…
li temenda l-Protokoll 4, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tal-Protokoll 4 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 29 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), jirreferi għall-Protokoll 4 ta’ dak il-Ftehim (“Protokoll 4”), li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini. |
|
(2) |
L-Artikolu 5 tal-Protokoll 4 jipprevedi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4. |
|
(3) |
Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Protokoll 4 tispeċifika li l-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent li huma soġġetti għall-kontrolli mill-awtoritajiet doganali tar-Renju tal-Marokk jibbenefikaw mill-istess preferenzi kummerċjali bħal dawk mogħtija mill-Unjoni Ewropea għall-prodotti koperti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u li l-Protokoll 4 japplika mutatis mutandis għall-finijiet tad-definizzjoni tal-istatus ta’ oriġini ta’ dawn il-prodotti, inkluż fir-rigward tal-provi tal-oriġini, ħlief kif previst fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. |
|
(4) |
Fil-qafas tal-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, konkluż fi … 2025. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Protokoll 4 jiġi emendat sabiex jiġu previsti l-emendi meħtieġa biex jiġu żgurati kemm l-applikabbiltà għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent kif ukoll il-kontinwazzjoni tal-kummerċ, b’mod partikolari għas-settur tal-frott u l-ħaxix u għas-settur tas-sajd, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Jiżdied it-Titolu III* fil-Protokoll 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva:
“Titolu III (1)*
Dispożizzjonijiet fir-rigward tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni tal-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
Artikolu 8*
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni mutatis mutandis tal-Protokoll 4
Fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni u tar-regoli tranżizzjonali,
It-termini ‘il-bastimenti tagħhom’ u ‘il-bastimenti-fabbrika tagħhom’ tat-Titolu II tal-Konvenzjoni u tar-regoli tranżizzjonali jirreferu għal Stat Membru tal-Unjoni, għall-Marokk jew għas-Saħara tal-Punent.
Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-Konvenzjoni u tar-regoli tranżitorji ma għandhomx jiġu affettwati minn kwalunkwe ħidma, ipproċessar jew modifiki fil-Marokk jew kunsinni esportati mill-Marokk lejn l-Unjoni.
Il-provi tal-oriġini għandhom jimtlew kif ġej:
Fiċ-ċertifikat tal-moviment tal-oġġetti EUR.1:
Fil-kaxxa 2 ‘Ċertifikat użat fil-kummerċ preferenzjali bejn … u…’ għandha tiġi inkluża referenza għal ‘Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-UE u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju ta’ … 2025’.
Il-kaxxa 4 ‘Pajjiż, grupp ta’ pajjiżi jew territorju li minnu l-prodotti jitqiesu li joriġinaw’ ma għandhiex timtela.
Għandhom jiġu inklużi referenzi għal ‘Dakhla Oued Ed-Dahab’ jew ‘Laâyoune-Sakia El Hamra’, fil-kaxxa 7 ‘Kummenti’ skont il-każ.
Fid-dikjarazzjoni tal-oriġini, għandhom jiġu inklużi referenzi għal ‘Dakhla Oued Ed-Dahab’ jew ‘Laâyoune-Sakia El Hamra’, skont il-każ, b’rabta man-nota (2) f’qiegħ il-paġna tal-Annessi fit-test tad-dikjarazzjoni tal-oriġini.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika minn …
Magħmul fi …
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
Il-President
(1) ĠU UE L 70, 18.3.2000, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/204/oj.
(1) In-numerazzjoni għandha tiġi vverifikata skont il-mument tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li tintroduċi r-rabta dinamika u r-regoli tranżizzjonali, li tnaqqas l-għadd ta’ Titoli u Artikoli tal-Protokoll 4 għal tnejn u sebgħa rispettivament.
ANNESS
Mudell għaċ-ċertifikat tal-moviment tal-oġġetti EUR.1
(L-ebda bidla) |
EUR.1 |
Nru A |
000.000 |
|||||||
|
Qabel timla din il-formola, ara n-noti fil-paġna ta’ wara. |
||||||||||
....................................... u Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli 1 u 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (niżżel il-pajjiżi, il-gruppi ta’ pajjiżi jew it-territorji ikkonċernati) |
||||||||||
(L-ebda bidla) |
||||||||||
(Ma għandhiex timtela) |
(L-ebda bidla) |
|||||||||
(L-ebda bidla) |
Referenza għall-oriġini reġjonali (Laâyoune-Sakia El Hamra, Dakhla Oued Ed-Dahab) |
|||||||||
Deskrizzjoni tal-oġġetti2 (L-ebda bidla) |
(L-ebda bidla) |
(L-ebda bidla) |
||||||||
Mudell tad-dikjarazzjoni tal-oriġini
Il-verżjoni bil-Malti
L-esportatur tal-prodotti koperti minn dan id-dokument (awtorizzazzjoni doganali nru ………(1)) jiddikjara li, ħlief jekk indikat ċar b’mod ieħor, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali
Referenza għall-oriġini reġjonali (Laâyoune-Sakia El Hamra, Dakhla Oued Ed-Dahab).(2)
..........................................................................................................................................................
(Post u data)(3)
..........................................................................................................................................................
(Firma tal-esportatur u indikazzjoni, miktuba b’mod ċar, tal-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni)(4)
|
(1) |
Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f’dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt. |
|
(2) |
Trid tiġi indikata l-oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirreferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla, l-esportatur għandu jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”. |
|
(3) |
Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun tinsab fid-dokument stess. |
|
(4) |
Meta l-esportatur ma jkollux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2023/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)