|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4263 |
27.6.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2024/4263)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' Boris Viktorovich OBNOSOV (Nru 1600.), persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u informazzjoni ġodda. Din il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tressaq talba lill-Kunsill biex tikseb l-informazzjoni relatata maż-żamma tal-miżuri restrittivi, sa l-4 ta’ Lulju 2024, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4263/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)