Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2010 – Cabel Hall Citrus vs UASI – Casur (EGLÉFRUIT)

(Kawża T-488/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali EGLÉFRUIT – Trade mark Kommunitarja verbali preċedenti UGLI u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti UGLI Fruit – but the affliction is only skin deep – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 52(1)(a)) (ara l-punti 30, 47, 48, 50, 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Settembru 2007 (Każ R 293/2007‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cabel Hall Citrus Ltd u Casur S. Coop. Andaluza.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rregistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali EGLÉFRUIT, għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Trade mark Komunitarja Nru 3517431

Prorprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Casur S. Coop. Andaluza

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Cabel Hall Citrus Ltd

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark Komunitarja verbali UGLI għall-prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32 u trade mark nazzjonali figurattiva UGLI Fruit – but the affliction is only skin deep għall-prodotti fil-klassi 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cabel Hall Citrus Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.