|
31.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/38 |
Avviż rigward il-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, fiċ-Ċina u li huma estiżi għall-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils tal-azzar mibgħuta mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarat li joriġinaw fil-Korea u sew jekk le: indirizz mibdul ta' kumpanija eżentata mill-miżuri estiżi
2011/C 99/07
Id-dazju tal-anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, fiċ-Ċina impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 (1) kien estiż għall-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea, sew jekk ikun iddikjarat li joriġinaw fil-Korea u sew jekk le, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 (2) (“ir-Regolament (UE) Nru 400/2010”).
Bosung Wire Rope Co. Ltd, kumpanija fir-Repubblika tal-Korea, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni tal-ħbula u l-kejbils tal-azzar ġew eżentati mid-dazju tal-anti-dumping estiż, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 400/2010, infurmat lill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) li fit-3 ta' Jannar 2011 bidlet l-indirizz tagħha.
Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta’ dazju applikata lill-kumpanija meta kienet fl-indirizz preċedenti tagħha, jiġifieri:
|
972-5 Songhyun-Ri |
|
Jinrae-Myeun |
|
Kimhae-Si |
|
Gyeungsangnam-Do |
|
DAEHANMINGUK/REPUBLIC OF KOREA |
Il-kumpanija ssottomettiet biżżejjed evidenza biex tistabbilixxi li l-bidla fl-indirizz saret minħabba n-nuqqas ta' spazju li kellha fejn kienet qabel.
Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz bl-ebda mod ma taffettwa s-sejbiet tar-Regolament (UE) Nru 400/2010. Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 400/2010 għal:
|
Bosung Wire Rope Co. Ltd |
|
972-5 Songhyun-Ri |
|
Jinrae-Myeun |
|
Kimhae-Si |
|
Gyeungsangnam-Do |
|
DAEHANMINGUK/REPUBLIC OF KOREA |
għandha tinbidel għal:
|
Bosung Wire Rope Co. Ltd |
|
568 Yongdeok-ri |
|
Hallim-myeon |
|
Gimhae-si |
|
Gyeongsangnam-do |
|
621-872 |
|
DAEHANMINGUK/REPUBLIC OF KOREA |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC A969 għandu japplika għal:
|
Bosung Wire Rope Co. Ltd |
|
568 Yongdeok-ri |
|
Hallim-myeon |
|
Gimhae-si |
|
Gyeongsangnam-do |
|
621-872 |
|
DAEHANMINGUK/REPUBLIC OF KOREA |
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.