31995R2480



Official Journal L 256 , 26/10/1995 P. 0009 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2480/95

tal-25 ta' Ottubru 1995

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1501/95 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għoti ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni fuq ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' moviment mhux mixtieq fis-suq taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1863/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 13 (11) u 16 (2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 fuq l-għoti ta' rifużjonijiet ta' esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' moviment mhux mixtieq fis-suq taċ-ċereali [3]; billi, biex tagħmel stima tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni fuq prodotti proċessati, huwa meħtieġ li jkunu magħrufa l-koeffiċjenti ta' l-ipproċessar li għandhom jiġu applikati; billi dawk il-koefiċjenti huma fil-fatt il-figuri stipulati fl-Anness I tar-Regolament imsemmi; billi dak il-fatt għandu għalhekk ikun iċċarat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1501/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Is-sentenza finali ta' l-Artikolu 11(1) hija mibdula b'din li ġejja:

"Il-koeffiċjenti ta' l-ipproċessar li jesprimu r-relazzjoni bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità ta' dak il-prodott li jkun fil-prodott ipproċessat għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness I.";

2. fl-Anness I, l-intestatura ta' l-aħħar kolonna hija mibdula b'din li ġejja:

"Il-koefiċcjenti ta' l-ipproċessar li jindikaw l-għadd ta' kilogrammi ta' ċereali kull elf kilo ta' prodotti ikkonċernat.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, pġ. 21.

[2] ĠU L 179, tad-29.7.1995, pġ.1.

[3] ĠU L 147, it-30.6.1995, pġ. 7.

--------------------------------------------------