|
6.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/1 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1
tas-17 ta’ Diċembru 2020
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tas-sussidji agrikoli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (1) fit-30 ta’ Jannar 2020 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
L-Artikolu 166 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ (il-"Kumitat Konġunt") biex jadotta deċiżjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li għalihom jipprovdi l-Ftehim dwar il-Ħruġ. Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(3) |
L-Artikolu 10(1) tal-Protokoll jissoġġetta l-miżuri meħuda mir-Renju Unit, li jappoġġaw l-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, inkluż l-appoġġ għall-prodotti tas-sajd u l-akwakultura fl-Irlanda ta’ Fuq, għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat elenkati fl-Anness 5 tal-Protokoll meta dawn il-miżuri jaffettwaw dan il-kummerċ ta’ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni. Fl-istess waqt, l-Artikolu 10(2) tal-Protokoll jipprevedi eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sa livell annwali globali massimu determinat ta’ appoġġ, dment li l-perċentwal minimu determinat ta’ appoġġ eżentat ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura. |
|
(4) |
Il-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ u l-perċentwal minimu jenħtieġ li jiġu ddeterminati billi jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 6 tal-Protokoll. |
|
(5) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ għall-prodotti agrikoli għajr il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, tqieset in-nefqa medja mġarrba u prevista fl-Irlanda ta’ Fuq skont il-politika agrikola komuni (PAK) bħala parti mill-qafas finanzjarju pluriennali ("QFP 2014-2020") attwali. |
|
(6) |
Għall-finijiet tal-iffissar tal-perċentwal minimu, tqieset ir-rata medja tal-appoġġ tal-Unjoni li hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, skont in-notifiki ta’ appoġġ kollha tal-Unjoni lid-WTO matul dawn l-aħħar ħames snin, li huwa l-perijodu li matulu ngħataw in-notifiki lid-WTO fil-kuntest tal-QFP 2014-2020. |
|
(7) |
Il-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ għaldaqstant jenħtieġ li jiġi stabbilit għal EUR 429 miljun għas-sussidji fis-settur agrikolu. |
|
(8) |
Għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, il-livell massimu ta’ appoġġ, li jibbaża ruħu fuq l-infiq medju skont il-QFP 2014-2020, jenħtieġ li jiġi stabbilit għal EUR 19,5 miljun fuq perijodu ta’ ħames snin, b’limitu massimu ta’ EUR 4,5 miljun fi kwalunkwe sena minnhom. |
|
(9) |
Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-appoġġ eżentat jintuża biex jiġu ffinanzjati operazzjonijiet li b’xi mod ma jkunux eliġibbli għall-appoġġ fis-settur tas-sajd, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt jenħtieġ li tirrifletti l-ineliġibbiltà ta’ ċerti operazzjonijiet previsti fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(10) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-rigward tas-sussidji agrikoli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
S. SCHULZE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2020 TAl-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
ta’ ….
li tiddetermina l-livell annwali globali massimu inizjali ta’ appoġġ eżentat u l-perċentwal minimu inizjali msemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IL-KUMITAT KONĠUNT
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) u l-Anness 6 tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-livell annwali globali ta’ appoġġ għall-prodotti agrikoli għajr il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
1. Il-livell annwali globali massimu inizjali ta’ appoġġ eżentat imsemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-prodotti agrikoli għajr il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandu jkun ta’ GBP 382,2 miljun (1).
2. Ir-Renju Unit jista’ jżid il-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ eżentat imsemmi fil-paragrafu 1, sal-ammont addizzjonali ta’ GBP 25,03 miljun f’xi sena partikolari, bil-parti tal-ammont tal-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ eżentat li ma jkunx intefaq fis-sena kalendarja preċedenti.
3. Il-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ eżentat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinżdied bl-ammont ta’ GBP 6,8 miljun għal sena partikolari:
|
(a) |
jekk matul dik is-sena l-Unjoni Ewropea tkun ħadet miżuri li jkopru lir-Repubblika tal-Irlanda, skont il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu I jew l-Artikoli 219, 220 jew 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2); jew |
|
(b) |
minħabba:
Il-punt (b) japplika biss meta r-Renju Unit ikun informa lill-Unjoni Ewropea mill-inqas għaxart ijiem qabel ma juża l-livell annwali globali massimu ta’ appoġġ miżjud. |
Artikolu 2
Il-livell annwali globali ta’ appoġġ għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
1. Il-livell globali massimu inizjali ta’ appoġġ eżentat imsemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandu jkun ta’ GBP 16,93 miljun matul l-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll matul kwalunkwe perijodu sussegwenti ta’ ħames snin. Madankollu, il-livell annwali globali ta’ appoġġ eżentat għal dawn il-prodotti ma jridx jaqbeż l-GBP 4,01 miljun fi kwalunkwe sena partikolari.
2. L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1:
|
(a) |
l-operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut; |
|
(b) |
il-bini ta’ bastimenti tas-sajd ġodda jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd; |
|
(c) |
il-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd; |
|
(d) |
il-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd, dment li ma jkunx relatat ma’ xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(e) |
sajd esploratorju; |
|
(f) |
it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju; u |
|
(g) |
ir-ripopolazzjoni diretta, dment li ma jkunx previst permezz ta’ miżuri mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jew tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, li jiġu kkonservati l-istokkijiet tal-ħut jew l-ekosistema tal-baħar, jew inkella fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali. L-eċċezzjonijiet previsti fil-punt (d) huma soġġetti għall-kundizzjoni li l-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastiment tas-sajd jew mis-sajjied ikkonċernat jiġu effettivament sospiżi u li l-finanzjament jingħata għal perijodu massimu ta’ sitt xhur għal kull bastiment. |
Artikolu 3
Perċentwal minimu
Il-perċentwal minimu inizjali msemmi fl-Artikolu 10(2) tal-Protokoll għandu jkun ta’ 83 % u għandu japplika għall-ammonti tal-livell annwali globali ta’ appoġġ eżentat imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 4
Rieżami
Il-Kumitat Konġunt għandu regolarment jirrieżamina din id-Deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
(1) Għall-finijiet tal-kalkoli u l-ammonti kollha, stabbiliti f’GBP f’din id-Deċiżjoni, għall-EUR għandha tintuża r-rata tal-kambju tal-Pagamenti Diretti tal-2019 (EUR 1 = £0.89092).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 671).