Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Settembru 2004, li ma taċċettax l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi tal-informatika u tal-provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti “FISH/2004/02” hija annullata.
2) Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.