|
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9061 — GETEC Wärme & Effizienz/SW Hanau/Pionierwerk)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 395/05)
1.
Fit-22 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
GETEC Wärme & Effizienz GmbH (“GETEC”, il-Ġermanja), li tappartjeni għal GETEC Group, finalment ikkontrollata minn EQT Fund Management S.à.r.l. (il-Lussemburgu). |
|
— |
Stadtwerke Hanau (“SW Hanau”, il-Ġermanja). |
|
— |
PionierWerk Hanau GmbH (“JV”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn SW Hanau. |
GETEC u SW Hanau jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-joint venture (JV). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
GETEC hija kumpanija speċjalizzata fis-settur tas-sħana deċentralizzata, kuntratti għall-enerġija u l-kesħa kif ukoll servizzi tal-enerġija. |
|
— |
SW Hanau hija fornitur tal-enerġija muniċipali tal-belt ta’ Hanau, li tipprovdi l-belt b’gass, ilma u elettriku. |
|
— |
Il-JV ġiet stabbilita f’Ġunju 2018 minn SW Hanau u fil-futur għandha tipprovdi lil distrett żviluppat ġdid f’Hanau, “il-Pioneer-Park”, bl-elettriċità, is-sħana, it-telekomunikazzjoni u servizzi tal-mobbiltà elettronika, kif ukoll servizzi tad-dar intelliġenti f’bini li għandu jinbena. Barra minn hekk, il-JV għandha tħaddem impjant ta’ sħana u enerġija f’din iż-żona, billi twassal l-elettriku u s-sħana għand il-Pioneer-Park. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9061 — GETEC Wärme & Effizienz/SW Hanau/Pionierwerk
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).