IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 17.2.2025
COM(2025) 44 final
ANNESS
ta'
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili
ANNESS
Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea hija li tappoġġa l-bidliet fil-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Inġenji tal-Ajru Ċivili tal-Arranġament stabbilit f’dan l-Anness. Ir-referenzi ta’ hawn taħt huma magħmula għall-Artikoli u l-Annessi tal-Arranġament.
Jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet tekniċi żgħar fil-pożizzjoni tal-Unjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Parteċipanti fl-Arranġament mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Iż-żidiet huma b’tipa grassa sottolinjata:
KAPITOLU I: KOPERTURA
18.
Inġenji tal-ajru użati u prodotti u servizzi oħrajn
Din il-Parti tal-Ftehim Settorjali għandha tapplika għal inġenji tal-ajru użati u għall-magni ta’ rikambju, għall-ispare parts, għall-konverżjoni, għal modifiki kbar, għar-restawr, għal kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz relatati kemm ma’ inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll użati u ma’ kits tal-magni.
KAPITOLU II: TERMINI U KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati għall-magni ta’ rikambju u għall-inġenji tal-ajru użati, għajr it-terminu massimu ta’ ripagament, għandhom ikunu f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
Normalment jiġu ffinanzjati prodotti u servizzi għajr inġenji tal-ajru ġodda, inġenji tal-ajru użati u magni ġodda b’self li se jkopri perjodu estiż ta’ prestazzjoni tal-kuntratt. Għalhekk it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati għal prodotti u servizzi oħra koperti minn dan il-Ftehim Settorjali għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, ħlief kif stabbilit fl-Artikolu 22 hawn taħt.
[…]
20.
Magni ta’ rikambju u spare parts
a)Meta jinxtraw, jew jiġu ordnati b’rabta mal-magni li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għall-magni ta’ rikambju jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru.
Meta jinxtraw ma’ inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u tal-magni installati; il-paragrafu d) ta’ hawn taħt għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts li jaqbżu l-limitu ta’ 5 %.
b)Meta l-ispare parts ma jinxtrawx ma’ inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun ta’ tmien snin. Għal magni ta’ rikambju b’valur tal-unità ta’ USD 10 miljun jew iktar, it-terminu ta’ ripagament jista’ jiżdied għal 10 snin, ġaladarba t-tranżazzjoni tilħaq ir-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II.
c)Meta ma jinxtrawx spare parts oħra ma’ inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta’ ripagament għandu jkun:
1)
Ħames snin b’valur tal-kuntratt ta’ USD 5 miljun jew aktar.
2)
Sentejn b’valur tal-kuntratt ta’ inqas minn USD 5 miljun.
21.
Kuntratt ta’ Konverżjoni/Modifika Maġġuri/Rinnovazzjoni
a)Jekk tranżazzjoni għall-konverżjoni:
1)Ttiġi stmata b’valur ta’ USD 5 miljun jew aktar, u
–Ttissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa tmien snin.
–Mma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa ħames snin.
2)Ttiġi stmata b’valur ta’ inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa sentejn.
b)Jekk tranżazzjoni tkun għal modifika kbira, jew għal restawr, Parteċipant jista’ joffri appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa:
1)Ħames snin jekk il-valur tal-kuntratt ikun ta’ USD 5 miljun jew aktar; u
2)Ssentejn, jekk il-valur tal-kuntratt ikun inqas minn USD 5 miljun.
22.Kuntratti ta’ Manutenzjoni u Servizz, Spare Parts (għajr Magni) u Kits tal-Magni
a) Għajr għall-Artikolu 22 b) hawn taħt, Iil-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa tliet ħames snin. wara l-punt tal-bidu tal-kreditu jekk il-valur tal-kuntratt ikun ta’ USD 5 miljun jew aktar, jew sentejn jekk il-valur tal-kuntratt ikun inqas minn USD 5 miljun.
b) Meta jinxtraw ma’ inġenju tal-ajru ġodda, l-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts jista’ jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru sa massimu ta’ 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u tal-magni installati. L-Artikolu 22 a) għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali għall-ispare parts li jaqbżu l-limitu massimu ta’ 5 %.
c) Il-Parteċipanti għandhom:
1)
jirrikjedu ħlas parzjali minimu ta’ 15 % tal-prezz nett tal-ispare parts, tal-kits tal-magni jew tal-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz li jirċievu appoġġ fil-punt tal-bidu tal-kreditu jew qablu;
2)
ma jipprovdux appoġġ uffiċjali li jaqbeż il-85 % tal-valur tal-prezz nett tal-ispare parts, tal-kits tal-magni jew tal-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz li jirċievu appoġġ.
d) Ir-regoli tar-rati minimi tal-primjum tal-ASU se japplikaw kif stabbilit fl-APPENDIĊI II, TAQSIMA 3: Rati minimi tal-primjum għal prodotti u servizzi li mhumiex inġenji tal-ajru koperti mill-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
23. Kits tal-Magni
Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b’terminu ta’ ripagament sa ħames snin.
[…]
Appendiċi V. Lista Ta’ Definizzjonijiet
[…]
Punt tal-Bidu tal-Kreditu: Għal:
–il-bejgħ ta’ inġenji tal-ajru inkluż ħelikopters, u magni ta’ rikambju u spare parts, mhux aktar tard mid-data reali meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-prodotti, jew id-data medja ponderata meta x-xerrej jieħu l-pussess tal-prodotti
–kuntratti ta’ manutenzjoni u servizzi, spare parts (għajr magni) u kits tal-magni, fil-każ ta’:
i)parts, spare parts jew pussess fiżiku ieħor tal-prodotti. Għal servizzi,: l-aħħar punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx aktar tard mid-data attwali tal-aċċettazzjoni tal-prodotti jew mid-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-prodotti mix-xerrej; jew
ii)għal kuntratti ta’ servizzi fejn ma jkunu qed jkunu disponibbli l-ebda parts, spare parts jew prodotti fiżiċi oħra: a) id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lix-xerrej jew l-aċċettazzjoni tas-servizzi mix-xerrej, jew b) id-data medja ponderata tas-sottomissjoni tal-fatturi lix-xerrej jew id-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tas-servizzi mix-xerrej, jew
iii)partijiet, spare parts jew prodotti u servizzi fiżiċi oħra fejn iffinanzjati fl-istess tranżazzjoni: il-punt tal-bidu tal-kreditu huwa l-aktar tard minn a) id-data attwali tal-aċċettazzjoni tal-prodotti jew id-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tal-prodotti, jew b) id-data attwali tas-sottomissjoni tal-fatturi lix-xerrej jew id-data attwali tal-aċċettazzjoni tas-servizzi mix-xerrej jew id-data medja ponderata tas-sottomissjoni tal-fatturi lix-xerrej jew id-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni tas-servizzi mix-xerrej.
Meta d-data attwali tal-aċċettazzjoni jew id-data medja ponderata tal-aċċettazzjoni ma tkunx tista’ tiġi definita bil-quddiem minħabba n-natura tal-prodotti jew tas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu jista’ jiġi ddeterminat bl-użu ta’ stima raġonevoli tad-data rilevanti jew tad-data medja ponderata.