Official Journal L 255 , 26/09/1985 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0173
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 38 P. 0020
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0173
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 38 P. 0020
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2688/85 tal-25 ta’ Settembru 1985 li jemenda għar-raba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari Artikolu 18(6) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 631/85 [3], jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali għall-esportazzjoni taċ-ċanga u tal-vitella; billi Artikolu 3 ta’ l-imsemmi Regolament jispeċifika li l-identifikazzjoni tal-prodotti għandha ssir fil-biċċerija; billi f’każi fejn karkassa jew nofs karkassa kienet diġà ġiet identifikata skond l-imsemmi Regolament, ir-rbiegħ minn dik il-karkassa jew nofs karkassi jistgħu jiġu identifikati f’lokalità oħra minbarra l-biċċerija; billi jidher li huwa ta’ min jagħmel dispożizzjoni għal possibilità ta’ din ix-xorta fl-imsemmi Regolament; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej qiegħed b’hekk jiġi miżjud ma’ Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 32/82: "F’każi fejn karkassi jew nofs karkassi jinqatgħu fi rbiegħ ta’ quddiem u fi rbiegħ ta’ wara f’lokalità oħra minbarra l-biċċerija, l-awtorità msemmija f’Artikolu 2(2) tista’ tibdel iċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi, maħruġ fir-rigward tal-karkassi jew in-nofs karkassi, ma’ ċertifikati rigward l-irbiegħ hawn fuq imsemmija, kemm-il darba l-ħtiġiet l-oħra kollha li jirrigwardaw il-ħruġ tagħhom jkunu tħarsu." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Settembru 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Vici-President [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [2] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11. [3] ĠU L 72, tat-13.3.1985, p. 24. --------------------------------------------------