23.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10362 — KKR/CD&R/Cloudera)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 293/05)

1.   

Fis-16 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Clayton, Dubilier & Rice, Fund XI, L.P. (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Cloudera, Inc. (“Cloudera”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

KKR u CD&R jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Cloudera kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal KKR: ditta tal-investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni,

—

għal CD&R: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li toriġina, tistruttura u taġixxi bħala investitur ewlieni ta’ ekwità f’akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, investimenti strateġiċi ta’ ekwità minoritarji u investimenti strateġiċi oħra,

—

għal Cloudera: fornitur ta’ softwer għall-ġestjoni tad-data u tal-analitika b’diversi funzjonijiet, inklużi l-ġestjoni tal-fluss, il-ġestjoni tal-flussi, l-inġinerija tad-data, il-ħżin tad-data, l-analitika tal-istreaming, il-bażijiet tad-data operattivi u t-tagħlim awtomatiku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10362 — KKR/CD&R/Cloudera

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.