52010DC0307

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill U L-PARLAMENT EWROPEW dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani /* KUMM/2010/0307 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 14.6.2010

KUMM(2010)307 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani

DAħLA

L-għan ewlieni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani[1] huwa li jistabbilixxi qafas komuni u standards tal-kwalità tal-istatistika għall-produzzjoni sistematika tal-istatistiki tal-Unjoni Ewropea fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani.

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 jgħid li l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sat-28 ta’ Frar 2010. B’mod partikolari, ir-rapport għandu:

1. jirreġistra l-kwalità tal-istatistika prodotta;

2. jistma l-benefiċċji mogħtija lill-Komunità, lill-Istati Membri u lill-fornituri u utenti ta’ informazzjoni statistika tal-istatistika prodotta fir-rigward tal-ispejjeż;

3. jidentifika oqsma għal titjib u emendi potenzjali kkunsidrati meħtieġa fid-dawl tar-riżultati miksuba;

4. jirrevedi l-funzjonament tal-Kumitat tal-Bilanċ ta’ Pagamenti u jirrakkomanda jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri implimentattivi għandux jiġi definit mill-ġdid.

Dan ir-rapport jeżamina l-iktar aspetti importanti tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 mill-Istati Membri u l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex tiżgura l-kwalità għolja tal-istatistika Ewropea fir-rigward tal-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani.

MIżURI IMPLIMENTATTIVI

Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, ġew adottati dawn ir-regolamenti implimentattivi li ġejjin:

5. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2006 tat-18 ta’ April 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-dejta[2];

6. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2006 tat-18 ta’ April 2006 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tal-aġġornar tar-rekwiżiti tad-dejta[3];

7. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta’ bilanċ tal-pagamenti[4];

8. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta[5].

IS-SETTIJIET TA’ DEJTA EWLENIN IKKONċERNATI

L-istatistiki fuq il-bilanċ ta’ pagamenti jipprovdu informazzjoni komprensiva dwar it-tranżazzjonijiet bejn l-ekonomija dikjaranti u l-bqija tad-dinja. Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jikkonċerna l-ġbir ta’ dawn l-erba’ settijiet ta’ dejta li ġejjin:

- Stimi bikrija tal-Bilanċ ta’ Pagamenti ta’ Kull Tliet Xhur (indikaturi tal-ewro);

- Il-Bilanċ ta’ Pagamenti ta’ Kull Tliet Xhur;

- Il-Kummerċ Internazzjonali f’Servizzi Annwali;

- L-Investimenti Diretti Barranin Annwali.

B’mod partikolari, għal kull wieħed minn dawn is-settijiet tad-dejta, id-dejta tinġabar mill-Eurostat mill-Istati Membri u tintuża għall-produzzjoni ta’ aggregati tal-UE li jiġu ppubblikati flimkien mad-dejta tal-Istati Membri individwali fuq id-dejtabejż onlajn tal-Eurostat[6].

B’mod ġenerali, l-ewwel stima tal-aggregati ewlenin ta’ kull tliet xhur (il-bilanċ tal-kont kurrenti u l-bilanċ tal-kont tas-servizzi) tkun disponibbli 10 ġimgħat mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. It-tieni stima tinħareġ 15-il ġimgħa mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, u tinkludi sett usa’ ta’ partiti tal-bilanċ ta’ pagamenti u l-analiżi ġeografika li tikkonsisti fl-imsieħba ekonomiċi ewlenin, b’mod partikolari l-iktar ekonomiji żviluppati u emerġenti importanti.

Fuq bażi annwali, l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani tiġi ppubblikata iktar fid-dettall. Id-dejta annwali dwar il-kummerċ internazzjonali f’servizzi tinqasam skont lista komprensiva ta’ tipi ta’ servizzi u 42 ekonomija. Id-dejta tiġi trażmessa mill-Istati Membri disa’ xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u tiġi ppubblikata madwar xahrejn wara. L-istatistika annwali dwar l-investiment dirett barrani tinkludi dejta dwar il-flussi u l-istokks, skont it-tip tal-istrument, il-pajjiż imsieħeb u l-attività ekonomika. Id-dejta tiġi pprovduta mill-Istati Membri disa’ xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u tiġi ppubblikata madwar tliet xhur wara.

KWALITÀ TAL-ISTATISTIKA PRODOTTA

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa. Barra dan, skont l-Artikolu 4(3), il-kwalità tad-dejta trażmessa lill-Eurostat għandha tiġi stmata fuq il-bażi tar-rapporti ta’ kwalità, bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Bilanċ ta’ Pagamenti (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kumitat BoP).

L-analiżi li ġejja tirreferi għar-riżultati tal-aħħar rapporti ta’ kwalità disponibbli dwar id-dejta mogħtija mill-Istati Membri fl-2008. Għalhekk, l-iktar żviluppi riċenti, inkluż it-titjib fil-kwalità rreġistratminn diversi Stati Membri fl-2009, mhumiex koperti f’din l-analiżi.

Prontezza

Il-kriterju tal-prontezza jirreferi għall-konformità mal-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta.

L-iskadenzi huma stipulati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 184/2005 u speċifikati iktar fil-Ktejjeb tal-Bilanċ ta’ Pagamenti[7], li huwa d-dokument ta’ referenza għad-dettalji tekniċi tat-trażmissjoni tad-dejta.

It-Tabella 1 fiha l-analiżi[8] tal-prontezza tal-istatistiki dwar il-bilanċ ta’ pagamenti. Din turi li fil-biċċa l-kbira l-Istati Membri jirnexxielhom jilħqu l-iskadenzi għas-settijiet kollha tad-dejta, bi ftit ħafna eċċezzjonijiet jinġabru fiż-żewġ dominji tal-investiment dirett barrani.

Kopertura tad-dejta trażmessa lill-Eurostat

Il-kriterju tal-kopertura tad-dejta jirreferi għad-disponibilità tad-dejta mitluba mir-Regolament (KE) Nru 184/2005 skont il-perjodi ta’ referenza u analizzata skont l-erja ġeografika, il-partita u l-attività. Dan jitkejjel bħala s-sehem tal-għadd ta’ valuri pprovduti b’relazzjoni għall-għadd totali ta’ valuri mitluba.

Tabella 1: Prontezza tat-trażmissjoni tad-dejta

Indikaturi tal-ewro | Bilanċ ta’ Pagamenti ta’ Kull Tliet Xhur | Kummerċ Internazzjonali fis-Servizzi | Investiment Dirett Barrani — Flussi | Investiment Dirett Barrani — Stokks |

Skadenza: | perjodu ta’ referenza + xahrejn | perjodu ta’ referenza + 3 xhur | perjodu ta’ referenza + 9 xhur | perjodu ta’ referenza + 9 (jew 21) xhur[9] | perjodu ta’ referenza +9 (jew 21) xhur |

Awstrija | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Belġju | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | ħażin |

Bulgarija | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | good |

Ċipru | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | ħażin |

Repubblika Ċeka | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Danimarka | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Estonja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Finlandja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Franza | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Ġermanja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Greċja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Ungerija | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Irlanda | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Italja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Latvja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Litwanja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Lussemburgu | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Malta | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Olanda | tajjeb | tajjeb | Aċċettabbli | tajjeb | tajjeb |

Polonja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Portugall | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Rumanija | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | ħażin | ħażin |

Slovakkja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Slovenja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Spanja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Svezja | tajjeb | tajjeb | Tajjeb | tajjeb | tajjeb |

Renju Unit | aċċettabbli | tajjeb | Tajjeb | ħażin | ħażin |

Tabella 2: Kopertura

Indikaturi tal-Euro | Bilanċ ta’ Pagamenti ta’ Kull Tliet Xhur | Kummerċ Internazzjonali fis-Servizzi | Investiment Dirett Barrani — Flussi | Investiment Dirett Barrani — Stokks |

Awstrija | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Belġju | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | inkompleta |

Bulgarija | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Ċipru | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Repubblika Ċeka | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Danimarka | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Estonja | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Finlandja | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Franza | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Ġermanja | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | inkompleta |

Greċja | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Ungerija | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Irlanda | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Italja | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Latvja | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Litwanja | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Lussemburgu | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Malta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Olanda | kompleta | kompleta | inkompleta | inkompleta | inkompleta |

Polonja | kompleta | kompleta | kompleta | inkompleta | inkompleta |

Portugall | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Rumanija | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Slovakkja | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Slovenja | kompleta | kompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Spanja | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta | kompleta |

Svezja | inkompleta | inkompleta | inkompleta | kompleta | kompleta |

Renju Unit | kompleta | inkompleta | inkompleta | kompleta | inkompleta |

It-talbiet għad-dejta użati fil-kalkolu ta’ dan l-indikatur huma speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. It-Tabella 2 hija sommarju[10] ta’ dan l-indikatur għal kull Stat Membru u skont is-sett tad-dejta.

L-Istati Membri kollha kkonformaw mat-talbiet, għall-inqas parzjalment, u l-ebda settijiet tad-dejta ma huma nieqsa. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ppreżentaw erba’ settijiet tad-dejta kompleti, jew tlieta minn erbgħa. Kienu biss tliet Stati Membri (l-Olanda, ir-Renju Unit u l-Isvezja) li ppreżentaw il-biċċa l-kbira tas-settijiet tad-dejta inkompleti.

L-iktar talba diffiċli tirrigwarda l-kummerċ internazzjonali fis-servizzi, u kienu biss sittax-il Stat Membru li kkonformaw bis-sħiħ.

Korrettezza metodoloġika

Il-kriterju relatat mal-korrettezza metodoloġika jirreferi għall-konformità mal-istandards, il-linji gwida u l-prassi tajba aċċettati internazzjonalment.

L-Istati Membri kollha huma ġeneralment konformi mal-istandards internazzjonali kif stabbiliti fil-: Manwal tal-Bilanċ ta’ Pagamenti, il-5 edizzjoni (BPM5), ippubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI); id-Definizzjoni tal-Punt ta’ Riferiment għal Investiment Dirett Barrani, it-3 edizzjoni (BD3), ippubblikata mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD); u l-Manwal dwar l-Istatistika fuq il-Kummerċ Internazzjonali fis-Servizzi, ippubblikat b’mod konġunt min-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Kummissjoni Ewropea, l-FMI, l-OECD, il-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Id-devjazzjonijiet minn din il-metodoloġija jiġu mmonitorjati regolarment permezz tar-Rapporti ta’ Kull Tliet Xhur. Dawn id-diverġenżi jiġu diskussi fil-Kumitat tal-BoP u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Bilanċ ta’ Pagamenti, bl-għan li titrawwem l-armonizzazzjoni.

L-istandards internazzjonali ġew riveduti riċentament. Is-6 edizzjoni tal-Manwal tal-Bilanċ ta’ Pagamenti (BPM6) ħarġet f’Novembru 2008, ir-4 edizzjoni tad-Definizzjoni tal-Punt ta’ Riferenza għal Investiment Dirett Barrani (BD4) tlestiet f’April 2008, u l-verżjoni aġġornata tal-Manwal dwar l-Istatistiki fuq il-Kummerċ Internazzjonali fis-Servizzi (MSITS 2010) ġiet approvata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 2010.

L-implimentazzjoni koordinata tal-istandards il-ġodda, diġà maqbula mal-Istati Membri fil-Kumitat tal-BoP, għandha żżid il-livell tal-konformità u, għalhekk, il-komparabilità tal-istatistiki sottostanti.

Stabbilità

Il-kriterju tal-istabbilità jirreferi għall-grad ta’ kemm il-valuri estimi inizjali jqarrbu lejn il-valuri finali.

L-istabbilità tista’ titkejjel permezz tal-iżball f’perċentwali assolut medju[11], indikatur miftiehem mill-Kumitat tal-BoP. It-Tabella 3 turi l-aħħar ċifri disponibbli għal dan l-indikatur fir-rigward tal-partiti ewlenin tal-bilanċ ta’ pagamenti tal-Unjoni Ewropea. L-indikatur b’valur baxx ifisser livell għoli ta’ stabbilità. Dan huwa l-każ fil-biċċa l-kbira tal-partiti, għalkemm reviżjonijiet kbar mhux ħażin jiġu intraċċati fid-dħul u fis-sottokomponenti tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kumpens tal-impjegati u d-dħul mill-investiment dirett. Dawn huma fost il-partiti l-iktar diffiċli biex jitkejlu u fejn huma mistennija l-ikbar reviżjonijiet, minħabba s-sors tad-dejta normalment użat. Fil-fatt, il-valuri finali għal dawn il-partiti huma ġeneralment ibbażati fuq ir-riżultati tal-istħarriġ annwali, filwaqt li dawk inizjali jibbażaw fuq l-estimi, li ma joffrux grad għoli ta’ eżattezza.

Tabella 3: L-iżball f’perċentwali assolut medju għall-aggregati tal-UE

Krediti | Debiti |

2006 | 2007 | 2006 | 2007 |

Kont kurrenti | 2.3 % | 2.9 % | 1.3 % | 1.5 % |

-Merkanzija | 0.1 % | 0.9 % | 0.4 % | 0.5 % |

-Servizzi | 0.7 % | 1.9 % | 1.4 % | 1.8 % |

Trasport | 1.4 % | 2.3 % | 1.6 % | 4.5 % |

Vjaġġi | 4.8 % | 3.2 % | 3.2 % | 2.8 % |

Servizzi oħra | 1.9 % | 1.5 % | 1.6 % | 0.9 % |

-Dħul | 9.3 % | 8.2 % | 6.9 % | 6.0 % |

Kumpens lill-impjegati | 11.4 % | 9.4 % | 6.7 % | 1.7 % |

Dħul mill-investiment dirett | 22.3 % | 19.8 % | 20.4 % | 20.9 % |

Dħul minn investiment tal-portafoll | 3.8 % | 2.4 % | 4.1 % | 4.7 % |

Dħul ieħor minn investiment | 1.1 % | 2.8 % | 2.0 % | 1.7 % |

-Trasferimenti kurrenti | 10.5 % | 0.8 % | 5.8 % | 2.0 % |

Konsistenza interna

Il-konsistenza interna tkejjel il-koerenza fis-sett tad-dejta ppreżentat fuq il-bażi tal-iżbalji netti u l-ommissjonijiet, għalkemm, fil-prinċipju, il-kontijiet tal-bilanċ ta’ pagamenti huma bbilanċjati. Għalhekk it-total tal-partiti kollha għandu jkun żero. Madankollu, fil-prattika, jinħolqu żbilanċi b’riżultat tal-imperfezzjonijiet fid-dejta tas-sors u l-kumpilazzjoni. L-iżbalji netti u l-ommissjonijiet jirriżultaw residwalment bħala l-partita li tibbilanċja l-kontijiet. Xi kultant l-iżbalji fil-kumpilazzjoni jpattu għal xulxin, sabiex id-daqs ta’ din il-partita residwali mhux neċessarjament jipprovdi indikazzjoni tal-eżattezza ġenerali tad-dikjarazzjoni. Madankollu, l-iżbalji netti u l-ommissjonijiet huma ġeneralment ikkunsidrati bħala indikatur tajjeb għall-kejl tal-konsistenza interna tal-bilanċ ta’ pagamenti.

Tabella 4: Żball Relattiv Medju 2005-2007

Awstrija | 3 % | Ġermanja | 6 % | Olanda | 5 % |

Belġju | 2 % | Greċja | 2 % | Polonja | 4 % |

Bulgarija | 9 % | Ungerija | 2 % | Portugall | 7 % |

Ċipru | 3 % | Irlanda | 5 % | Rumanija | 3 % |

Repubblika Ċeka | 2 % | Italja | 2 % | Slovakkja | 2 % |

Danimarka | 5 % | Latvja | 1 % | Slovenja | 3 % |

Estonja | 2 % | Litwanja | 3 % | Spanja | 2 % |

Finlandja | 6 % | Lussemburgu | 1 % | Svezja | 7 % |

Franza | 13 % | Malta | 4 % | Renju Unit | 4 % |

It-Tabella 4 turi l-Iżball Relattiv Medju rreġistrat mill-Istati Membri għall-perjodu 2005-2007. Dan l-indikatur huwa bbażat fuq l-iżbalji netti u l-ommissjonijiet, u huwa analizzat ukoll fir-Rapporti tal-Kwalità. Huwa daqs il-medja tal-valur assolut tal-iżbalji netti u l-ommissjonijiet matul il-perjodu in kwistjoni (imkejjel bħala sehem tal-medja tal-krediti u d-debiti tal-kont kurrenti), kif irreġistrat fil-bilanċ ta’ pagamenti ta’ kull tliet xhur tal-Istati Membri. Fil-prinċipju, billi l-iżbalji u l-ommissjonijiet għandhom jammontaw għal żero, dan l-indikatur għandu jkun insinifikanti. Dan huwa fil-fatt il-każ għall-maġġoranza tal-Istati Membri. Huwa Stat Membru wieħed (Franza) li jirreġistra valur għall-indikatur ta’ iktar minn 10 %, u għal sitt Stati Membri dan il-valur huwa ogħla minn 5 %.

IL-BENEFIċċJI GħALL-UTENTI U R-RILEVANZA TAL-ISTATISTIKA TAL-BILANċ TA’ PAGAMENTI

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa tweġiba għall-bżonnijiet tal-utenti tad-dejta. Din it-Taqsima tanalizza kif din id-dejta tintuża u l-benefiċċji tal-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti.

L-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti tintuża b’mod intensiv għall-finijiet tat-tfassil tal-politika mill-istituzzjonijiet rilevanti nazzjonali u internazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Eurosistema, l-IMF, il-Bank għall-Pagamenti Internazzjonali, l-OECD, il-G3 u l-G7, ilkoll jagħmlu użu minn dawn l-istatistika.

L-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti, flimkien mal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali, hija għodda għall-monitoraġġ tal-politika monetarja. Flimkien ma’ indikaturi oħra, l-istatistika dwar l-iskambju tal-merkanzija u s-servizzi tintuża biex tiġi evalwata l-pressjoni inflazzjonarja kif ukoll kull impatt tad-domanda internazzjonali fuq l-esportazzjoni u, għalhekk, fuq il-prodott gross domestiku. Il-kont kurrenti u l-pożizzjonijiet tal-investiment internazzjonali flimkien jintużaw biex tiġi evalwata s-sostenibbiltà tar-rata tal-kambju.

L-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti hija inkluża wkoll fir-rapporti ta' Konverġenza ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea u mill-BĊE dwar Stati Membri individwali li għadhom mhumiex parti mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem it-TFUE) jirreferi espressament għall-bilanċ ta’ pagamenti (fl-Artikoli 143 u 144, pereżempju), u jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Kunsill infurmat regolarment dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-bilanċ ta' pagamenti fl-Istati Membri li mhumiex parti mill-UEM.

L-iżviluppi fil-kont kurrenti ta’ pajjiżi individwali jiġu analizzati fir-rigward tal-kompetittività tagħhom, filwaqt li l-istatistika dwar l-investiment dirett tintuża biex jiġi analizzat kull pajjiż kemm hu attraenti.

L-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti hija sors importanti għal statistika ewlenija oħra miġbura f’dominji tal-istatistika relatati b’rilevanza għall-UE, bħal:

- Prodott Gross Domestiku (li jinkludi t-tranżazzjonijiet transkonfinali ta’ merkanzija u servizzi) inklużi estimi pronti, li għalihom huma meħtieġa indikaturi tal-bilanċ ta’ pagamenti ta’ kull xahar;

- Dħul Gross Nazzjonali (li jinkludi t-tranżazzjonijiet transkonfinali ta’ merkanzija u servizzi kif ukoll id-dħul);

- il-kont tal-bqija tad-dinja fil-kontijiet settorjali ta’ kull tliet xhur tal-UE u taż-Żona Ewro, inklużi l-kontijiet finanzjarji.

Minbarra l-aggregati ewlenin, partiti speċifiċi tal-bilanċ ta’ pagamenti għandhom rilevanza partikolari għal xi utenti:

- l-informazzjoni dettaljata fuq il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi ppubblikata fuq bażi annwali mill-Eurostat hija importanti għan-negozjati tal-kummerċ u d-definizzjoni tal-politiki doganali;

- il-Kummissjoni Ewropea u l-G8 nedew miżuri biex irawmu r-rimessi u jtejbu l-informazzjoni dwarhom;

- l-analiżi ġeografika tal-istatistiki tal-bilanċ ta’ pagamenti tista’ tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-interazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi terzi;

- il-kompożizzjoni tal-flussi finanzjarji (f’termini ta’ investiment dirett, portafoll u investiment ieħor) hija ta’ valur għall-evalwazzjoni tal-istabbilità finanzjarja.

Il-membri tal-Kumitat tal-BoP jirrikonoxxu li l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 ġabet magħha għadd ta’ tibdiliet li tejbu l-kwalità tal-istatistiki tal-bilanċ ta’ pagamenti minn diversi aspetti:

- tejbet l-armonizzazzjoni tad-dejta tal-bilanċ ta’ pagamenti miġbura minn Stati Membri differenti;

- l-utenti tad-dejta issa għandhom statistiki iktar dettaljati fuq il-bilanċ ta' pagamenti;

- provdiet bażi legali soda għat-tħejjija tal-Programmi tal-Istatistika Nazzjonali tal-Istati Membri;

- id-dejta hija iktar fil-ħin u iktar eżatta.

L-ISPEJJEż U L-PIż TAL-ISTATISTIKI TAL-BILANċ TA’ PAGAMENTI

L-istima tal-ispejjeż involuti fil-ġbir u t-tixrid tal-istatistiki tal-bilanċ ta’ pagamenti hija kumplessa mhux ħażin. Hemm firxa wiesgħa ta’ sorsi tad-dejta li jintużaw ukoll fil-produzzjoni ta’ statistika oħra jew marbuta mar-rappurtaġġ tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-intrapriżi lill-awtoritajiet regolatorji. Għalhekk, huwa diffiċli li taqla’ l-ispejjeż speċifiċi tal-ġbir u l-produzzjoni tad-dejta tal-bilanċ ta’ pagamenti mill-ispejjeż totali li ntefqu fil-ġbir tad-dejta li spiss tintuża għal finijiet oħra. Barra dan, f’ċerti Stati Membri, id-dejta tista’ tinġabar minn żewġ istituzzjonijiet differenti, il-bank ċentrali nazzjonali u l-uffiċċju tal-istatistika nazzjonali, biex b’hekk l-estimi affidabbli jsiru iktar ikkumplikati.

Wara l-konsultazzjoni mal-Membri tal-Kumitat tal-BoP, huwa possibbli li tistma l-input tax-xogħol meħtieġ għall-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti fl-UE. Dan ilaħħaq għal madwar l-ekwivalenti ta’ 900 impjegat full-time. Dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu mifruxa bejn wieħed u ieħor fuq id-diversi dominji tal-bilanċ ta' pagamenti. Is-sett tad-dejta li jassorbi l-iktar input huwa l-bilanċ ta’ pagamenti ta’ kull tliet xhur, li jeħtieġ 57 % tar-riżorsi, segwit mill-kummerċ internazzjonali fis-servizzi (23 %) u l-investiment dirett barrani (20 %). L-input tax-xogħol sinifikanti meħtieġ għall-produzzjoni tal-bilanċ ta’ pagamenti ta’ kull tliet xhur jista’ jiġi attribwit l-iktar għar-riżorsi meħtieġa għall-produzzjoni ta' ġabra kbira ta’ statistika relatata mal-kont finanzjarju.

Kien stmat li l-attivitajiet żejda relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 iġġeneraw biss sehem żgħir minn dan l-input (madwar 13 %).

Id-dejta tal-bilanċ ta’ pagamenti hija meħtieġa għall-finijiet nazzjonali wkoll u diġà kienet tinġabar mill-Istati Membri qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. Għalhekk, huma meħtieġa biss riżorsi addizzjonali limitati biex l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti tiegħu.

Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li hemm overlapping sinifikanti bejn ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 u t-talbiet għad-dejta minn organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali oħra, partikolarment dawk tal-BĊE u l-FMI. Id-dejta prodotta mill-Istati Membri speċifikament għar-Regolament (KE) Nru 184/2005 hija indistingwibbli minn dejta oħra prodotta għall-konformità ma’ rekwiżiti għal dejta oħra.

Fir-rigward tal-piż fuq il-konvenuti maħluq bil-ġbir tad-dejta tal-bilanċ ta' pagamenti, l-Istati Membri għandhom biss informazzjoni limitata ferm, u mhux biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu xi tip ta’ stima. Barra dan, wieħed irid iżomm f’moħħu li l-introduzzjoni tal-limitu tar-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet transkonfinali fil-livell tal-UE, stabbilit inizjalment fil-livell ta’ EUR 12 500 imbagħad miżjud għal EUR 50 000, ġab miegħu bidla fis-sistemi tal-ġbir tal-bilanċ ta’ pagamenti tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Qabel l-introduzzjoni tal-limitu, il-biċċa l-kbira tas-sistemi tal-ġbir kienu joqogħdu fuq id-dejta tal-pagamenti miġbura mill-banek u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. Issa kważi s-sistemi kollha tal-ġbir huma bbażati fuq ir-rappurtaġġ dirett u/jew stħarriġ. Din il-bidla fissret taqsim mod ieħor tal-piż mill-banek u l-intermedjarji finanzjarji, il-fornituri ewlenin tad-dejta skont is-sistema tal-pagamenti u li issa l-obbligi tagħhom għall-istatistika huma mnaqqsa b’mod sinifikanti, għall-intrapriżi u l-familji. Jekk dan it-taqsim mod ieħor wassalx ukoll għal tnaqqis fil-piż fuq is-sistema b'mod ġenerali, u sa liema punt, hija kwistjoni li teħtieġ iktar investigazzjoni. M’hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli bħalissa biex isiru konklużjonijiet.

OQSMA GħAL TITJIB POTENZJALI U EMENDI

Wara diversi żviluppi regolatorji, b’sommarju qasir tagħhom fl-Artikolu 2, b’mod ġenerali r-Regolament (KE) Nru 184/2005 jista’ jiġi kkunsidrat bħala aġġornat. Ir-rekwiżiti tad-dejta ġew modifikati bil-ħsieb li titjieb il-metodoloġija użata fil-komputazzjoni tal-aggregati tal-UE. L-għan kien ukoll li tiġi adattata l-analiżi ġeografika għas-sitwazzjoni ġeopolitika ġdida u l-analiżi tal-attività għall-klassifikazzjoni l-ġdida tal-attivitajiet ekonomiċi, NACE rev. 2.

Titjib fil-ġejjieni li jimplika emendi fir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jista’ jinkludi:

- iktar aġġornar tar-rekwiżiti tad-dejta relatati mal-adozzjoni tal-istandards internazzjonali l-ġodda, il-BPM6, il-BD4 u l-MSITS 2010. Il-kompilaturi tal-Bilanċ ta’ Pagamenti ftiehmu li jimplimentaw l-istandards il-ġodda fl-2014, flimkien mal-adozzjoni tal-istandards il-ġodda fil-Kontijiet Nazzjonali. Ir-rekwiżiti tad-dejta għandhom jiġu modifikati qabel l-2014 sabiex jippermettu li l-istandards il-ġodda jiġu implimentati b’mod armonizzat mill-Istati Membri kollha;

- il-kriterji tal-kwalità għar-rapporti tal-kwalità meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 184/2005 huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 1055/2008. Billi dawn ivarjaw sa ċertu punt mill-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea[12], dawn jistgħu jiġu aġġornati skont dan. L-iskeda jaf ikollha bżonn tiġi modifikata wkoll sabiex iċ-ċiklu tal-produzzjoni tad-dejta jkun jista’ jiġi sinkronizzat aħjar mal-eżerċizzju tar-rappurtaġġ tal-kwalità;

- l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri implimentattivi tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, inklużi l-Annessi tiegħu, skont il-possibbiltajiet legali ġodda introdotti bit-TFUE.

- l-aġġornar tar-rekwiżiti tad-dejta bl-introduzzjoni tal-ġbir tal-istatistika fuq il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi skont il-modalità tal-forniment, kif definit fl-MSITS 2010, b’attenzjoni partikolari għall-modalità 4 (il-preżenza ta’ persuni fiżiċi).

Titjib possibbli ieħor, li ma jeħtieġx emendi fir-Regolament (KE) Nru 184/2005, kien suġġerit mill-Membri tal-Kumitat tal-BoP:

- fil-preżent, is-settijiet tad-dejta ppreżentati lill-Eurostat huma pprovduti wkoll lill-istituzzjonijiet Ewropej oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-BĊE, l-FMI u l-OECD. Hemm differenzi żgħar f’dawn is-settijiet tad-dejta, peress li l-livell tad-dettall mitlub minn kull organizzazzjoni mhux bilfors ikun eżatt l-istess. Il-piż fuq l-Istati Membri jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti jekk jiġu armonizzati r-rekwiżiti tad-dejta tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha. Jekk dan l-għan jista’ jintlaħaq, it-trażmissjoni tad-dejta tista’ tiġi simplifikata iktar bl-użu tal-Eurostat bħala ċ-ċentru li jgħaddi d-dejta li jirċievi mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet oħra li jagħmlu talba għal din id-dejta. Din il-proċedura diġà tintuża għall-provvista tad-dejta ta’ kull tliet xhur fuq il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi lill-BĊE, u faċilment tista’ tiġi estiża għal settijiet tad-dejta u organizzazzjonijiet oħra;

- il-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prassi għall-metodoloġija kif ukoll l-iskambju tal-mikro- u makrodejta fost l-istituzzjonijiet tal-istatistika fil-livell nazzjonali u internazzjonali;

- l-isfruttar għall-finijiet tal-istatistika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi[13]. B’hekk, ikun possibbli li tiġi stabbilita sistema li tirreġistra l-kummerċ internazzjonali fis-servizzi fl-UE, b’mod simili għas-sistema diġà fis-seħħ għall-kejl tal-kummerċ fil-merkanzija.

IL-FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT TAL-BILANċ TA’ PAGAMENTI

Il-Kumitat tal-BoP ġie stabbilit wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 u tlaqqa’ għall-ewwel darba fit-8 ta’ Lulju 2005, meta ġew adottati r-Regoli tal-Proċedura u l-kompiti tal-Kumitat.

Il-kompiti tal-Kumitat tal-BoP huma kif ġej:

- li jiddefinixxi l-istandards tal-kwalità u jispeċifika l-kontenut u l-iskeda tar-rapporti ta’ kwalità;

- li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-evalwar tal-kwalità tad-dejta trażmessa;

- li jiddefinixxi l-format u l-proċedura li skonthom l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta meħtieġa lill-Kummissjoni Ewropea;

- li jieħu l-miżuri neċessarji għall-adattament tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 għat-tibdil ekonomiku u tekniku;

- jekk meħtieġ, li jaġġorna d-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tad-dejta (l-iskadenzi tas-sottomissjoni, ir-reviżjoni, l-estensjoni u l-eliminazzjoni tal-flussi tad-dejta, eċċ.).

Il-Membri tal-Kumitat tal-BoP ġew ikkonsultati dwar il-funzjonament tal-Kumitat tagħhom u r-riżultati huma pożittivi ħafna. Kif muri fiċ-Ċart Nru. 1, il-kompiti tal-Kumitat tal-BoP huma evalwati bħala 'iktar milli sodisfaċenti' minn madwar tliet kwarti tal-Membri. Skont ir-riżultati tal-konsultazzjoni, ċertu Membri tal-Kumitat tal-BoP huma tal-opinjoni li l-Kumitat tal-BoP għandu jkun involut iktar fid-diskussjoni ta’ kwistjonijiet strateġiċi, konċettwali u metodoloġiċi. Membri oħra tal-Kumitat tal-BoP esprimew l-opinjoni li l-kompiti speċifiċi tal-Kumitat tal-BoP huma l-iktar regolatorji u għandhom jibqgħu hekk.

Il-Kumitat tal-BoP iltaqa’ sitt darbiet sa mill-2005. Il-kisbiet ewlenin tal-Kumitat tal-BoP jinkludu:

- l-espressjoni ta’ opinjoni fuq il-miżuri implimentattivi kollha stipulati f’Taqsima 2 ta’ dan ir-rapport;

- il-ftehim fuq l-istandards u l-kontenut tar-Rapporti ta’ Kwalità;

- id-diskussjoni, fuq bażi annwali, tal-istat tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 184/2005 u l-eżerċizzju tar-rappurtaġġ tal-kwalità;

- id-diskussjoni u l-approvazzjoni ta’ approċċ koordinat għat-tibdil metodoloġiku ewlieni kollu li jkun għaddej, inkluża l-implimentazzjoni tal-manwali l-ġodda (BPM6 u BD4) u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi NACE rev. 2;

- id-diskussjoni dwar l-iżviluppi relatati mar-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar pagamenti transkonfinali f’ewro[14], li introduċa tibdil fil-limitu tar-rappurtaġġ tal-istatistika tal-banek, u b’hekk wassal għal trasformazzjoni profonda fis-sistemi tal-ġbir tad-dejta tal-bilanċ ta’ pagamenti ta’ ħafna mill-Istati Membri.

Ċart Nru. 1 : Is-sodisfazzjon tal-Membri tal-Kumitat tal-BoP dwar id-definizzjoni tal-kompiti tal-Kumitat (1-5, 1 mhu sodisfatt xejn, 5 sodisfatt ħafna)

[pic]

KONKLUżJONIJIET

Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 għen biex tiġi armonizzata l-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti fl-UE u żied id-disponibilità tad-dejta għall-utenti. Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jipprovdi wkoll il-bażi legali għat-tħejjija tal-programmi tal-istatistika nazzjonali. Il-kwalità tad-dejta prodotta, fit-tipi diversi tagħha, hija mmonitorjata mill-qrib mill-Kumitat tal-BoP.

Fid-dawl tar-riżultati ta’ dan ir-rapport, fis-snin li ġejjin jista’ jkun possibbli li jiġi kkunsidrat l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet identifikati fil-proċess tar-reviżjoni:

- l-aġġornar tar-rekwiżiti tad-dejta f’konformità mal-istandards internazzjonali l-ġodda;

- it-tibdil meħtieġ fl-eżerċizzju tar-rapport ta’ kwalità f’konformità mal-approċċ tal-Eurostat lejn il-kwalità u mar-Regolament (KE) Nru 223/2009, bil-modifika tal-kriterji tal-kwalità;

- l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri implimentattivi tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 skont il-possibiltajiet legali l-ġodda introdotti bit-TFUE.

Barra dan, il-kooperazzjoni mal-BĊE (DĠ tal-Istatistika) u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra, bħall-FMI u l-OECD, tista’ tiġi msaħħa iktar sabiex jiġu razzjonalizzati u armonizzati r-rekwiżiti tad-dejta, bl-użu tal-Eurostat bħala ċ-ċentru.

Qabel ma jitressqu ’l quddiem il-proposti rilevanti, għandhom jitqiesu sew id-diskussjonijiet fi ħdan il-Kumitat tal-BoP u l-opinjoni tiegħu.

[1] ĠU L 35, 8.2.2005, pġ. 23.

[2] ĠU L 106, 19.4.2006, pġ. 7.

[3] ĠU <pt>. B’mod partikolari , ir-Regolament (KE) Nru 602/2006 huwa mmirat lejn l-aġġornament tar-rekwiżiti tad-dejta u l-aġġustar mill-ġdid tal-livell tal-analiżi, inklużi xi analiżi ġeografika, sabiex titjieb il-kwalità tal-istatistiki fuq il-bilanċ ta’ pagamenti;.

[4] ĠU L 283, 28.10.2008, pġ. 3.

[5] ĠU L 204, 6.8.2009, pġ. 3. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 huwa mmirat lejn l-aġġornar tar-rekwiżiti tad-dejta għall-bilanċ ta’ pagamenti ta’ kull tliet xhur u l-indikaturi tal-ewro, bl-aġġornar tal-analiżi ġeografika fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika ġdida u l-introduzzjoni tal-analiżi skont l-attività skont il-klassifikazzjoni l-ġdida tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE rev.2).

[6] Dejtabejż tal-Eurostat, disponibbli minn: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/statistics/search_database (18.3.2010).

[7] Ktejjeb tal-Bilanċ ta’ Pagamenti. http://circa.europa.eu/Public/irc/dsis/bop/library?l=/sdds_bop_metadata/vademecum_2008pdf/_EN_1.1_&a=d (18.3.2010).

[8] Il-prontezza hija evalwata bħala ‘tajjeb’ jekk id-dejta dejjem intbagħtet sal-iskadenza jew qabel, ‘aċċettabbli’ jekk id-dewmien, bħala medja, ma qabiżx il-ħamest ijiem, u ‘ħażin’ fil-każi l-oħra.

[9] Għall-FDI (kemm il-flussi kif ukoll l-istokks), hemm żewġ talbiet għad-dejta separati, bi skadenzi differenti: waħda bi skadenza ta’ 9 xhur mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, u l-oħra bi skadenza ta’ 21 xahar mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

[10] Il-kopertura hija kkunsidrata ‘kompleta’ jekk ġew ipprovduti iktar minn 98 % tal-valuri mitluba, ‘inkompleta’ jekk it-talba ġiet sodisfatta parzjalment u ġew ipprovduti inqas minn 98 % tal-valuri mitluba, u ‘nieqsa’ jekk ma kienx hemm tweġiba għat-talba.

[11] L-iżball f’perċentwali assolut medju (MAPE) huwa definit kif ġej:

[pic]

fejn X f (t) huwa l-estimu inizjali għall-partita X tal-BoP fit-tliet xhur tar-referenza t ; X i (t) huwa l-aħħar estimu disponibbli għall-istess partita tal-BoP fit-tliet xhur tar-referenza t ; N huwa l-għadd ta’ osservazzjonijiet fiż-żmien ikkunsidrat (jiġifieri, sena); billi l-MAPE jinħadem b’ċifri ta’ kull tliet xhur, N għandu valur ta’ 4).

[12] Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistiki Ewropej u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiki tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej. ĠU L87, 31.3.2009, pġ. 164.

[13] ĠU L 44, 20.2.2008, pġ. 11.

[14] ĠU L 344, 28.12.2001, pġ. 13.