|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2843 |
27.12.2023 |
DIRETTIVA (UE) 2023/2843 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2023
li temenda d-Direttivi 2011/99/UE u 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE u d-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, 2003/577/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI, 2009/829/ĠAI u 2009/948/ĠAI, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2), il-punti (e) u (f), u l-Artikolu 82(1), il-punt (d), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea — Strumentarju ta’ opportunitajiet”, il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li jiġi mmodernizzat il-qafas leġiżlattiv tal-proċeduri transfruntiera tal-Unjoni fil-liġi ċivili, kummerċjali u kriminali, f’konformità mal-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, filwaqt li jiġi żgurat li s-salvagwardji kollha meħtieġa jkunu fis-seħħ biex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali. |
|
(2) |
L-iffaċilitar tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri hija fost l-objettivi ewlenin tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni minquxa fit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(3) |
Għall-finijiet tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali b’implikazzjonijiet transfruntiera, l-atti legali tal-Unjoni li jipprevedu l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu kkomplementati b’kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ tali komunikazzjoni permezz ta’ mezzi diġitali b’tali mod li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif previst fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk minquxa fit-Titolu VI, b’mod partikolari l-Artikolu 47 dwar id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet bl-ebda mod ma jimminaw il-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali li huma essenzjali għall-protezzjoni ta’ dawk id-drittijiet fundamentali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi mmodernizzata u msaħħa l-kooperazzjoni ġudizzjarja u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja, ġie adottat ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Għall-finijiet li jiġi żgurat li jintlaħqu bis-sħiħ l-objettivi tar-Regolament (UE) 2023/2844, u li jiġu allinjati l-atti legali eżistenti tal-Unjoni f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali ma’ dak ir-Regolament, huwa meħtieġ li d-Direttivi 2011/99/UE (4) u 2014/41/UE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE (6) u d-Deċiżjonijiet Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (7), 2003/577/ĠAI (8), 2005/214/ĠAI (9), 2006/783/ĠAI (10), 2008/909/ĠAI (11), 2008/947/ĠAI (12), 2009/829/ĠAI (13) u 2009/948/ĠAI (14) jiġu emendati. |
|
(6) |
L-emendi previsti f’din id-Direttiva jfittxu li jiżguraw li l-komunikazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet isseħħ f’konformità mar-regoli u l-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/2844. Skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti u bejn awtorità kompetenti nazzjonali u aġenzija jew korp tal-Unjoni skont l-atti legali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali emendati b’din id-Direttiva titwettaq, bħala regola, permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata. B’mod partikolari, is-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li, bħala regola, tintuża għall-iskambju ta’ formoli previsti fl-atti legali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali emendati b’din id-Direttiva u għall-komunikazzjoni uffiċjali l-oħrajn kollha skont dawk l-atti legali li għandha titwettaq bil-miktub, pereżempju għall-finijiet taż-żamma tal-fajls tal-każijiet mill-awtoritajiet kompetenti. F’każijiet fejn tapplika eċċezzjoni waħda jew aktar minn dawk previsti fir-Regolament (UE) 2023/2844, jiġifieri, fejn l-użu tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma jkunx possibbli jew xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni kif speċifikat f’dak ir-Regolament. Għall-finijiet tad-Deċiżjonijiet Qafas 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI u 2009/829/ĠAI u d-Direttiva 2014/41/UE, fejn dawk l-atti legali jipprevedu li l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet għandha titwettaq permezz ta’ kwalunkwe mezz jew ta’ kwalunkwe mezz xieraq, jenħtieġ li t-tali awtoritajiet ikollhom diskrezzjoni biex jagħżlu liema metodu ta’ komunikazzjoni jużaw. |
|
(7) |
Peress li din id-Direttiva tistipula emendi għar-regoli diġà trasposti fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkollha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-traspożizzjoni ta’ dawk l-emendi. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni jkunu allinjati mal-iskeda ta’ żmien ta’ implimentazzjoni prevista fir-Regolament (UE) 2023/2844. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu I
Emendi għal atti legali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali
Artikolu 1
Emenda għad-Direttiva 2003/8/KE
Fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2003/8/KE, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtorità trażmittenti kompetenti għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità riċevitur kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) fi żmien 15-il jum mill-wasla tal-applikazzjoni mimlija kif xieraq b’waħda mil-lingwi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u d-dokumenti ta’ sostenn, tradotti, fejn meħtieġ, f’waħda minn dawk il-lingwi.
Kapitolu II
Emendi għall-atti legali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 8a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(2) u (3), il-komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità ġudizzjarja emittenti u l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Meta Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor. 2. Il-komunikazzjoni bejn l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru emittenti u l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, għall-finijiet tal-għoti tal-informazzjoni meħtieġa biex il-persuna rikjesta tkun tista’ taħtar avukat fl-Istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u biex tapplika għal għajnuna legali fl-Istat emittenti f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844. 3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, it-talbiet għal tranżitu magħmulin skont l-Artikolu 25(3) jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni siguri tal-infurzar tal-liġi. (*2) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj)." (*3) Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1)." (*4) Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 huwa mħassar; |
|
(3) |
fl-Artikolu 18(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. It-talba għal tranżitu u l-informazzjoni li tinsab fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indirizzati lill-awtorità maħtura f’konformità mal-paragrafu 2. L-Istat Membru ta’ tranżitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar it-talba għal tranżitu.” |
Artikolu 3
Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Mandat għall-iffriżar skont it-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, flimkien maċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 9, għandu jiġi trażmess mill-awtorità ġudizzjarja li tkun ħarġitu direttament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti għat-twettiq.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Rapport dwar it-twettiq tal-mandat għall-iffriżar għandu jsir minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-ħruġ.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta r-rikonoxximent jew it-twettiq għandha tittieħed u tiġi nnotifikata minnufih lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat tal-ħruġ.” |
|
(4) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fit-Titolu II, jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a Mezzi ta’ komunikazzjoni Il-Komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat tal-ħruġ u l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat ta’ twettiq għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). (*5) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).”." |
Artikolu 4
Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Id-deċiżjoni jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. L-oriġinal tad-deċiżjoni, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. L-oriġinali jew il-kopji ċertifikati tad-dokumenti jistgħu jintbagħtu f’forma elettronika f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). Il-komunikazzjonijiet uffiċjali l-oħrajn kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija. (*6) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 14, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti:”; |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 15a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Bl-eċċezzjoni tal-komunikazzjoni skont l-Artikolu 7(3), il-komunikazzjoni uffiċjali taħt din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844. 2. Fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.”. |
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI
Id-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-ordni ta’ konfiska jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. L-oriġinal tal-ordni ta’ konfiska, jew kopja ċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. L-oriġinali jew il-kopji ċertifikati tad-dokumenti jistgħu jintbagħtu f’forma elettronika f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). Il-komunikazzjonijiet uffiċjali l-oħrajn kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija. (*7) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 14(3), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat ta’ eżekuzzjoni kkonċernat:”; |
|
(4) |
l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Tmiem ta’ eżekuzzjoni L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha l-ordni tieqaf milli tkun tista’ tiġi esegwita jew għandha tiġi rtirata mill-Istat ta’ eżekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni oħra. L-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu jittermina l-eżekuzzjoni tal-ordni malli jiġi nfurmat mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti dwar dik id-deċiżjoni jew miżura.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 17, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti:”; |
|
(6) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 18a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Bl-eċċezzjoni tal-komunikazzjoni taħt l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 12(2), il-komunikazzjoni uffiċjali taħt din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844. 2. Fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.”. |
Artikolu 6
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI
Id-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-sentenza jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. L-oriġinali jew il-kopji ċertifikati tad-dokumenti jistgħu jintbagħtu f’forma elettronika f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8). Il-komunikazzjonijiet uffiċjali l-oħrajn kollha bil-miktub għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija. (*8) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kull Stat Membru għandu, skont il-liġi tiegħu, jippermetti t-tranżitu mit-territorju tiegħu ta’ persuna sentenzjata li tkun qed tiġi trasferita għall-Istat ta’ eżekuzzjoni, dment li kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4 ingħatatlu mill-Istat emittenti flimkien mat-talba għal tranżitu. It-talba għal tranżitu u ċ-ċertifikat għandhom jintbagħtu f’konformità mal-Artikolu 22a. Fuq talba tal-Istat Membru biex jippermetti t-tranżitu, l-Istat emittenti għandu jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat f’waħda mil-lingwi, li għandha tiġi indikata fit-talba, li l-Istat Membru li jkun intalab jippermetti t-tranżitu jaċċetta.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 21, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti:”; |
|
(4) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 22a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Bl-eċċezzjoni tal-komunikazzjoni skont l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 12(3), il-komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844. 2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, it-talbiet għal tranżitu magħmulin skont l-Artikolu 16(1) jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni siguri tal-infurzar tal-liġi.”. |
Artikolu 7
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI
Id-Deċiżjoni Qafas 2008/947/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi mill-aktar fis possibbli, u fi żmien 60 jum minn meta tirċievi s-sentenza u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation, flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6(1), jekk tirrikonoxxix is-sentenza jew le u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni ta’ probation u tassumi r-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ probation jew sanzjonijiet alternattivi. Hija għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha.” |
|
(3) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. In-notifika tas-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u fil-paragrafu 2 għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II. In-notifika tal-fatti u ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), għandha tingħata, fejn possibbli, permezz tal-formola li tinsab fl-Anness II.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 18, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti dwar:”; |
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 20a Mezzi ta’ komunikazzjoni Bl-eċċezzjoni tal-komunikazzjoni skont l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(2), il-komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844.”. |
Artikolu 8
Emendi għad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI
Id-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. L-oriġinal tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. L-oriġinali jew il-kopji ċertifikati tad-dokumenti jistgħu jintbagħtu f’forma elettronika f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10). Il-komunikazzjonijiet uffiċjali l-oħrajn kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.” (*10) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 20(2), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti:”; |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 23a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Bl-eċċezzjoni tal-komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 15(2), il-komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Deċiżjoni Kwadru bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844. 2. Fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.”. |
Artikolu 9
Emenda għad-Deċiżjoni Qafas 2009/948/ĠAI
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 7
Mezzi ta’ komunikazzjoni
1. L-awtoritajiet li jikkuntattjaw u dawk ikkuntattjati għandhom jikkomunikaw f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11).
2. Fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 10
Emendi għad-Direttiva 2011/99/UE
Id-Direttiva 2011/99/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 7 ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti, waqt li tassenja perjodu ta’ żmien raġonevoli għaliha li fih għandha tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.” |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 16a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Il-komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Direttiva bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12). 2. Fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor. (*12) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).”." |
Artikolu 11
Emendi għad-Direttiva 2014/41/UE
Id-Direttiva 2014/41/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 5a Mezzi ta’ komunikazzjoni 1. Bl-eċċezzjoni ta’ komunikazzjoni skont l-Artikolu 9(6), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 12(5) u (6) u l-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu, il-komunikazzjoni uffiċjali skont din id-Direttiva bejn l-awtorità emittenti u l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13). 2. Fejn Stat Membru jkun ħatar awtorità jew awtoritajiet ċentrali, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-komunikazzjoni uffiċjali mal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru ieħor. (*13) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-OIE mwettaq f’konformità mal-Artikolu 5 għandu jintbagħat mill-awtorità emittenti lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Hekk kif ir-raġunijiet għal posponiment ma jibqgħux jeżistu, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-OIE u tinforma lill-awtorità emittenti b’dan.” |
|
(4) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
Kapitolu III
Traspożizzjoni
Artikolu 12
Traspożizzjoni tal-Artikoli 2 u 11
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(a) tar-Regolament (UE) 2023/2844 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 11 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(a) tar-Regolament (UE) 2023/2844.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għall-Artikoli 2 u 11 ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 13
Traspożizzjoni tal-Artikoli 1, 6 u 10
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(b) tar-Regolament (UE) 2023/2844 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 1, 6 u 10 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(b) tar-Regolament (UE) 2023/2844.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għall-Artikoli 1, 6 u 10 ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 14
Traspożizzjoni tal-Artikoli 3, 4, 5 u 9
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) 2023/2844 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 3, 4, 5 u 9 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) 2023/2844.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għall-Artikoli 3, 4, 5u 9 ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 15
Traspożizzjoni tal-Artikoli 7 u 8
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(d) tar-Regolament (UE) 2023/2844 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti msemmi fl-Artikolu 10(3)(d) tar-Regolament (UE) 2023/2844.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għall-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) ĠU C 323, 26.8.2022, p. 77.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023.
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/reg/2023/2844/oj).
(4) Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2).
(5) Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41).
(7) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45).
(9) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).
(10) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59).
(11) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27).
(12) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102).
(13) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20).
(14) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġuriżdizzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2843/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)