|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1088 |
21.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11301 — WÜRTH / DREES / LCM (JV))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1088)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Adolf Würth GmbH & Co. KG (‘Würth’, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Reinhold Würth, |
|
— |
Drees & Sommer SE (‘Drees’, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Drees & Sommer Gruppe, |
|
— |
LCM Digital GmbH (‘LCM’, il-Ġermanja), li qabel kienet ikkontrollata esklużivament minn Drees. |
Würth u Drees jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LCM.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Würth hija attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni globali tal-materjali tal-assemblaġġ u tal-irbit. Il-kumpaniji tal-grupp Würth huma maqsuma f’żewġ entitajiet: Il-linja Würth tiffoka fuq il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ materjali tal-assemblaġġ u tal-irbit għall-klijenti artiġjanali, tal-kostruzzjoni u industrijali. L-Allied Companies, magħmula minn kumpaniji kummerċjali u tal-manifattura, huma attivi f’attivitajiet relatati, bħal servizzi elettriċi, elettroniċi u finanzjarji bl-ingrossa. |
|
— |
Drees hija attiva fil-konsulenza, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti, filwaqt li tappoġġa klijenti privati u pubbliċi u investituri fil-proprjetà immobbli u l-infrastruttura. |
|
— |
LCM tispeċjalizza fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet u prodotti diġitali, b’enfasi fuq soluzzjonijiet diġitali għall-klijenti fl-industrija tal-kostruzzjoni. LCM toffri servizzi bħall-iżvilupp ta’ software, l-iżvilupp ta’ apps, soluzzjonijiet tal-kummerċ elettroniku u l-istrateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni. Sa issa LCM kienet attiva fl-UE u l-Iżvizzera. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11301 — WÜRTH / DREES / LCM (JV)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘Regolament dwar l-Għaqdiet’).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1088/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)